Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Dika ċ-ċerta xi ħaġa fl-etnografija Wara l-mewt ta' Marlene Mifsud Chricop Ftit tal-jiem ili tħabbret il- mewt tar-riċerkatriċi tal- folklor Malti, għalliema u traduttriċi Marlene Mifsud Chircop. L-aħbar qanqlet sogħba liema bħala fost bosta letturi u akkademiċi li ħadmu magħha tul is-snin, fosthom Adrian Grima, Toni Sant, Rita Saliba, Yanika Schembri Fava, Raymond Miceli, Paul P. Borg u Mark Montebello. Il-ħidma tagħha kont skoprejtha, dak iż-żmien b'xorti ħażina biss ta' fuq fuq, snin ilu permezz tax-xogħol ta' żewġha Joe Mifsud Chircop – riċerkatur ewlieni ieħor fit-teorija u l-prattika tal-folklor Malti. Kien biss f 'dawn l-aħħar xhur – bis- saħħa tal-proġett ta' riċerka dwar It-Tradizzjoni Orali mmexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal- Università ta' Malta – li seħħli nsir kemxejn iżjed midħla tal- ħidma etnografika tagħha. L-interess tiegħi partikulari tiegħi f 'dan ir-rigward, l-iżjed sforz il-ġrajjiet ta' żogħriti, kien ir-riċerki tagħha dwar l-għannejja tal-fatt. Żgur mhux b'ċikka li l-ħidma tal-koppja Mifsud Chircop kienet waslet għandi, daqs ħamsa u għoxrin sena ilu, mingħand diversi għannejja tal-fatt u għalliema b'interess akkademiku fil-folklor illi kont nagħmilha magħhom kmieni f 'żogħżiti. Niakar li wħud minn dawn l-għannejja tal-fatt – li fil- biċċa l-kbira ma kellhomx wisq ħin għall-kotba – għalihom donnu kien biżżejjed illi jeżistu nies "tal-iskola" li jindenjaw ruħhom jieħdu interess fihom u fid-"delizzju". L-għalliema sintendi kienu jitħaddtu xort'oħra: għad għandi amment sal-lum, b'ċerta nostalġija, ta' bosta taħditiet u rakkonti li smajt rigward l-arti tal-għana tal-fatt u l-bosta ġrajjiet u leġġendi li kienu jagħmlu parti mir-ripertorju ta' dawn l-għannejja. Fid-diskors ta' dawn it-tnejn spiss kont inħoss ċertu biża' min-nisi u xewqa qawwija għall-posterità fil- kuxjenza kollettiva tagħna. Iżjed minn hekk, kont ninnota wkoll it-tħassib, l-iżjed fost ċerti għannejja, li anke huma stess bħala messaġġiera jew studjużi tal-folkor Malti, għada pitgħada għad jisfgħu biss oġġett folkloristiku – kurżità storika li appik ser tmut fuq ommha. F'oħrajn imbagħad, sewwasew f 'minoranza minnhom, minn daqqiet kont nosserva ċerta indifferenza, forsi wkoll bruda. Għalliem minnhom, studjuż tal- lessikografu de Soldanis xejn inqas, kien qalli dawn il-kelmiet preċiżi: "Ħaġa minn ewl id-dinja illi dawn in-nies jixtiequ jibqgħu mfakkra. Hekk għandu jkun. Biss, għandu mnejn jitilfu dik iċ-ċerta xi ħaġa mbagħad jekk noqogħdu nperrċuhom iżżejjed. Iż-żmien biss għad jagħtina parir. Saħħiet". Kellhom jgħaddu s-snin biex forsi imt x'tista' tkun dina "ċ-ċerta xi ħaġa". Għandi niem li r-riċerkatur etnografiku Steve Borg – li ktibt reċensjoni dwar il-ħidma etnografika tiegħu proprju ħmistax ilu – żgur iltaqa' bosta drabi ma' sentimenti bħal dawn waqt li kien qiegħed jintervista għadd t'anzjani Maltin illi twieldu fl-ewwel nofs tas-seklu 20. Xi jumejn qabel il-mewt ta' Marlene Mifsud Chircop inzerta kelli diskussjoni ferm interessanti ma' ħassieba post-moderna Franċiża b'interess fl-istudji Maltin rigward ir-reċensjoni reċenti tiegħi dwar iż-żewġ volumi entografiċi ta' Borg Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom. Id-diskors kien waqa' wkoll fuq il-koppja Mifsud Chircop: għandu mnejn bħal donnu qalbi ħebritni li Marlene kella tisfa' nieqsa proprju it tal- jiem wara. Mal-ħin id-diskussjoni marret fejn it li xejn kont qed nobsor, jew aħjar, biex id-diskors isir sewwa, fejn dejjem bżajt li tmur, voldieri, possibbilment, fuq dik iċ-ċerta xi ħaġa. Fil- kredu daħal il-filosofu Franċiż Jean Baudrillard – sewwasew, minn tant, ix-xogħol ferm provokanti tiegħu Simulacres et simulation. Diġà qiegħed nisma' lil dawk midħla ta' dan it-test – kif għall-ewwel ġara proprju lili wara kollox – jistaqsi x'qatt jista' jkollu x'jaqsam dan ix-xogħol ta' Baudrillard mal- istudji etnografiċi dwar il-folklor tagħna. Iżda t-taħbil ir-ras tiegħi ċċara qatigħ malli din il-ħassieba fakkritni f 'din il-mistoqsija li jagħmlilna Baudrillard f 'dan it-

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020