Illum previous editions

ILLUM 2 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275143

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-Covid-19 reġgħet magħna, f 'diskorsna u fi ħsiebna - sfortuna- tament. Bi sfortuna imma mhux sorpriża. Konna nafu li sakemm insibu kontroll għall-virus in-numri se jibqgħu telgħin u neżlin - bla vaċċin mhux se nilħqu livelli ta' stabbilità fin-numri u dan mhu tort ta' ħadd għaliex sal-lum dan il-virus għadu meqjus ġdid u għadna qed nitgħallmu kif iġib ruħu. Per eżempju qed nitgħallmu kif il-Covid-19 mhuwiex staġjonali - kieku kien mhux qed naraw żieda madwar l-Ewropa kollha u anke f 'postijiet bħal Florida fl- Istati Uniti - Stat magħruf għas-sħana. Allura huwa l-bilanċ u s-sens ta' tmexxija li se jmexxuna f 'dan il-perjodu u li mexxew lil Malta matul xaharejn illi fihom il-pandemija kienet fl-aqwa tagħha. L-ewwelnett il-bilanċ bejn uħ tal-ekonomija u postijiet ffrekwentati minn nies għal raġunijiet ekonomiċi u anke ta' saħħa mentali - din ħafna nies jinsewha, il-problemi ta' saħħa mentali jiżdiedu bdew mhux jonqsu waqt il-pandemija - u l-bżonn li l-virus jibqa' taħt kontroll. Fl-ewwel ġimgħat kien ċar li dan il-bilanċ kien qed iħalli l-frott u l-każi baqgħu f 'livelli baxxi b'mod ġenerali. Jidher li iktar kemm beda jkollna riżultati tajbin, forsi wkoll għax hekk hija n-natura tal-bniedem, iktar in-nies rħew, tħalltu u taw il-ġenb lill-appelli tal-awtoritajiet. F'punt minnhom deher li l-awtoritajiet stess għaddew il-messaġġi, xi kultant b'mod sottili u drabi oħra b'mod dirett illi kien 'għadda kollox' 'tkunux negattivi' 'il-mewġ qiegħed il-baħar', 'oħorġu għax irbaħna l-gwerra'. Dan il-messaġġ in- nies ħaduh u llaxkaw. Illum qed naqtgħu l-frott ta' dawk l-appelli u tal-fatt li kulħadd jew kważi kulħadd illaxka. U t-tort huwa 1) Tal- awtoritajiet - inkluż tal-Prim Ministru - li taw l-impressjoni li kollox għadda, li rbaħna u li - sa din il-ġimgħa stess - kull min juri naqra tħassib huwa "negattiv" 2) It-tort ta' min organizza parties u attivitajiet tal-massa u ġie għal għajnu mill-protokolli u 3) Tagħna lkoll li llaxkajna meta konna nafu li l-virus jiżdied qiegħed mhux jonqos madwar id-dinja, li xi kultant inħossuna qisna aħna ċ-ċentru tagħha. Issa ladarba ġara li ġara kellna nieħdu azzjoni. Li togħrkilna għajnejna mhux it huwa n-nuqqas assolut tal-preżenza tal-Prim Ministru. Minn mindu qalilna ma nkunux "negattivi" u li dawn każi wieħed jew tnejn jew tlieta u li "miuħin għan-negozju konna, għadna u nibqgħu" - ma deherx iktar! U fl-istess ħin il-każi tal-Covid-19 sparaw għal aktar minn 170, meta bħal lum ġimgħa kienu biss 26. Uħud mill-każi l-ġodda huma ta' immigranti li ġew salvati fl- aħħar jiem u ddaħħlu Wieħed kien jistenna li l-Gvern joħroġ mill-ewwel biex inaqqas mill- biża' u jindirizza l-kritika li kienet għaddejja ma taqta' xejn fuq il-midja soċjali. Minflok tħallew jitkellmu u jagħtu l-informazzjoni individwi li, ejja ngħidu, li mhux kollha kellhom intenzjonijiet ġenwini. Meta l-aħħar tkellem il-Gvern wieħed kien jistenna li jitkellem il-Kap tal- Gvern - il-PM - li wara kollox huwa l-aktar poltiku responsabbli u li ħa d-deċiżjonijiet matul il-pandemija u li qala' l-prosit mistħoqqa meta r-riżultati kienu tajbin. Ma tistax tidher meta l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb, imabgħad ma tidher imkien jew ma tagħtix kummenti meta l-affarijiet imorru ħażin. Dik x'kapaċità ta' tmexxija hi? Strateġikament il-Gvern ħa erba' żelqiet li mhumiex karatteristika normali tiegħu. Forsi wasal iż-żmien li jerġa jagħti ż-żejt lill-magna ta' PR tiegħu għax bdiet teħel. Jeħtieġ li jkun il-PM l-ewwel u qabel kollox li jkollu idejh fuq it-tmun tal- pajjiż meta jkun qed jiffaċċja inkwiet ġenwin bħal ma ffaċċja din il-ġimgħa. Minflok għamel hekk, erba' minn nies qagħdu jgħajjru "negattivi" lil dawk li kienu ġenwinament inkwetati - arroganza tipika tal-aħħar snin ta' Gvern Nazzjonalista. Hemm bżonn sens ta' direzzjoni ċara mill-Gvern u mill-Prim Ministru f 'din il-kwistjoni, jekk xejn biex il-vojt ma jimtelix minn min irid jimiżinforma u jallarma. Inkella dak ix-xogħol kollu li sar u r-riżultati tajbin li ksibna nistgħu naqbdu u narmuhom fil-landa taż-żibel! Covid-19 - Niġġilduha bil-bilanċ u direzzjoni!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 August 2020