Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 • illum Ir-rapport ta' verifika dwar Delia id-dellijiet tal-Kap tal-PN YENDRICK CIOFFI Għada jagħlqu l-applikazzjoniji- et għall-membri tal-Partit Nazz- jonalista li lesti jidħlu għall-ka- riga importanti u diffiċli ta' Kap. Dan ifisser li l-pass li jmiss ikun f 'idejn il-Kummissjoni Kandida- ti li din il-ġimgħa stess trid tibda proċess ta' verifika dwar kull persu- na li titfa' isimha. Hawn jidħol il-Kap attwali Adri- an Delia. Hu stess għamel talba biex ikun żgurat li dan il-proċess isir bl-aktar mod rigoruż, inkluż fuqu nnifsu. Iżda b'dak kollu li ħareġ u li ntqal dwaru, x'jista' jkun jinkludi r-rap- port dwar Delia? L-argumenti li qed isiru huma tnejn. Jekk Delia ma jgħaddix minn dan il-proċess u r-rakkomandazz- joni tkun kontra l-kandidatura tiegħu, il-qasma fil-Partit Nazz- jonalista se toħroġ aktar fil-beraħ, għax ngħiduha kif inhi, wara l-vot tal-Kunsill Ġenerali, huwa ċar li Delia għad għandu appoġġ sostan- zjali fil-Partit. Mill-banda l-oħra, jekk iseħħ ix-xenarju oppost, se jaqgħu l-ar- gumenti, inkluż tad-Deputati li sfiduċjaw lil Delia, li bih Kap, il-Par- tit Nazzjonalista ma jista' qatt jidher kredibbli u integru, għax il-Kap tiegħu mhuwiex. F'dan l-artiklu, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn id-del- lijiet ta' Delia u għalhekk dawk il-kwistjonijiet li x'aktarx se jkunu mniżżla fir-rapport tad-due dili- gence li l-Kummissjoni Kandidati se tkun qed tagħmel fuq il-Kap at- twali tal-Partit Nazzjonalista. L-allegazzjonijiet li Daphne Caruana Galizia kienet għamlet kontra Adrian Delia, meta dan kien għadu kandidat għall-elezzjoni tal-Kap Nazzjonalista, fl- 2017, għadhom qed jiġru warajh sal-lum il-ġurnata. F'Diċembru tal-2018, e Sunday Times of Malta kienet żvelat kif Delia jinsab taħt skrutinju għax l-allegat rabtiet tiegħu ma' ċirku ta' prostituzzjoni f 'Soho, qed ikunu investigati bħala parti minn investigazzjoni aktar wiesgħa fuq il-ħasil tal-flus. Il-Pulizija bdiet tinvestiga dawn ir- rabtiet wara li f 'Marzu tal-2018 wasal għandha rapport tal-FIAU, jiġifieri mill- Aġenzija tal-Gvern kontra l-ħasil tal-flus. Delia dejjem insista li hu ma kellu l-ebda idea dwar dan għax qatt ma ntalab imur id-Depot. Fil-fatt, sal-lum, dejjem skont dak li qal hu, Delia għadu qatt ma ġie mgħajjat mill-Pulizija biex ikun mistoqsi jew interrogat. Bla dubju ta' xejn, dan se jkun imsemmi żgur fir-rapport li l-Kummissjoni Kandidati trid tħejji dwar Delia. L-allegazzjonijiet li Daphne Caruana Galizia għamlet kontra Delia jinvolvu pagament ta' £1 miljun, liema flus (li allegatament ġejjin mill-prostituzzjoni f 'Soho), għaddew mill-kont ta' Adrian Delia għal kont tal-Bank f 'Barclays f 'Jersey. Delia dejjem ċaħad li kien involut f 'xi attività kriminali u insista li hu kien biss l-avukat tal-klijenti inkwistjoni, jiġifieri l-aħwa Bajada, fosthom Eucharist Bajada li ibnu kien miżżewweġ ma' oħt Simon Busuttil. Skont Daphne, Delia għandu jew kellu sehem f 'kumpanija li s-sid tagħha huwa l-istess Bajada u li dan kellu appartament li allegatament jintuża għall-prostituzzjoni. Il-flus li kienu jinġabru kienu jgħaddu fil- kont f 'Jersey u minn hemm għal kontijiet oħra. Dawn l-allegazzjonijiet baqgħu qatt ma raqdu anke għax Delia kien waqqa' l-libelli li kienet fetaħ kontra Daphne Caruana Galizia, meta din inqatlet. Huwa dejjem insista li għamel dan mhux għax għandu x'jaħbi imma b'rispett lejha u l-familja tagħha. Ma tridx tkun xi għaref biex tkun taf x'se tkun il-konklużjoni tal-Kummissjoni Kandidati dwar dan. Lura fl-2017, meta ħarġu dawn l-allegazzjonijiet, fl- eqqel tal-kampanja għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, kien tlaqqa' l-Kumitat tal-Etika u wara laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv, Simon Busuttil (dak iż- żmien il-Kap uxxenti) kien insista illi li kieku kien flok Delia kien jirrikonsidra l-kandidatura tiegħu. X'inbidel illum? Il-mistoqsijiet li kien hemm dak iż-żmien, għadhom hemm illum. Se terġa' ssir l-istess rakkomandazzjoni? Allegazzjoni, investigazzjoni, rakkomandazzjoni .... x'inbidel mill-2017? Il-qagħda finanzjarja ta' Delia Delia ma għandux sold taħt rasu. Fid- dikjarazzjonijiet tal-assi, li ppreżenta tul dawn l-aħħar snin, Delia qatt ma ddikjara li għandu xi forma ta' savings fuq ismu, la f 'banek lokali u lanqas internazzjonali. Li kap ta' partit, li jaspira li jkun Prim Ministru, ma jkollu kważi xejn f 'butu, ma tantx hija xi ħaġa pożittiva u lanqas ma tawgura tajjeb. Il-paga ta' Delia hija ta' €44,000 iżda fl- istess ħin, skont l-aħħar dikjarazzjoni tal- assi, apparti li ma għandux sold taħt rasu, għandu wkoll €626,000 f 'loans. Minkejja dan, f 'Jannar tal-2015, Delia kien qal ma' The Times of Malta li qed jirnexxilu xorta waħda jħallaq mal- pagamenti li jrid jagħmel kull xahar u li jaqbżu d-€9,000. Delia ddikjara wkoll li huwa sid, flimkien mal-eks mara tiegħu, ta' diversi proprjetajiet u anke li għandu ishma (9%) fil-kumpanija Mġarr Development Limited, li wkoll kienet fiċ-ċentru ta' kontroversja lura fl-2017 minħabba li din kellha dejn ta' €7.2 miljun u li Delia u s-shareholders l-oħra huma responsabbli għalih. Ta' min ifakkar ukoll li l-eks mara ta' Delia, Nicky Vella de Fremaux, kienet fetħet protest ġudizzjarju kontra Delia fejn kienet akkużatu li falla milli jħallas żewġ pagamenti tal-loan fuq id-dar tagħhom Skont l-istess protest, Delia kienu għadu ma ħallasx €7,500. Apparti dawn, skont rapporti, Delia qabeż żewġ pagamenti f 'żewġ karti ta' kreditu u li kienu jinsabu €25,000 minn taħt. Kellu wkoll iħallas b'lura €19,000 f 'kontijiet tad-dawl u l-ilma. Delia kien ċaħad dawn l-allegazzjonijet. Meta Delia sar Kap Nazzjonalista kellu jħallas b'lura €51,924 f 'taxxi u €34,859 f 'interessi. Delia kien ħallas kollox billi biegħ l-ishma li kellu f 'diversi kumpaniji legali u anke proprjetà fis-Siġġiewi. Delia u l-każ ta' Arcidiacono Il-Kap tal-Opppożizzjoni jinsab ukoll involut f 'każ li jmur lura għall-2011 (qabel rifes fil-politika) u li jinvolvi ħlas ta' €86,210 li Delia allegatament ħa biex jassigura self ta' €800,000 mill-HSBC lin-negozjant Boris Arcidiacono. Fil-Qorti, Arcidiacono qed jinsisti li ma kienx ta l-kunsens tiegħu biex l-HSBC seta' joħroġ dan il-bank dra ta' €86,210 lil Delia għas-servizz tiegħu biex jassigura s-self. Il-kumpanija Arcidiacono qed tallega li Delia tħallas minn dak li kien għad fadal minn self ta' €800,000 li sar biex ikunu jistgħu jitħallsu l-kredituri tal-kumpanija u biex tiġi ffinanzjata showroom fl-Imsida. L-Avukat Tonio Azzopardi, li qed jidher għall-kumpanija, kien qal li Delia ġiegħel lill-bank iħallsu direttament wara li Arcidiacono kien irriuta li jagħtih LM50,000 bħala success fee. Fil-Qorti, Delia kien ċaħad dan u saħaq li hu ma talabx il-bank għall-flus. "Dakinhar tal-ħlas il-klijent kien miegħi u ċ-ċekk inħareġ mill-bank. Il-klijent kien jaf li kelli nitħallas mill-ewwel u l-bank kellu lista ta' persuni li ried iħallas. Xogħli kien li nassisti lill-klijent tiegħi biex jieħu s-self, jitħallsu l-kredituri u tiġi ffinanzjata l-proprjetà." Madanakollu Arcidiacono baqa' jinsisti li ċ-ċekk finali, li nħareġ f 'isem Delia, ma sarx fil-preżenza tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020