Illum previous editions

ILLUM 13 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 • illum L-Oroskopju tal-Qamar Ġdid ta' Żodjaku ta' Virgo Mill-Ħadd 13 ta' Settembru sas-Sibt 19 ta' Settembru Qamar ġdid taħt iż-żodjaku ta' Virgo Dan huwa qamar ġdid partikulari. Barra li ser iwassal għal bidla ta' żodjaki miż- żodjaku ta' Virgo għal dak ta' żodjaku ta' Libra, iwassal ukoll għal bidla fl-istaġuni, mill- istaġun tal-sajf għall-istaġun tal-ħarifa. Kambjament komplut sabiex b'hekk dan il-qamar ġdid ikun żgur ta' bidu ġdid fil-madwar tagħna. Dan jaf ikun ferm importanti meta dan it-taqlib kollu qed ikun imwettaq ma' żodjaku ta' Libra. Magħruf li jinħoloq bilanċ fil-madwar tagħna. Dan jaf ikun utili f 'kull sitwazzjoni kemm fil-karriera, kemm fl-imħabba, kemm fid-dieta u kif ukoll kif infittxu aktar ħin għalina. Għalhekk dan il-qamar ġdid għandu jservi għalik ta' gwida pożittiva f 'dak li int ser twettaq fil-ġimgħat li ġejjin. Kun għaqli u għaraf aħtaf dan il- mument sabiex issib dik l-istabilita' tant utili għalik. Għal aktar informazzjoni żur is-sit tiegħi www.pauljon13. com. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-qamar ġdid taħt iż-żodajku ta' Virgo għalik Aquarius ser ikun żmien ta' ndikazzjoni ta' kif għandek tibni aktar lilek innifsek. Dan huwa l-mument fejn int ser tgħaraf kemm trid issib aktar spazju għalik. Għalhekk ħejji skeda sabiex int tkun tista' torganizza lilek innifsek aħjar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Aquarius huma magħrufin għat-tmexxija ntensiva tagħhom. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 13, 14, 17 u 19. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-qamar ġdid taħt iż-żodjaku ta' Virgo għalik Pisces ser ikun dak il-mument ta' tkabbir ta' motivazzjoni. Fl-istess waqt ser joffrilek spazju sabiex tkabbar dak li hemm meħtieġ u li int tant għandek bżonn. Int issa għandek iċ-ċans li terġa' tibda mill-ġdid sabiex dak li tli terġa' iġġibu lura. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Pisces huma magħrufin għat-tfasil dettaljat tagħhom. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 14, 16, 18 u 19. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-qamar ġdid taħt iż-żodjaku ta' Virgo għalik Aries ser ikun il-waqt fejn ipoġġik fil-ħsieb sabiex tqawwi lilek innifsek għal dak li int għandek madwarek bħalissa u ma terġax tirrepeti dak li ġara fil-passat. Issa bil-kontra int ser tgħaraf tisaħħaħ għal aktar stabilita' madwarek. L-aktar jum ideali għalik għal din il ġimgħa huwa s-Sibt. Aries huma magħrufin għas-sensittivita' tagħhom. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 15, 16, 17 u 18. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-qamar ġdid taħt iż-żodjaku ta' Virgo għalik Taurus ser ikun il-mument ta' taqbida bejn dak li sarra fil-passat għal dak li għandek fil-preżent bid-differenza li issa int ser tagħmel il-pożizzjoni tiegħek aktar soda. Għalhekk issa sar iż-żmien opportun sabiex tkompli tissaħħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il ġimgħa huwa l-Ħamis. Taurus huma magħrufin għall- ispontanjeta' tagħħom. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 14, 15, 17 u 19. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-qamar ġdid taħt iż-żodjaku ta' Virgo għalik Gemini ser ikun il-waqt oppurtun sabiex int issa tibda tipjana dawk il-proġetti li sa issa ma' kontx għadek f 'pedament sod. Dan huwa l-mument li temmen iżjed fik innifsek sabiex tasal fejn int tixtieq tasal. Iffoka u rrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il ġimgħa huwa t-Tlieta. Gemini huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 13, 14, 16 u 19. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-qamar ġdid taħt iż-żodjaku ta' Virgo għalik Cancer ser ikun il-mument ta' rifflessjoni dwar eżattament fejn int trid tasal minn diversi aspetti. Pero' l-aktar aspett importanti huwa fejn int ser tiffoka l-aktar fuqek innifsek. Dan minħabba l-involviment f 'bosta oppurtunitajiet. Għaraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Cancer huma magħrufin bħala persuni ta' moral effetiv ħafna. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 14, 16, 17 u 18. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan il-qamar ġdid taħt iż-żodjaku ta' Virgo għalik l-istess Virgo ser ikun żmien tajjeb ta' kif itejjeb iċ-ċirku tal-madwar tiegħek. Dan sabiex int tkun tista' tqassam u tippjana aħjar ir-relazzjoni ta' madwarek u tkun aktar konvinċenti. Xi kultant fil-ħajja jrid jinstab bilanċ u dan huwa l-waqt. Għaraf. L-aktar jum ideali għalik għal din il ġimgħa huwa t-Tnejn. Virgo huma magħrufin għall-istabilita' tagħhom. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 13, 14, 16 u 18. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan il-qamar ġdid taħt iż-żodjaku ta' Virgo għalik Libra ser ikun il-mument ta' riflessjoni bejn dak li esperjenzajt fil-passat għal dak li għandek illum. Int persuna li żomm lilek innifsek okkupat f 'diversi aspetti tal-ħajja. Għalhekk grazzi għal dan int żgur tista' tgħaraf aħjar dak li hemm ġej lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il ġimgħa huwa l-Erbgħa. Libra huma magħrufin għal motivazzjoni tagħhom. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 13, 15, 17 u 19. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'dan il-qamar ġdid taħt iż-żodjaku ta' Virgo għalik Sagittariu ser ikun il-mument ta' oppurtunita' ta' tkabbir u stabilita' aktar f 'dak li int għandek madwarek. Dan ser ikun mument importanti għalik għax ser ipoġġik f 'aktar stabilita' ta' tkabbir ta' xi ħaġa li int magħruf għalija. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il ġimgħa huwa t-Tlieta. Sagittarius huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 13, 14, 15 u 19. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan il-qamar ġdid taħt iż-żodjaku ta' Virgo għalik Scorpio ser ikun il-mument ta' kuraġġ f 'dak li int verament tixtieq twettaq. Għalkemm dan jista' jkun il- mument xi it ikkumplikat għalik, żgur li jekk int tgħaraf lilek innifsek int telgħeb dan il- mument u tkompli tħares il-quddiem. L-aktar jum ideali għalik għal din il ġimgħa huwa l-Ħamis. Scorpio huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 14, 15, 18 u 19. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar F'dan il-qamar ġdid taħt iż-żodjaku ta' Virgo għalik Capricorn ser ikun żmien ta' indikazzjoni ta' kif għandek tadatta aktar lilek innifsek aħjar f 'dan il-mument diffiċli. Bħalissa tinsab tikkumbatti ma' bosta sitwazzjonjiet iżda trid tgħaraf temmen iżjed fik innifsek sabiex finalment tasal fejn tixtieq int. L-aktar jum ideali għalik għal din il ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Capricorn huma magħrufin li jimxu mal-mument. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 14, 16, 17 u 18. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-qamar ġdid taħt iż-żodjaku ta' Virgo għalik Leo ser ikun iż-żmien opportun sabiex trattab iżjed il-linja ta' kif tieħu ċertu deċiżjonijiet tiegħek. Dan jogħod għal-karriera u f 'dak li hemm riesaq lejk. Għalhekk minn issa għandek tibda tħejji iżjed lilek innifsek b'trankwillita' sabiex issaħħaħ l-istabilita' tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il ġimgħa huwa s-Sibt. Leo huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 15, 16, 17 u 19. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 September 2020