Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579
12 intervista IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 • illum 'Bis-saħħa tal-azzjonijiet tagħna, id-diska ... iżda l-miżuri għadhom YENDRICK CIOFFI Il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM), Martin Balzan, saħaq mal-gazzetta ILLUM li bl-aħħar miżuri restrittivi li l-Gvern daħħal fis-seħħ, fosthom it-twaqqif tal-attivitajiet tal- massa u ż-żieda fl-infurzar, il-każi ġodda ta' COVID-19 ma komplewx telgħin iżda lanqas ma naqsu. "Aħna t-tobba u l-esperti magħna, rajna kif bil-miżuri li ħa l-Gvern, in-numri ma baqgħux jiżdiedu iżda lanqas ma naqsu. Sew il-medja ta' sebat ijiem u anke l-medja ta' erbatax-il ġurnata ma niżlitx. Jekk nibqgħu hekk, jista' jkun li jiġi l-Milied u jkollna l-istess numri," insista Balzan. Fi kliemu, il-problema hija li għad hemm ħafna nies jiġru barra u fosthom hemm persuni li ma jagħtux kas u dan minkejja li issa l-Gvern qed jagħti eżempju tajjeb u kemm il-Prim Ministru u anke l-Ministri qed jilbsu l-maskri. "Hemm barra hemm ħafna nies. Normali wkoll. Kemm se ddum imsakkar ġewwa? Sakemm mort u lbist maskra u żammejt id- distanza dik ma fiha xejn ħażin. Iżda mhux jiġi tabib jgħidli li mar tieġ, kulħadd kien bilqiegħda u kif bdiet il-mużika kulħadd nesa kollox u qam jiżfen," insista Balzan. Kien għalhekk li Balzan insista li probabbilment, il-miżuri restrittivi ta' bħalissa mhumiex biżżejjed. Iżda l-gazzetta ILLUM fakkritu wkoll kif minkejja li l-każi żdiedu, it huma l-pazjenti li jinsabu fl-isptarijiet u anke hu rrikonoxxa li s-sistema tas-saħħa qed tlaħħaq ma' kollox u kull min għandu l-mard qed jirċievi l-kura. "Mill-banda l-oħra," qabeż minnufih Balzan, "hemm 16-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea li poġġew restrizzjonijiet fuq is- safar lejn Malta. Sa issa, l-akbar daqqa ħadha s-settur tat-turiżmu," kompla jispjega waqt li fakkar li l-MAM dejjem insistiet li s-saħħa u l-ekonomija ma jaħdmux kontra xulxin iżda jridu jimxu id f 'id. "It-turiżmu ħa daqqa kbira mhux ħabba l-istrajk tal-MAM iżda minħabba n-numri li huma kbar. Irridu nniżlu n-numri." 'Kull min jidħol Malta għandu jagħmel test' Propju għalhekk li l-MAM reġgħet qed tinsisti fuq il-proposta orġinali tagħha biex kull persuna li jaqbad ajruplan biex jiġi Malta, irid ikollu f 'idu riżultat negattiv ta' test li jkun għamel fis-72 siegħa ta' qabel. Balzan insista li random testing mhuwiex biżżejjed. "Bil-Maltin bilkemm qed inlaħħqu ... poġġiha fuq it-turist. Jekk ma jagħmilx it- test f 'pajjiżu u jiġi xorta, jibqa' kwarantina u meta jkollna ċans nagħmlulu swab. Jekk jagħmlu hawn, la huwa barrani, irid iħallas," insista Balzan, anke għax fi kliemu din se sservi ta' inċentiva biex turist minn jheddu jagħmel it-test f 'pajjiżu. Għal Maltin, kompla jispjega Balzan, għandu japplika l-istess prinċipju u kull Malti li jirritorna għandu jagħmel test minnufih jew inkella joqgħod fi kwarantina. "Ma hemmx lista ħadra jew safra. Kulħadd irid jagħmel dan it-test. Aħna rridu nniżlu n-numri malajr kemm jista' jkun biex dawn il-pajjiżi jneħħu r-restrizzjonijiet. Is-saħħa għandha bżonn l-ekonomija u viċi-versa. Aħna rajna l-ekonomija biss u nsejna s-saħħa. Issa rridu nitgħallmu minn dan l-iżball. Din mhux żball tal-Gvern tagħna biss imma kellha tkun xi ħaġa li titlobha l-Unjoni Ewropea," insista Balzan. Iżda l-gazzetta ILLUM fakkritu li ħdejn il- każi ta' trasmissjoni lokali, dawk importati kienu it li xejn. "Iridu jiġu żero," ħatafna fil- kelma. "Ma nistgħux nirriskjaw li jidħol każ wieħed. Każ wieħed huwa bħal suffarina li se tqabbadlek il-bosk kollu." 'Il-vouchers illum qed jistimulaw il- mard' Proposta oħra li l-MAM qed tagħmel lill- Gvern hija biex id-data tal-iskadenza tal- vouchers tkun estiża sal-aħħar tas-sena u dan biex ma jkunx hemm għaġla biex dawn jiġu użati. "Dawn il-vouchers kienu hemm biex jistimulaw lill-ekonomija. Illum qegħdin hemm biex jistimulaw il-mard. Kważi kważi l-Gvern kien joħroġ b'irħas kieku lir-ristoranti tagħhom il-flus," kompla Balzan. "Bħalissa kulħadd moħħu biex jonfoq il-vouchers. Jekk id-data tkun estiża, in-nies se joħorġu meta jkunu moħħhom mistrieħ li mhux se jimirdu." Kien hawn li Balzan iċċara li mhux qed jgħid li r-ristoranti ħolqu xi problema, għax fir-ristoranti kulħadd bilqiegħda u bid- distanza soċjali, iżda insista li biex persuna se tmur f 'ristorant, sakemm tasal se taqbad tal- linja, jew titla' f 'karozza ma' persuni oħra u tiltaqa' man-nies u hekk jikber ir-riskju. "Ladarba n-nies se joħorġu, sakemm waslu f 'ristorant jew waslu lura d-dar, hemm l-opportunità biex jinxtered il-mard," kompla jispjega l-President tal-MAM. Apparti dawn il-miżuri, il-MAM qed tiddiskuti miżuri oħra internament u li se tkun qed tikkomunika u tipproponi lill- awtoritajiet tas-saħħa u lill-Gvern bil-għan li jonqos ir-riskju tat-tixrid tal-virus. Balzan insista biss li kull meta l-Gvern jiddeċiedi li jagħlaq xi negozju, irid ikun hemm biex jgħin u jagħti kumpens, inkluż lill-clubs u anke lid-diskoteki. "Żgur li s-suppliment tal-paga għalissa trid tibqa'," kompla jisħaq Balzan. "Żgur li qabel l-aħħar ta' Settembru din mhux se tkun problema solvuta. Jekk għamel id-defiċit, jagħmel defiċit akbar. Jekk hemm bżonn juża l-flus tal-passaporti." 'Biex jiftħu l-iskejjel iridu jonqsu l-każi' Xahar ieħor jiħu l-iskejjel. X'inhi l-pożizzjoni tal-MAM? "Jiena naqbel li l-iskola hija fundamentali iżda biex jiħu l-iskejjel, il-Gvern, minn issa, irid jieħu jieħu miżuri biex inaqqas il-każi," insista Balzan. Saħaq li jekk dan mhux se jseħħ u l-iskejjel jiħu, wara it se jfeġġ każ f 'xi skola, ikollha tagħlaq l-iskola għax kulħadd jispiċċa kwarantina u tinħoloq sitwazzjoni fejn min qed jirċievi edukazzjoni u min le. "Hija xi ħaġa essenzjali li l-iskejjel jiħu ... imma bil-miżuri li għandna l-każi mhux jonqsu. Il-Gvern dawwar it-tmun. Il-Gvern qed jisma', iżda l-każi għadhom mhux qed jonqsu," tenna. 'Anke minn mhux membru tagħna obbda d-direttivi' L-ILLUM tkellmet ma' Martin Balzan dwar il-kritika li tirċievi l-MAM, inkluż mill-Prim Ministru, li titkellem f 'isem it-tobba kollha meta din hija sempliċiment unjin. "Se nwieġbek b'fatt. Meta ordnajna l-azzjonijiet, tista' tgħid li kulħadd obdihom. Waħdiet kien hemm," insista Balzan. Fakkar li l-MAM għandha madwar 950 membru. Spjega li jekk tgħodd it-tobba tal- privat, f 'Malta hawn mal-1,200 tabib. "Ftit hawn unjins li għandhom rappreżentanza kbira hekk ta' settur ... meta għamilna azzjoni, anke min mhux membru segwihom," insista. L-Italja kellhom diżastru iżda t-tobba tagħhom ma strajkjawx... Il-gazzetta ILLUM fakkret ukoll lil Balzan dwar id-diżastru li kien hemm u għad hemm f 'diversi pajjiżi, inkluż fl-Italja. Minkejja dan, it-tobba tagħhom ma strajkjawx u baqgħu hemm mal-pazjent. Bl-azzjonijiet tal-MAM mhux il-pazjent bata? Martin Balzan insista li f 'Marzu li għadda, Malta kienet ippreparata, kontra t-Taljani li fi kliemu lanqas kienu jafu x'laqathom. "Imnalla kienet tkellmet il-MAM. Qabel dehru n-numri, il-MAM u l-professjoni medika kollha, kienu qed jappellaw biex jiddaħħlu miżuri. Il-Gvern sema mill-esperti u Malta kienet ippreparata. Allura kellna suċċess," insista Balzan. Ġara, kompla jispjega Balzan, li f 'Ġunju l-Gvern waqaf jieħu l-pariri tal-esperti, beda jieħu l-parir tal-MHRA u wassal il-messaġġi li "l-gwerra għaddiet" u li "l-mewġ qiegħed fil-baħar." Fi kliemu, l-islogan sar: "we are Meta ħarġu bid-direttivi mhux il-pazjent bata? Jekk qed nagħmlu ħafna swabs mhux bilfors se nsibu ħafna każi? Dan l-imbierek virus qed innefħuh wisq? Għandhom jiftħu l-iskejjel? X'miżuri oħra għandhom jidħlu? L-ILLUM tintervista lil Martin Balzan, President tal-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lit-tobba