Illum previous editions

ILLUM 13 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 • illum 'Ħmistax oħra tibda l-iskola u ħadd - Ġenituri mħassba jitkellmu mal-ILLUM YENDRICK CIOFFI L-aħħar xhur, partikolarment qabel is-sajf, ma kienu xejn faċli għal diversi ġenituri u persuni li jrabbu t-tfal għax apparti li riedu jlaħħqu max-xogħol tad- dar u l-impjieg tagħhom, riedu jieħdu ħsieb lill-uliedhom u anke jassiguraw li dawn ilaħħqu max- xogħol tal-iskola li l-edukaturi tagħhom, minkejja li 'l bogħod, kienu qed jibagħtulhom. Fi it jiem se jiħu l-iskejjel iżda dan mhux bilfors li se jagħmel il-ħajja tal-ġenituri aktar faċli. Għall-kuntrarju, diversi huma dawk il-ġenituri li għad għandhom elf mistoqsija dwar kif se taħdem l-iskola u t-trasport, biex ma nsemmux dawk li huma mħassba immens dwar kemm il- uħ tal-iskejjel huwa ideali. Dwar dan, fl-aħħar jiem, il- gazzetta ILLUM tkellmet ma' diversi ġenituri u ppruvat tiem il-mistoqsijiet li għad għandhom, it-tħassib tagħhom u anke l-isfidi li se jkunu qed jiffaċċjaw. Il-ġenituri kollha li l-ILLUM tkellmet magħhom urew it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li it jiem qabel uliedhom jirritornaw fil- klassijiet, l-iskejjel għadhom ma kkomunikawx magħhom dwar il- miżuri li se jkunu qed jimplimentaw jew kif se jkunu qed jassiguraw li l-istudenti jsegwuhom. "Mill-iskola rċevejna biss imejl biex inħallsu €100 għall-istationary, €5 għad-diary u €30 għal spejjeż oħra. Kellha ssir laqgħa magħna iżda wara li ġew ippubblikati l-protokolli tħassret. Sal-lum għadna ma smajna xejn. Għandna elf mistoqsija," saħqet mal-gazzetta ILLUM din l-omm li għandha żewġt itfal jattendu l-primarja. "Anke fuq l-uniformijiet għandna ħafna mistoqsijiet. U l-maskri vera se jkunu kkulluriti biex l-għalliema jgħarfu lill- istudenti u jassiguraw li jibqgħu mal-istess grupp? Xejn għadna ma nafu," qaltilna omm oħra. Fil-fatt, fl-aħħar jiem, l-iskola San Anton infurmat lill-ġenituri u lil dawk li jieħdu ħsieb lit- tfal li l-istudenti kollha tagħha, mill-kindergarten sa Year 3 irid ikollhom kappell bil-visor bħala parti mill-uniformi tagħhom. "Jekk se jkun hemm bidliet fl- uniformi, jew inkella jrid ikun hemm maskri bil-kulur, irridu nkunu nafu minn issa u mhux fl- aħħar," kompliet tgħidilna l-istess omm. Lanqas għat-trasport għadni ma nafx x'se jiġri... Aktar ġenituri, li tkellmu mal- gazzetta ILLUM urew it-tħassib tagħhom dwar it-trasport tal- iskejjel. Omm partikolari għandha żewġt itfal li għalkemm jattendu l-istess skola, dawn ma jmorrux fl-istess lokalitajiet għax wieħed minnhom huwa fil-primarja u l-ieħor fil-kindergarten. Minħabba l-fatt li skont il-linji gwida, ma jistax ikun hemm taħlit ta' tfal fuq il-vannijiet tal-iskola, tal-vann ma jistax jagħmel bħal qabel, jiġifieri l-ewwel iwassal it-tfal tal-kindergarten u wara jibqa' sejjer bit-tfal tal-primarja u l-istess jagħmel biex jiġborhom wara l-iskola. "Il-kbir se jkollu vann, iżda ż-żgħir għad ma għandux trasport għax tal-vann mhux se jagħmel vjaġġ għalih biss. Tliet ġimgħat qabel għadu bla trasport," insistiet din l-omm. Kompliet tgħid mal-ILLUM li anke jekk isibulu vann, xorta waħda se tinħolqilha sfida, għax issa iż-żewġ uliedha mhux se jirkbu l-vann flimkien u mhux se jaslu lura fl-istess ħin. "X'se nagħmel bix-xogħol? Filgħodu diġà ġirja mal-ħin. Aħseb u ara issa," kompliet tisħaq l-omm. Bħal din l-omm, kien hemm ġenituri oħra li wrew it-tħassib tagħhom. Fl-iskola se jkun hemm clusters ... iżda t-tfal mhux xorta se jitħalltu? Hemm kwistjoni oħra li ġenituri wrew it-tħassib tagħhom dwarha mal-gazzetta ILLUM, anke jekk din il-Ministeru għall-Edukazzjoni ma għandux totalment kontroll fuqha. Skont il-protokolli mħabbra għall-iskejjel, ma jistax ikun hemm taħlit ta' tfal fl-iskola. Fl- iskejjel, kemm jista' jkun, it-tfal għandhom jibqgħu fl-istess klassi biex ikollhom biss kuntatt mal- istess grupp ta' studenti. Dan jgħodd ukoll għat-trasport (kif spjegat aktart 'il fuq). Madanakollu, diversi ġenituri staqsew x'effett se jkollha din il- miżura, meta wara l-iskola, it-tfal xorta waħda se jkunu qed jitħalltu ma' tfal oħra. "Din il-ġimgħa rċevejt imejl bil- ġranet u l-ħinijiet tad-duttrina. Ma nistax ma nibgħathomx. Allura mhux xorta se jkun hemm taħlit ta' studenti?" staqsiet waħda mill-ġenituri. Oħrajn fakkru li wara l-iskola uliedhom imorru l-futbol, min jitgħallem il-mużika u min jiżfen u elf passatemp ieħor. Dwar dan u aktar tħassib li wrew Intant il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata kif il-miżura tant importanti tad-distanza soċjali u l-appell tal-awtoritajiet biex kemm jista' jkun l-għadd ta' studenti fil-klassijiet ikun wieħed baxx, qed joħolqu sfida fuq skejjel li ftit li xejn għandhom spazju żejjed. Fil-fatt sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM spjegaw kif hemm skejjel li biex ikunu jistgħu jaqsmu l-klassijiet qed ikollhom jitolbu l-għajnuna biex jinkludu klassijiet f 'binijiet 'il barra mill-iskola. Fost dawn, kien hemm skejjel li talbu l-għajnuna ta' kunventi biex ikunu jistgħu jużaw xi kmamar bħala klassijiet, biex hekk ikunu jistgħu jqassmu aħjar lill-istudenti tagħhom skont l-appelli tal-awtoritajiet tas-saħħa. Ħafna kunventi huma kbar u wħud minnhom għandhom diversi kmamar li ma jintużawx iżda jibqa' l-fatt li ftit li xejn fadal żmien biex dawn il-kmamar ikunu jistgħu jiġu mħejjija biex jintużaw bħala klassijiet, bit-tagħmir kollu meħtieġ. Apparti minn hekk, hemm xi ftit jew wisq ta' reżistenza, anke għax il- kunventi huma djar ta' patrijiet u ħadd ma jrid li jżid ir-riskju f 'dahru. "Ħafna mill-patrijiet huma anzjani u allura vulnerabbli," insista wieħed mis-sorsi li tkellem mal-ILLUM. Ftit aktar minn ħmistax qabel tibda l-iskola, il-gazzetta ILLUM titkellem ma' ġenituri, ħafna minnhom imħassba dwar kif se jkunu qed joperaw l-iskejjel għax ħadd għadu ma kkomunika magħhom. L-ILLUM tispjega wkoll f'punti l-miżuri ewlenin li l-iskejjel, l-istaff, l-edukaturi, l-istudenti u l-ġenituri jridu jsegwu għal din is-sena skolastika b'differenza Skejjel bla spazju ... jitolbu l-għajnuna ta' kunventi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 September 2020