Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824
IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 • illum opinjoni Il-kuraġġ tal-politiku li jidħol fil-politika meta l-aktar hemm sfidi Adrian Delia Adrian Delia huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN M hux kull persuna tħoss li għandha tidħol fil-politika; mhux kull persuna li tkun avviċinata biex tagħ- ti kontribut taċċetta li toffri s-servizz tagħha fil-politika. Ħafna jħarsu lejn il-politika b'mod negattiv iżda dan l-element m'għandux jaqta' qalb dawk in-nies ġenwini li jiddeċiedu li jiddedikaw parti sew minn ħajjithom għas- servizz ta' ħaddieħor, tal-poplu. L-eżempju tal-kapijiet tal- PN tal-passat għandu dejjem ikaxkar u jinżamm bħala mudell għal dawk kollha li jridu jagħtu kontribut lill-pajjiż u li jaraw il-poliitka bħala l-aqwa għodda biex jagħmlu dan. Il-kapijiet Nazzjonalisti dejjem urew integrità u onestà fit-tmexxija u taw kontribut tremend għall-iżvilupp politiku tal-pajjiż. Kienu l-kapijiet tal-PN li bil-viżjoni tagħhom biddlu wiċċ dan il-pajjiż u dejjem stradawh f 'direzzjoni tajba. Għalhekk hu dmir ta' kull kap tal-PN li janalizza, jistudja u jżomm quddiemu l-prinċipji tal-kapijiet tal-PN. Il-poliitka mhix karriera iżda hi missjoni; missjoni li permezz tagħha trid tiċċaħħad minn diversi aspetti beiex il-poplu jara fik il-bniedem li jista' jkun fdat. Min jidħol fil-politika biex jikseb l-fama jkun qed jgħarralu għaliex l-aktar fama li politiku jista' jikseb mill-politika hi li kun wettaq ir-rformi neċessarji u adatti biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu. Fil-politika ma tidħolx fil-mument tal-glorja; l-aktar impenn ta' kull politiku hu li jidħol fil-politika meta l-partit li jmmen fih u l-pajjiż li tant iħobb ikunu l-aktar fil-bżonn. L-akbar glorja fil-politika mhix meta tkun fil-gvern iżda meta l-politika jkollu rwol determinanti biex isaħħaħ il-partit tiegħu biex dan tkun l-aqwa alternattiva politika. Politiku perseveranti u kuraġġjuż ma jibqax lura quddiem l-isfidi kbar fil-partit u fil-pajjż. Politiku ta' fiduċja ma joqgħodx jistenna l-mument adatt u ideali għalih biex jagħmel l-ewwel pass u jidħol fil-politika; għaliex il-post mhix logħba li toqgħod tistenna meta għandek tagħmel l-aħjar mossa. Il-politika hi vjaġġ li matulu l-politiku jgħaddi minn sfidi kbar; liema sfidi jsaħħuh u jagħmluh aqwa minn meta beda. Il-politika hi għall-politiċi ta' kuraġġ; għan-nies determinati u perseveranti li jibqgħu jiġġieldu għal dak li jemmenu fih anki jekk quddiemhom kun l-aktar kurrenti diffiċli; l-aktar kurrenti inġusti u anki jekk dawn ikunu attakki. Huma dawn l-attakki li joħorġu l-karattru tal-politiku determinat. Fil-politiku, l-poplu għandu jara mexxej li jirrappreżentah fl-aktar sfidi kruċjali. Il-poplu jistenna li l-politiċi jitkellmu f 'ismu fil-kwistjonijiet l-aktar determinati u fundamentali. Dan hu l-akbar rwol li għandu jkollu politiku; rwol li jkun hemm għall-poplu u li jiddefendih kontra min juża' l-politika għal skopijiet tiegħu. Malta għandha bżonn politiċi ta' fibra; għandha bżonn partiti politiċi li ma jinġarrux mill- kurrenti negattivi li qed jikbru fis-soċjetà. Malta għandha bżonn fuq kollox politiċi ta' kuraġġ li lesti joħorġu għonqhom u jitkellmu; ma jibqgħux lura u ma jibżgħux. Malta għandha bżonn politiċi li akkost ta' kollox jipprotestaw fejn meħtieġ u li fil-parlament jagħmlu minn kollox biex iwasslu leħen il-poplu. Jekk il-poplu Malti jitlef lil dawn il-politiċi allura ma jkollux minn jirrappreżentah fl-ogħla istituzzjoni u fit- toroq. Il-poplu jrid fuq kollox ikun kapaċi jagħżel bejn dawn il-politiċi li telqu kollox biex jidħlu fil-pariti politiċi fl-aktar mumenti diffiċli u l-politiċi l-oħra li kenu huma responsabbli biex il-politika iddeġentrat u biex il-partiti tilfu mill-kredibbiltà. Aħna nafu x'għandu bżonn il-PN bħalissa; il-PN għandu bżonn politiċi ta' kuraġġ li daħlu għall-isfidi ta' partit f 'sitwazzjoni diffiċli minn kull angolu. Il-partitarji Nazzjonalisti u l-poplu Malti jesiġu politiċi li jpoġġu l-PN bħala prijorità mhux bil- partiġġjaniżmu iżda għax jemmnu li l-leħen tal-PN hu l-leħen tal-popli, il-leħen ta' min ma jridx jara l-pajjiż jibqa' jgħodos fil-ħama li nieżel fiha. Jista' jkun li l-politiku perseveranti ma jingħatax raġun mill-ewwel; jista' jkun li jsib xkiel minn min ikun imwaħħal mal-poter u jkun jaf li wasal il-mument tiegħu. Jista' jkun li l-politiku perseveranti jsib diffikultajiet kbar biex iwettaq il-bidliet li jemmen fihom għaliex dawn il-bidliet ikunu jfissru nifs ġdid għall-partit li jimmiltaw fih. Jista' jkun li l-politiku perseveranti jkun ta' xkiel għal min ikun imħakkal mas-siġġu tal-poter. Iżda din hi l-isfida li għandha quddiemha s-soċjetà Maltija; trid tagħżel bejn min daħal fil-politika biex jagħti servizz u min daħal fil-politika għax għandu skopijiet oħra. L-ebda partit politiku m'għandu d-dritt sagrostant li jivvgerna għax il- poplu hu sovran. Il-partiti jridu jiksbu l-gvern għax ikollhom l-aqwa proposti politiċi; ir- rebħa elettorali għandha tkun riżultat ta' politika tajba. Ninsab determinat b'kuraġġ akbar minn qatt qabel li nkompli nservi; li nkompli nimmilta fil-PN biex fil- pajjiż jitwettqu l-bidliet tant meħtieġa. Irrid li nbiddlu s-soċjetà u nagħmluha waħda iktar tolleranti għall-ħsibijiet u opinjonijiet differenti; liema opinjonijiet ikunu jirrispettaw lill-bniedem fit-totalità tiegħu. Irrid li nsaħħu s-soċjetà; li nsaħħu t-tessut ta-soċjetà u li s-soċjetà Maltija ma titlifx l-identità tagħha. Nagħmel minn kollox biex is-soċjetà Maltija tibqa' mibnija fuq il- valuri u l-prinċipji tas-sewwa, liema prinċipji u valuri tant kattru familji b'saħħithom Maltin. Għalhekk ninsab fil-politika: għalxejn iktar. Ninsab fil- politika biss għall-poplu; għall-PN u għall-pajjiż. Ejja flimkien nimu l-isfidi li għandu quddiemu l-PN biex permezz ta' dan il-partit glorjuż inkunu nistgħu noffru l-aqwa alternattivi politiċi f 'dan il-mument diffiċli li għaddej minnu l-pajjiż.