Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579
IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 • illum opinjoni Partit tal-poplu... l-alternattiva politika meħtieġa Adrian Delia Adrian Delia huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN P olitika għan-nies; iktar minn slogan din hi viżjoni, prinċipju tal-PN li issa hu anki mdaħħal fl-istatut tal-partit. Il-PN; il-Partit tal-Poplu. B'mod naturali tul is-snin il-PN rebaħ l-elezzjonijiet propju għaliex ir- nexxielu jkun il-partit tal-poplu; għaliex irnexxielu jiġbed warajh eluf ta' Maltin u Għawdxin minn kull faxxa tas-soċjetà. Poplu li dejjem ra fil-PN, il-partit li joffri l-aħjar għażliet politiċi biex is-soċjetà tavvanza u ttejjeb lilha nnfisha skont il-ġustizzja soċjali u biex kulħadd ikun inkluż fit-tfassil tal-politika. Propju għalhekk fl-aħħar snin il-PN saħħaħ l-istrutturi interni tiegħu biex jilqgħu fihom iktar ċittadini li jridu jwasslu leħinhom. Għalhekk fil-PN inħoloq iktar spazju politiku biex nies ta' opinjonijiet differenti jiltaqgħu flimkien, jiddiskutu u flimkien titfassal il-politika tal-PN. Propju għax il-PN hu l-partit tal-poplu, ittieħdu d-deċiżjoni ta' inklużjoni għal dawk kollha ta' rieda tajba; mhux biss għan- Nazzjonalisti iżda għal Maltin oħra li mhux bilfors jaqblu mal-PN. Għax il-PN mhux il- partit tan-Nazzjonalisti biss iżda l-partit tal-poplu kollu. Quddiem is-sitwazzjoni politika preżenti ta' kriżi ta' governanza, nuqqas ta' trasparenza, korruzzjoni istituzzjonalizzata u ekonomija bbażata fuq mudell ekonomiku mhux adatt għal Malta, il-politika tan-nies hi l-alternattiva. Il-pajjiż qed jgħaddi minn dawn l-esperjenzi negattivi li għamlu tant ħsara lis-soċjetà Maltija u lill-pajjiż b'mod ġenerali propju għaliex il-PL inqata' min-nies. L-arroganza tal-PL li jwarrab lin-nies u jwettaq politika ta' ingann li titradixxi dak kollu li hu sewwa qed tnawwar il- prinċipji tas-soċjetà Maltija. Dan hu l-oppost ta' dak li jemmen fih il-PN; partit li jemmen li jrid ikun man-nies fit-tewttiq tal- politika li minnha jibbenefikaw l-aktar in-nies mhux dawk li jiddominaw lill-politiċi. Il-PN jrid jibqa' viċin l-iżviluppi li qed isiru fis-soċjetà; jrid jiem sew ir-realtajiet dejjem jinbidlu li qed tgħix u tgħaddi minnhom is-soċjetà Maltija. Biex partit politiku jkun kapaċi jwettaq dan irid ikun viċin in-nies għaliex huma propju n-nies li jkunu qed jgħixu dawn il-bidliet fis-soċjetà. Irridu fuq kollox nimu r-realtajiet differenti ta' komunitajiet u lokalitajiet differenti f 'Malta u Għawdex għax mhux kull lokalità qed tgħix l-istess realitajiet. Dan kollu filwaqt li l-bniedem jibqa' jitpoġġa fiċ-ċentru tal-politika tal-PN. Kien propju għalhekk li l-PN ikkumbatta bil-qawwi lill-Gvern Laburista fuq il-korruzzjoni; għaliex il-korruzzjoni tfisser serq ta' miljuni minn flus il-poplu. Kien għalhekk li fil- parlament il-PN ikkumbatta lill-Gvern Labursita biex jippubblika l-kuntratti kollha, tal-miljuni li għamel il-gvern minn wara dahar l-istess parlament. Kien għalhekk li fil-qorti l-PN ikkumbatta biex l-inkjesta Egrant tkun ippubblikata b'mod sħiħ u kien għalhekk li infetħet il-kawża biex l-isptarjiet jerġgħu isiru tal-Maltin wara li l-gvern Laburista biegħhom lill-barranin; liema barranin lanqas biss għandhom l-iċken esperjenza fis-settur mediku. Kienet u hi sfida kbira li se nibqgħu niġġielduha, akkost ta' kollox u sakemm issir ġustizzja mal-poplu Malti. Il-PN irid jibqa' l-iktar forza politika li tinsab fuq quddiem tikkumbatti lill-gvern Laburista fuq il- korruzzjoni. Magħna tingħaqad is-soċjetà ċivili, l-għaqdiet u ċ-ċittadini ta' rieda tajba. Il-korruzzjoni istituzzjonalizzata qed tnaqqas is-saħħa finanzjarja tal-gvern u timpedih milli jinvesti bis- saħħa fl-ekonomija propju fil-mument meta l-ekonomiji internazzjonali qalgħu daqqa kbira. Dan hu mument kruċjali li minnu l-pajjiż irid joħroġ b'saħħtu. Il-proposti tal-PN dwar l-ekonomija huma differenti minn tal-Gvern; il-PN qatt ma emmen f 'mudell ekonomiku bbażat fuq l-ekonomija tal- konsum u l-importazzjoni tal- ħaddiema barranin biss. Għal pajjiż żgħir bħal Malta, l-ekonomija m'għandhiex tkun waħda fraġli li tikkrolla mal-ewwel mewġa. Dan hu propju li ġara lill-ekonomija Maltija; il-gvern webbes rasu u bena ekonomija li minnha ibbenefikaw l-iktar dawk li diġà kienu b'saħħithom fis-soċjetà; mhux iż-żgħir. Il-konsegwenza? L-eluf fil- faqar żdiedu, saret impossibbli li l-familji jkollhom id-dar tagħhom jew tal-inqas jikru appartament u l-kwalità tal- ħajja naqqset f 'ħafna kategoriji tas-soċjetà. L-għażliet tal-PN kienu u huma differenti; huma għażliet ibbażati fuq il-ħtiġijiet tal-familji Maltin. Mhux aċċettabbli għall-PN li l-familji u l-ħaddiema Maltin jintużaw biex ħaddieħor jistgħana fuq li jistgħana. Biex dan kollu jitwettaq irid ikollna soċjetà b'saħħitha; b'partiti politiċi b'saħħithom ibbażati fuq il-prinċipji. Dan hu l-proċess li qed iwettaq il-PN, proċess ta' riformi biex jissaħħaħ. Proċess li fih juża l-Oppożizzjoni bħala perjodu li fiha jiffoka, jaħseb u jiddeċiedi. Il-partiti politiċi huma pilastru ewlieni tad- demokrazija; m'humiex l-uniku pilastru għaliex magħhom hemm l-istituzzjonijiet iżda pajjiż b'partiti politiċi b'saħħithom għandu iktar opportunitajiet li jkun b'saħħtu mhux biss ekonomikament iżda wkoll politikament u soċjalment. Kollox marbut flimkien. Huma biss partiti politiċi b'saħħithom li jistgħu jikkumbattu gvern korrott. Il- PN dan fehmu u kien għalhekk li twettqu l-bidliet neċessarji fl- istrutturi biex il-PN ikun iktar partit tal-poplu, viċin in-nies. Irridu partiti politiċi li m 'għandhomx dubju dwar il-bniedem; dwar il-ħajja u li jkunu lesti jiddiskutu biss mal-vittmi u mhux ma' min irid jeqred il-ħajja. Il-ħajja hi prinċipju bażiku tal-PN li dwaru fil-partit m'hemmx ħtieġa ta' diskussjoni; b'differenza minn ħaddieħor, fil-PN hemm qbil sħiħ dwar il-ħajja. Quddiem dawn l-isfidi kollha, politiku jrid ikun determinat, sod fil-prinċipji, ċar fil-viżjoni, kapaċi jaffronta l-isfidi u dejjem lest li jiddiskuti. Id-dibattitu hu l-qofol tal-politika iżda dan irid ikun segwit bl-azzjoni maħsuba. Il-PN irid ikun il-partit li jikkonvinċi bis-sewwa anki jekk is-sewwa hu proċess diffiċli u li jista' jieħu ż-żmien biex jiniehem. Imma l-PN se jibqa' determinat favur is-sewwa; favur is-sewwa tan-nies u favur il-kwistjonijiet li jolqtu lin-nies. Bis-sewwa miegħu, il-PN jibqa' t-tarka tal-familji, tal-komunità u tal-prinċipji u l-vlauri u jsawru l-komunità Maltija.