Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579
26 oroskopju IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 • illum It-Tieni ġimgħa taħt iż-żodjaku ta' Virgo Mill-Ħadd 30 ta' Awwissu sas-Sibt 5 ta' Settembru Il-Benefiċċju tal-kristalli madwarna Waqt li kont għand familja għal ''Cleansing'', inħoloq suġġett ta' kemm qed jiġru sitwazzjoniet strambi ġewwa dar tagħhom. Mill-ewwel ħassejt kemm huwa mportanti li jkun hawn aktar informazzjoni u tagħrif dwar il-benfiċċju tal-Kristalli. Il-Kristalli li għandom benefiċċju naturali, dik li jipprovdu enerġija pożittiva sabiex jeliminaw l-enerġija negattiva li jkun hemm iddur ġewwa id-djar tagħna kif ukoll fuqna. Dan jista' ikun solvut permezz ta' kristalla ideali li tkun addatta għal-kaz li jkun qed jiġi mistħarreġ. Sfortuntament bħal issa fid-djar tagħna minħabba il-Covid 19, qed inqattgħu ħafna ħin fid-djar tagħna. Bla ma' nafu qed noħolqu ċertu żbilanċ ta' enerġija u għalhekk ikun ferm importanti li din is-sitwazzjoni rridu naraw kif insolvuha sabiex il-konsegwenzi ma' jkomplux jikbru. Għalhekk il- Kristalli, bil-benefiċċju naturali tagħhom, huma l-għoddod idejali sabiex jikkumbattu ma' dawn is-sitwazzjonijiet. Iżda mhux dan biss, imma trid tiddaħħal enerġija pożittiva biex fil-futur tipproteġi u b'hekk l-enerġija negattiva ma' tkunx tista' terġa tolqot dik id-dar. Tajjeb li tkun taf li aktar ma' jkollna enerġija pożittiva kemm fejn nabbitaw kif ukoll fuqna, huwa ferm importanti sabiex ħajjinta tkun aktar stabbli u nħossuna aktar ispirati għat-tkabbir kemm f 'dak li nkunu nixtiequ u anke għal dak li jkun riesaq lejna! Għal aktar informazzjoni tista' tibgħat SMS fuq 79495804/99013600 jew żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodjaku għalik Aquarius ser jagħmlek tagħraf tippjana b'mod aktar kawt. Għalkemm int ma' kontx ħażin rigward kif tipjana, dan huwa l-mument fejn sejjer jagħtik aktar perfezzjoni fl-ippjanar tiegħek sabiex b'hekk jagħmlek aktar tagħraf lilek innifsek. Għalhekk irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 30, 2, 3 u 5. Aquarius huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodjaku għalik Pisces ser jagħmlek tagħraf aktar mill-viċin int min vera int. Inutili toqgħod toħloq ċertu sitwazzjonijiet. Wasal il-mument li int tagħmel iżjed ħeġġa u kuraġġ ġewwa fik u dawn flimkien ser ikunu s-soluzzjoni sabiex int tersaq u tagħraf aktar lilek innifsek. Għaraf sew dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik din il- ġimgħa huma: 1, 2, 4 u 5. Pisces huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodjaku għalik Aries ser ikun mument ta' riflessjoni profonda dwar deċiżjoni li int għandek tieħu. Issa ma tistax taħli aktar żmien, iżda għasal għal dik id-deċiżjoni li għandha bżonn titieħed. Wara dan il-pass int ser tħossok aħjar. Ħares biss il-quddiem. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id- dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 30, 31, u 4. Aries huma magħrufin għal-independenza tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodjaku għalik Taurus ser jagħmlek tħossok aktar emozzjonali u għalhekk trid tagħraf iżomm ħafna bilanċ għal mod ta' sentiment li sejjer jiżdied ġewwa fik. Jekk int ma tkunx kapaċi iżomm il-bilanċ meħtieg, il-quddiem jista' joħloq ċertu anzjeta żejda. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 1, 3, 4 u 5. Taurus huma magħrufin għal-abbilta' organizzata tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodjaku għalik Gemini ser jagħmlek tagħraf aktar tikkontrolla il-pressjoni li hemm iddur bħalissa madwarek. Dan ser tagħmlu sabiex int ikollok aktar ħin trankwill sabiex tkun tista' twettaq f 'aktar serenità dak li verament tixtieq. Għaraf sew u ħu kontroll aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id- dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 31, 1, 3 u 5. Gemini huma magħrufin għal gwida li jagħfu joffru. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodjaku għalik Cancer ser iġib miegħu bosta tibdil f 'dawn il-jiem. Għalhekk int trid tagħraf aktar kif ser tħejji għal dan it-tibdil fejn issa, għal dan il-proċess, int trid tagħraf aktar l-imġieba tiegħek lejn dawk ta' madwarek. Għandek prospetti sbieh b'dan it-tibdil. Għaraf tkun imħejji sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 30, 2, 3 u 5. Cancer huma magħrufin bħala persuni ta' emozzjonali. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodjaku għalik Virgo ser jagħmlek tgħaddi minn fażi ta' ċertu ħsibijiet kemm pożittivi kif ukoll negattivi. Huma dawn tal-aħħar li jafu jħallu effet fuqek peress li dan huwa perjodu fejn int trid tagħraf tikkumbatti. Trid tissielet sabiex dak li jidher diffiċili jingħeleb u tħossok aktar sodisfatt żgur. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 31, 1, 3 u 5. Virgo huma magħrufin għal-attenzjioni li huma joffru. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodjaku għalik Libra ser jagħmlek tagħraf kif trid tibda tqassam il-ħin għalik sabiex fil-fażi li għaddej minnha bħalissa, isib mumenti ta' rilassament. Trid tqatta' aktar ħin ma' dawk ta' madwarek kif ukoll trid tagħraf il-bżonnijiet kollha tagħhom, b'hekk dan ikun mument ta' tkattir fil-madwar tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 30, 1, 3 u 4. Libra huma magħrufin għall l-istabbilta pożittiva tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Iż-żodjaku għalik Sagittarius ser ikun il- waqt fejn trid tagħraf eżatt x'tixtieq. Żgur li bħalissa hemm bosta sitwazzjonijiet li tixtieq li jiġu solvuti kemm jista' ikun fl- iqsar żmien possibli. Mur għal dawk is- sitwazzjonijiet li int tħoss li tixtieq tkun taf ir-riżultat ta' wara. Għaraf sew dan għax hemm riesaq gwadan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 31, 1, 3 u 5. Sagittarius huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodjaku għalik Scorpio ser jagħmlek tagħraf tkun fl-aktar mument pożittiv u ideali għalik sabiex tkun lest tilqa' għall isfidi li ser jibdew jersqu lejk. Jekk int tagħraf tuża moħħok, żgur li l-isfidi jiġu megħluba. Mhux biss, imma tagħraf tkattar aktar il-maturita' lejk. Iriffletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 1, 2, 4 u 5. Gemini huma magħrufin għall-flessibilta' tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Iż-żodjaku għalik Capricorn ser ikun il-waqt ta' kif int ser tħares lejn is- sitwazjioni kollha ta' madwrek. Trid toqgħod attent għax f 'dan l-istadju ċertu sitwazzjonijiet madwarek jafu ma jkunux dak li fil-verità jidhru. Għaraf sew il-verità. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 30, 2, 4 u 5. Capricorn huma magħrufin kemm huma nies umli. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodjaku għalik Leo ser iġib miegħu bosta ċaqlieq lejk l-aktar fil-karriera tiegħek. Ser ikollok għaddejin bosta ħsibijiet li int tixtieq twettaq iżda tħoss li mhux il-waqt li teżerċita dan. Għaraf ħaġa waħda biss li int temmen iżjed fik innfsek. Dan jaf ikun biżżejjed. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id- dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 31, 2, 3 u 4. Leo huma magħrufin għal-abbilta' u twemmin fihom infushom. Namaste