Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Roderick Galdes Ngħinu lill-persuni bl-awtiżmu Roderick Galdes huwa l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali M inn meta sirt Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċ- jali, insistejt kemm-il darba li l-għan aħħari tagħna huwa li noffru akkomodazzjoni adegwata għal Maltin u l-Għawdxin kollha. Għal setturi differenti fis-soċjetà dan jista' jfisser affarijiet differenti għax mhux kulħadd għandu l-istess bżonnijiet. Għalhekk, għamlniha l-missjoni tagħna li nidden- tifikaw dawk il-bżonnijiet u naraw kif se nsolvuhom. Kuntent ngħid li din il-ġimgħa għamilna pass ieħor biex nilħqu dan il- għan. Ħafna drabi, f 'pajjiżi oħra, il-leħen ta' dawk li huma l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà ma jinstemax biżżejjed u għalhekk jiġu injorati. Kburi ngħid li dan mhuwiex il-mod kif pajjiżna, jew il-Gvern tagħna jaħdem. Bħala Gvern soċjalista, aħna fil-Partit Laburista, dejjem assigurajna li ngħinu lil dawk li l-aktar għandhom bżonn l-għajnuna. Issa, bl-aħħar inizjattiva li ħabbarna, se nkunu qed nilħqu sezzjoni oħra tas-soċjetà li ħafna drabi tingħata l-ġenb u ħlief ostakli ma ssibx. Qiegħed nirreferi għal dawk il-persuni bl- awtiżmu. Bis-saħħa tal-iskema l-ġdida li ħabbarna, Sens-Ability, flimkien ma' mart il-Prim Ministru, Lydia Abela, familji ta' tfal u adulti bl-awtiżmu se jkunu eliġibbli għal għajnuna mill- Gvern, li tammonta sa €6,000 bil-għan li dawn jintużaw għall-kostruzzjoni ta' kmamar multi sensorjali fid-djar tagħhom. Dawn il-kmamar, huma ddisinjati speċifikament biex jgħinu persuni bl- awtiżmu jew individwi li għandhom problemi jipproċessaw informazzjoni li jirċievu mis-sensi tagħhom u dan għax l-istess kmamar jipprovdulhom post kwiet li fih iħossuhom siguri, kalmi u ffukati, 'il bogħod mill-ġenn u l-istress li l-ħajja tista' tikkawża lil dawn il-persuni. Persuni fl-ispettru tal-awtiżmu, ħafna drabi jsibu ruħhom fi żvantaġġ għax apparti l-istigma inġusta li għadha teżisti fost uħud fis-soċjetà, il-komunitajiet ħafna drabi ma jkunux mgħammra b'dak meħtieġ biex jgħinuhom. Madanakollu, issa, ninsabu pass eqreb biex dawn il-persuni ma jibqgħux fi żvantaġġ. Dawn il-kmamar, li l-istess persuni, permezz ta' din l-għajnuna se jkunu jistgħu jagħmlu fid-dar tagħhom, se jkunu qed jgħinuhom iħejju ruħhom biex jiffaċċjaw l-isfidi li toffrilhom is- soċjetà u jkunu f 'pożizzjoni aħjar biex joħorġu l-potenzjal kollu tagħhom. Din hija l-ħidma ta' dan il-Gvern – li joffri lil kull ċittadin dawn l-għodda li għandu bżonn biex jikber u jagħmel suċċess. Din il-filosofija qed issir realtà bis-saħħa ta' inizjattivi bħal din li jkollhom impatt dirett u tanġibbli fuq il- ħajja ta' eluf ta' Maltin u Għawdxin. Din il-mentalità hija ħafna għal qalbna u fil-fatt din ma kinitx xi wiegħda elettorali jew inkella parti minn xi kampanja. Għall-kuntrarju. Din l-iskema hija riżultat ta' Gvern li jisma' n-nies u jifhem il-bżonnijiet tagħhom. Wara kollox, bħala mexxejja ta' dan il-pajjiż, aħna għandna r-responsabbilità li naraw li kull ċittadin tal-gżejjer tagħna jkollu dak kollu li għandu bżonn, skont il-ħtiġijiet individwali tiegħu u jiena wieħed minn dawk li nemmen bis-sħiħ li dan l-appoġġ irid jibda mid-djar tagħna. Id-djar huma post fejn inħossuna siguri u komdi u ma kienx ġust li persuni bl-awtiżmu jkunu mċaħħda minn dan il-privileġġ li ngawdu ħafna minnha. Ftit ftit irridu nibdew insaħħu kuxjenza li kull individwu huwa differenti u għandu bżonnijiet speċifi u li r-residenzi tagħna għandhom jirriflettu dan. Din kienet il-linja ta' ħsieb wara l-iskema Sens-Ability u huwa l-approċċ li aħna qed nieħdu fis- sistema ġdida għall-akkomodazzjoni li kienet imħabbra x-xahar li għadda, fejn il-bżonnijiet tar-residenti futuri qed jittieħdu inkonsiderazzjoni mill- istadji tal-ippjanar, jiġifieri qabel imqar titpoġġa l-ewwel ġebla. Fl-aħħar mill-aħħar, aħna ma rridux li nipprovdu sempliċiment akkomodazzjoni biex inkunu nistgħu naqtgħu l-lista. L-akkomodazzjoni trid tkun tirrifletti l-bżonnijiet taċ-ċittadini tagħna u huwa permezz ta' dawn l-inizjattivi revoluzzjonarji li qed nimxu lejn għada isbaħ u aħjar. Jekk kelli l-iċken dubju dwar il- benefiċċji ta' din l-iskema, dawn malajr taru bis-saħħa tal-għexieren ta' messaġġi ta' ringrazzjament u apprezzament li rċevejt fl-aħħar jiem minn meta ħabbarna l-iskema. Il-persuni bl- awtiżmu ma għandhom xejn inqas mill- bqija tas-soċjetà, imma sempliċiment individwi li l-potenzjal tagħhom sab ħafna ostakli għax is-soċjetà tagħna ma ħasbitx fihom. Aħna għandna r-responsabbilità li nbiddlu dan. Ma hemmx sodisfazzjon ikbar, għal min qiegħed fis-servizz pubbliku, milli jkun jaf li pprovda raġġ ta' tama u għamel differenza fil-ħajja tan-nies. Issa huwa dmir ta' kull wieħed u waħda minnha biex inkomplu nagħmlu dan. Minflok niġġudikaw u nwarrbu persuni bl-awtiżmu, irridu nagħtuhom l-appoġġ kollu li hemm bżonn, niddentifikaw l-abbilitajiet tagħhom u naħdmu magħhom biex jaslu għall- potenzjal kollu tagħhom. Meta nagħmlu dan biss nistgħu ngħidu li għandna soċjetà inklussiva li toffri opportunitajiet indaqs għal dak kollu li noħolmu dwaru. Din hija l-ħidma ta' dan il-Gvern – li joffri lil kull ċittadin dawn l-għodda li għandu bżonn biex jikber u jagħmel suċċess.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020