Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 Roberta Metsola Roberta Metsola hija Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista Is-sarima thedded id-demokrazija I l-pandemija COVID-19 ġabet magħha l-bżonn li nilbsu l-maskra biex nippro- teġu lil ħaddieħor u nipproteġu lilna nfusna. Din hi għażla responsabbli, għax irridu nagħtu kas il-bżonnijiet ta' xulxin. Qatt ma taf jekk hux se tiltaqa' ma' persuna li hi vulnerabbli u allura b'konsegwenza tista' tipperikolalha ħajjitha. Hi realta' ġdida imposta fuqna bla ma kien mistenni. Realtà li qed ikollna ngħixu ta' kuljum, b'tama li fil-futur qarib jkollna l-vaċċin biex ħajjitna terġa' tibda tqarreb lejn dak li konna mdorrijjin qabel. Għalkemm hemm sitwazzjonijiet, li l-pandemija ġegħlitna nkunu aktar konxji tagħhom, naġġustaw jew inbiddlu l-mod tal-għixien tagħna, li huma pożittivi u li allura għandna nibqgħu insegwuhom. Fosthom dawn hemm l-importanza tal-iġene – li nkunu kontinwament konxji ta' sitwazzonijiet li jistgħu ixerrdu l-mard. Aspett pożittiv ieħor li rajna hu t-titjib fil-kwalità tal-arja b'anqas dħaħen fit-toroq u allura anqas perikli – dan għandu jwassal biex verament ikollna diskussjoni serja u implimentazzjoni ta' inizjattivi dwar l-alternattivi għat-trasport preżenti. Bidla oħra pożittiva li saret hi li aktar nies bdew jaħdmu bit-teleworking. Hemm xogħlijiet li jitolbu kuntatt u impenji barra d-dar imma hemm oħrajn li jistgħu isiru, kif fil-fatt sar mid-dar. Din l-esperjenza m'għandiex tintrema. Ebda sagrifiċċju li sar u ebda bidla għall-aħjar ma għandha tkun esperjenza li tgħaddi imma trid tkun stil ta' ħajja mġedded. Bdejt dan l-artiklu billi semmejt l-użu tal-maskri li huma bżonn. Imma imbagħad hemm għata oħra li hux talli mhix bżonn imma talli hi xkiel. Il-Gvern Laburista qed jipprova jlibbes is-sarima fuq il-media. Din hi theddida li ilha tinħass u tiggrava. Il-Gvern jikkontrolla aktar ix-xandir pubbliku Dak li qed jiġri fil-qasam tax-xandir bħalissa hu perikoluż. Il-Gvern qed jilgħab mal-liberta' tal-espressjoni. Mal-libertà tal- istampa. Qed jostakola l-mezzi tax-xandir – li mhux propejeta' tiegħu naturalment. Il-Gvern Laburista qiegħed jikkontrolla dejjem aktar ix-xandir tal-istat, TVM. Il-Gvern din il-ġimgħa biddel il-bord tal-PBS. Setgħa ra f 'din il-bidla opportunita' ta' tiġdid biex l-istazzjon nazzjonali ikun verament l-istazzjon tan-nazzjon kollu, fejn isir eżami u jsiru bidliet tar-rwol tiegħu. Fl-istess waqt li jikkontrolla x-xandir nazzjonali, il-Gvern qiegħed jipprova jxekkel il-ħidma tal-ġurnalisti indipendenti u media oħra. Ġurnaliżmu veru jwassal il-verità Il-ġurnalisti jixirqilhom kull apprezzament għax-xogħol li jagħmlu. Naf li jkun hemm sitwazzjonijiet – li għalkemm il-ġurnalisti ma jitkellmux dwarhom fil-pubbliku – li jkunu riskjużi. Mhux biss iħabbtu wiċċhom ma' bibien magħluqa imma jħabbtu wiċċhom ma' theddid. Għalhekk irrid intenni l-apprezzament tiegħi għax-xogħol li jagħmlu l-ġurnalisti biex iwasslulna l-verità Il-ġurnaliżmu jfisser li l-media twassal il-verita' u mhux tirraporta x-xenarji li jipprova jpinġi l-Gvern Laburista biex jagħti l-impressjoni li l-mgħawweġ hu dritt u li l-iskur hu ċar. Il-Gvern ma jridx ġurnaliżmu indipendenti, ma jridx ġurnaliżmu ħieles mill-kontrolli tal-Gvern u ma jridx ġurnaliżmu ħieles. Attakk fuq il-ġurnaliżmu Rajna lill-Gvern Laburista jtajjar ġurnalisti minn fuq ix-xandir pubbliku, iwaqqaf programmi, ġurnalisti jitolbu informazzjoni skont il-liġi u jibqgħu ma jingħatawx l-informazzjoni, Ministri tal-Gvern jirriutaw li jagħtu intervisti imma imbagħad jonqfu minn flusna biex jagħmlu riklami fuq il-paġna personali ta' facebook għal gwadann partiġġjan tagħhom. Inqatlet ġurnalista – Daphne Caruana Galizia – li kienet qed tikxef il-korruzzjoni tal-klikka korrotta ta' Kastilja. Fejn tista' tasal agħar minnhekk? X'tista' tagħmel aktar milli b'mod maħsub, pjanat u ko-ordinat toqtol ġurnalista? Persuna bħal kull persuna oħra li għandna familja. Din mhix biss hi tebgħa fl-istorja tal- Gvern u tal-Partit Laburista imma hi ċappa sewda li jagħmel x'jagħmel la tmur u lanqas għandha titħalla tmur u tintesa. Qatt. Gvern li joħloq dipendenza u jabbuża Bħalissa qed ned naraw manuvri oħra għaddejjin: waqt li jipprova jitbiegħed mill- ġurnaliżmu li mhux marbut mal-labour, il-Gvern qiegħed juża l-media laburista biex jagħti informazzjoni li għandha tkun 'il fuq mill-politika partiġġjana. Mnejn sa fejn il-pubbliku għandu jiġi kostrett li jsegwi l-istazzjon tal-Partit Laburista biex isegwi żviluppi li jingħataw mill-Prim Ministru? Imbagħad, media oħra qed ikunu kostretti li biex iwasslu informazzjoni jew żviluppi li jkun semma l-Prim Ministru jkollhom jirrapurtaw dak li qal fuq il-meda laburista? Hu ċar li l-Gvern irid li jġib in-nies dipendenti fuq l-istazzjon laburista. Din id-dipendenza tkun tfisser ukoll li l-informazzjoni tingħata kif irid il-labour. B'mod orkestrat. Illum is-suġġett jista' jkun il-COVID, għada pit'għada jistgħu ikunu suġġetti oħra. Din id-dipendenza tfisser ukoll aktar telespettaturi u allura potenzjalment aktar reklamar għall-media laburista. Din id- dipendenza għalhekk tfisser abbuż tal-poter u kompetizzjoni inġusta, ikkreata mill- Gvern. Din id-dipendenza tfisser li l-Gvern ma jemminx li għandu jkun hemm level playing field. Din id-dipendenza hi abbuż. L-Awtorita' tax-Xandir ukoll b'ċensura fuq il-ġurnalisti Issa qed issir ċensura oħra fuq il-ġurnalisti mill-Awtorità tax-Xandir. L-Awtorita' ddeċidiet li meta jkun hemm xi konferenza tal-aħbarijiet mill-Prim Ministru li l-Gvern jiddeċiedi u jimponi li din tixxandar fuq TVM, il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti m'għandhomx jixxandru! Din hi ċensura li qed issir minn awtorita' mwaqqfa mill- Kostituzzjoni. Dan hu periklu ieħor għad- demokrazija tagħna. Fuq naħa għandna Gvern li qed jimmanuvra biex idgħajjef il-media indipendenti, jimmina l-ġurnalisti, isaħħaħ il-media tiegħu fl-udjenzi u finanzjarjament, u fuq in-naħa l-oħra issa għandna Awtorità li ħadet deċiżjoni li tiċċensura lill-ġurnalisti u timponi dik iċ-ċensura fuq il-pubbliku biex ma jkunx jaf x'qed jistaqsu l-ġurnalisti. Id-drittijiet u l-libertajiet m'għandux jiddependu mill-Gvern Il-libertà tal-espressjoni u tal-istampa huma drittijiet li m'għandhomx jiddependu mill-politiċi jew minn min ikun fil-Gvern imma huma drittijiet fundamentali li għandhom jiġu garantiti dejjem, f 'kull żmien, indipendentament minn min ikun fil-Gvern. Jeħtieġ li jkollna diskussjoni matura dwar il-media, ix-xandir pubbliku u r-riforma fl- Awtorità tax-Xandir. Dan fl-interess tan-nies li jixirqilhom li jkollhom quddiem il-verita' u mhux l-ispin tal-Gvern. Dan fl-interess tat- trasparenza u mhux tal-kontroll tal-Gvern. F'dan iż-żmien ta' pandemija irridu nilbsu l-maskra biex nipproteġu saħħitna u saħħet ħaddieħor, imma m'għandhiex inħallu lill- Gvern illibisna sarima. Il-maskra tipproteġi saħħitna, is-sarima idgħajjef is-saħħa demokratika ta' pajjiżna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020