Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Carmel Cacopardo Drittijiet ambjentali bir-riforma kostituzzjonali Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika u Timothy Alden huwa l-Kap tal-Partit Demokratiku I l-Konvenzjoni Kostituzzjionali, meta tiġi, tkun opportunità unika biex ikunu ntrodotti drittijiet ambjentali fil-Kostituzzjoni. Dan jista' u għandu jseħħ billi dawn id-drittijiet jinkitbu b'mod ċar u li ma jħallux lok għal miżinterpre- tazzjioni f 'riforma li ilna nistennew żmien kbir. Id-drittijiet ambjentali, għandhom ikunu ċari daqs id-drittijiet dwar il- propjetà. Għax il-Kostituzzjoni, b'mod pervers, filwaqt li tipproteġi drittijiet dwar il-propjetà, illum ma toffri l-ebda protezzjoni għal drittijiet ambjentali bħad-dritt għal arja nadifa inkella għal aċċess għal ilma nadif. L-anqas ma tipproteġi l-bijodiversità jew il-pajsaġġ jew kwalunkwe dritt ambjentali ieħor bħall-ħarsien tar-riżorsi naturali. Id- drittijiet tal-individwi huma b'xi mod protetti imma d-drittijiet tal-komunità l-anqas biss jissemmew. Meta wieħed iqis li d-drittijiet tal- ġenerazzjonijiet preżenti huma kemm kemm protetti, xejn ma hemm biex niskantaw jekk il-liġi bażika tagħna tinjora lill-ġenerazzjonijiet futuri għal kollox. Waqt li dan kollu kien għaddej, Malta fuq livell internazzjonali nsistiet dwar il- ħarsien ta' qiegħ il-baħar (1967), dwar il- klima (1988) u dwar il-ġenerazzjonijiet futuri (1992). Imma minkejja dawn l-isforzi fuq livell internazzjonali, ma sar l-ebda sforz lokali biex dak li nippriedkaw barra minn xtutna nipprattikawh f 'artna. Il-Kostituzzjoni ta' Malta, fil-Kapitlu 2 tagħha, għanda sett ta' linji gwida biex dawn ikunu ta' għajnuna lill-Gvern billi b'mod ġenerali jindikaw it-triq li jeħtieġ li jimxi fuqha. Wieħed minn dawn il-prinċipji gwida huwa dwar il-ħarsien ambjentali. Dan tfassal oriġinalment fl- 1964 u ġie emendat riċentement. Wara din il-lista ta' linji gwida, fl-aħħar tagħhom, il-Kostituzzjoni tgħidilna li ma tistax tmur il-Qorti biex tinfurzhom! Dan il-kapitlu tal-Kostituzzjoni huwa mfassal fuq dak li hemm fil- Kostituzzjoni tal-Irlanda u tal-Indja. Kif jispjega Tonio Borg fil-kummentarju tiegħu dwar il-kostituzzjoni ta' Malta, l-Qorti Suprema Indjana minkejja kollox, imma, interpretat il-linji gwida fil-Kostituzzjoni Indjana bħala l-kuxjenza tal-kostituzzjoni : linja gwida tabilħaqq. Għax x'jiswa' li toqgħod tipprietka u tħambaq dwar il-prinċipji bażiċi u l-linji gwida jekk imbagħad iżżomhom milli jkunu infurzati? Sfortunatament, din l-istess attitudni kienet addottata meta tfasslet leġislazzjoni dwar l-ippjanar għall-użu tal-art u dwar l-ambjent. Anke hawn wara ħanfa dikjarazzjonijiet ta' prinċipji nsibu li dwar dawn ukoll ma tistax tmur il-Qorti biex tinfurzhom. Fis-sottomissjonijiet tagħha lill Konvenzjoni Kostituzzjonali, Alternattiva Demokratika, ipproponiet li dan il-kapitlu fil-kostituzzjoni għandu jkun revedut b'mod li jkun assigurat li l-Gvern dejjem jimxi mal-linji gwida kostituzzjonali. F'pajjiżi oħra, s-soċjetà ċivili, meta meħtieġ, tieħu azzjoni legali kontra l-Gvern biex tassigura li dan jerfa' r-responsabbiltajiet ambjentali tiegħu f 'kull ħin. Għandi f 'moħħi żewġ eżempji partikolari. L-ewwel wieħed hu dwar azzjoni legali fir-Renju Unit mill-għaqda ambjentali Client Earth dwar il-mod kajman li bih il-Gvern Ingliż mexa fil-konfront ta' strateġija nazzjonali dwar il-kwalità tal-arja. Il-materja spiċċat quddiem il-Qorti Suprema li f 'deċiżjoni ta' struzzjonijiet lill-Gvern dwar iż-żmien sa meta għandha tkun lesta din l-istrateġija. It-tieni eżempju qiegħed l-Olanda u jikkonċerna t-tibdil fil-klima u l-grupp ambjentali Urgenda li mar il-Qorti biex iġiegħel lil Gvern jistabilixxi miri raġjonevoli dwar emissjonijiet li għandhom impatt fuq il-bidla fil-klima. F'dawn l-eżempji, u probabbilment f 'bosta oħrajn, l-azzjoni tal-Gvern kienet ferm inferjuri għall-aspettattivi tas-soċjetà ċivili. Ikun tajjeb li l-kostituzzjoni tipprovdina bl-għodda biex kull meta l-Gvern jonqos milli jimxi mal-miri kostituzzjonali ikun possibli li nippruvaw inġibuh f 'sensieh. Sal-lum niddependu mill- Kummissjoni Ewropeja bit-tama li meta jkun meħtieġ din tieħu passi. Nistqarr li f 'materji ambjentali, bosta drabi tiddisappuntana u ma tagħmilx dak li nistennew minn għandha. Il-konvenzjoni Kostituzzjonali sal- lum, tista' tkun l-unika forum fejn dan id-difett kostituzzjonali jkun possibli li nikkoreġuh. Għax hu l-waqt li d-drittijiet ambjentali jsiru parti integrali mill-kostituzzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020