Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt E ddie Fenech Adami, bħal Dom Mntoff qablu u Joseph Muscat iqajjem reazzjonijiet diversi u xi kultant estremi wkoll. Min iħob- bu u kważi jadurah u min jobgħodu. Min jaħseb li kien l-aqwa Prim Ministru u min jaħseb li kien wieħed mill-agħar. Pero, hi x'inhi l-opinjoni tiegħek dwar Eddie Fenech Adami, huwa fatt li ma jista' jmerih ħadd li ġibed lejn il-Partit Nazzjonalista l-mases, forsi wkoll mases li ma kinux Nazzjonalisti, mases ta' nies li kienu xebgħu bil-politika protezzjonista tal-Gvern ta' Karmenu Mifsud Bonnici u l-arja tqila u vjolenti ta' dak iż-żmien. Fenech Adami rebaħ il-maġġoranza tal-voti fl-1981 - l-ewwel elezzjoni li kkontesta bħala Kap Nazzjonalista - u sussegwentement rebaħ il-Gvern fl-1987, l-1992, l-1998, ir-referendum fl-2003 u l-elezzjoni ġenerali tal-2003 - l-aħħar waħda li kkontesta bħala Kap Nazzjonalista. Dawk tal-1992, 1998 u 2003 rebaħ b'aktar minn 12,000 vot fuq il-Partit Laburista li sa qabel Joseph Muscat kienu rebħiet kbar u rekord. B'kollox huwa dam Prim Ministru ta' Malta 15-il sena, kważi daqs Dom Mintoff. Dawn huma fatti u l-fatti numeriċi ma jista' jmerihom ħadd. Li għandu bżonn jagħmel il-Partit Nazzjonalista f 'dawn il-ġimgħat mhijiex li jintilef fin-nostalġija jew inkella li jaħseb illi l-passat ta' rebħ jista' jerġa jiġi lura bil- metodi eżatti ta' Fenech Adami - għaliex iż-żmien kien differenti, it-tensjoni politika kienet kbira (għalkemm f 'Novermbru/ Diċembru li għadda ma konniex neqsin minnha), l-ekonomija kienet kompletament differenti (Gvern Laburista kien adotta politika protezzjonista ħafna), l-ambizzjonijiet tan-nies kienu differenti u fuq kollox kien differenti l-avversarju. Robert Abela mhuwiex Mintoff u Mintoff mhuwiex Abela. Imma hemm bżonn iva li meta t-tesserati jivvutaw dan ix-xahar jew id-dieħel għal Kap ġdid, mhux jiakru f 'Fenech Adami b'nostalġija storika biss, imma jiakru fir- riċetta li rebħet lill-PN u tagħtu maġġoranzi minn fost il-poplu mill-1981 sal-2003 - ħlief għal intervall qasir bejn l-1996 u l-1998, għal total ta' 20 sena (mill-2004 sal-2013 Gvern tal-PN tmexxa minn Lawrence Gonzi u minkejja rebħa fl-2008 il-PN kien beda t-triq tan-niżla). X'kienet ir-riċetta li żammet lill-PN daqstant popolari għal daqstant snin? Hemm ħafna fatturi, imma fattur ewlieni li kien rilevanti dakinhar u għadu llum hija l-istrateġija illi permezz ta' viżjoni u għan ċar u ambizzjuż Fenech Adami għaqqad flimkien lill-inqas votanti li kien probabbli li jivvutaw l-istess. Is-sinjuruni, lukandiera u l-kuntratturi mal-ħaddiema tal-id, li jaqilgħuha u jikluha - permezz tal-wegħda ta' bidliet kbar ekonomiċi. Lill-konservattivi, mal-liberali - permezz tal-viżjoni tiegħu biex Malta ssir membru tal-UE. Lil tan-naħa ta' fuq u ż-żoni ta' Tas-Sliema u San Ġiljan, fejn il-PN kien b'saħħtu ħafna, mal-votanti tan-naħa ta' isfel, fejn il-PN dejjem bata - dan permezz ta' tim b'saħħtu ta' kandidati f 'dawn in-naħat tal-pajjiż. Lil dawk li dejjem kienu jivvutaw lill-PN u li kellhom animożità jekk mhux mibgħeda lejn Mintoff ma' dawk li forsi kienu vvutaw lil Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici pero li riedu l-bidla. U finalment poġġa flimkien l-establishment - il-kleru, l-avukati, professuri, nies fil-midja mal- bdiewa, sajjieda u ħaddiema fil-fabbriki. Din kienet ir-riċetta ta' rebħ kontinwu. U min użaha l-istess riċetta b'suċċess kbir? Min wara Fenech Adami rnexxielu jgħaqqad tant interessi differenti flimkien taħt umbrella waħda? Joseph Muscat. Din mhijiex tixbiha jew tqabbil bejn il- legat ta' wieħed u ta' ieħor. Xejn minn dan. Imma iva, tqabbil bejn l-istrateġija li kien uża Fenech Adami u wara l-2008 Muscat. Il-politika esklussiva qatt ma tat riżultati. Partit li jfittex illi jkeċċi, jaqta' 'l barra, jemarġinalizza u jistratifika lin-nies skont l-għerf, il-flus, il-ġeografija u l-passat qatt ma rebaħ jew inkella kellu rebħiet li ma baqgħux sostenibbli wara it. Hija l-politika inklussiva tar- rikonċiljazzjoni biss li tagħti r-riżultati. Huwa biss mexxej politiku li jservi ta' kolla bejn interessi varji u differenti li jista' jirnexxi. U huwa dan li għandu bżonn il-PN illum. Ikun ta' xejn li l-Partit Nazzjonalista jfakkar lil Eddie Fenech Adami f 'ħafna dokumentarji magħmulin biex iqanqlu l-emozzjoni, jekk il-Partit Nazzjonalista ma jirrispettax il-wirt li ħalla dan il-Kap lill- partit tiegħu: Partit li kien rebbieħ, tan-nies u fuq kollox magħqud. Ma jservi ta' xejn il-ħolm fl-ajru u n-nostalġija għall-passat jekk l-20,000 (jew aktar) tesserat mhux se jużaw il-passat bħala għalliem u boxxla, bid-destinazzjoni tkun l-għaqda. U l-istess Adrian Delia u Bernard Grech. Idonei kemm jistgħu jirriżultaw li huma minn dan id-due diligence, jekk ma jridux jgħaqqdu u mhux se jaħdmu biex jgħaqqdu, ma huma idonei xejn. Inutli n-nostalġija lejn il-passat, jekk it-tesserati mhux se jużawh bħala boxxla

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020