Illum previous editions

ILLUM 13 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 • illum 'Is-suċċess mhux li żżomm il-ħabsin ta' żibel ... id-Direttur tal-Ħabs ... Tkompli min paġna 11 Meta ċempel lill-eks PM Gonzi ... Peppi Azzopardi jispjega kif Joanne Cassar kienet qed tiġġieled id-dritt biex tieħu l-istatus ta' mara u tiżżewweġ. Wara li l-Qorti qatgħatha favuriha, l-Avukat Ġenerali appella. "Qatt ma ċempiltlu lill-Prim Ministru Gonzi b'mod dirett. Kont inċempel lill- PR tiegħu imma dakinhar ċempiltlu għax vera kont irrabjat. Niakar kien qalli li kien se jerġa jċempel u hekk għamel u meta staqsejtu għaliex għamlulha hekk lil Joanne, staqsieni jekk hux qed jippretendi li jċempel lill-AĠ u jgħidlu x'għandu jagħmel." Azzopardi jirrikonoxxi l-kisbiet tal- Gvern ta' Joseph Muscat u jgħid illi dan ħaqqu monument mill-isbaħ u mixgħul fejn jidħlu drittijiet għal persunbi LGBTIQ. "Ħasra hux. L-aqwa fl-Ewropa fejn jidħlu dritiijiet ċivili u l-ewwel fl-Ewropa għall- korruzzjoni - tibda tgħid imma dawn l-istess nies?" 'Min jaf Muscat kemm jixtieq ireġġa l-arloġġ lura!' Kieku kellu jarah lil Joseph Muscat fit- triq, x'jgħidlu dwar il-ħsibijiet politiċi tiegħu? "Naħseb kien iħossni naqra skomdu u ma naħsibx li jkolli l-kuraġġ niaħlu l-ferita. Wara kollox hu bniedem jibqa'! Nemmnu li Muscat ma xtaqx li jtemm il-karriera tiegħu b'dan il-mod tirimarka l-ILLUM. "Mhux ovvja, mhux ovvja li ma xtaqx jispiċċa hekk. Min jaf kemm jixtieq imur lura fiż-żmien u ċerta deċiżjonijiet li ma ħax jeħodhom." Fuq dan il-punt jfakkar illi suppost f 'soċjetà demokratika għandek separazzjoni totali bejn il-Gvern u l-istituzzjonijiet. "Għandna bżonn Kummissarju tal-pulizija li jkollu l-libertà f 'każ ta' bżonn li jarresta lill-PM jew lil xi Ministru. Imma meta tkun irqadt fl-istess sodda magħhom ma tistax tagħmel mod ieħor." Jispjega kif il-Kummissarju jeħtieġ ikun bħal Maġistrat - ħadd ma jċempillek. "Hawn xi ħadd joqgħod iċempel lil Maġistrat jew Imħallef dwar każ? Le hux! L-istess il-Kummissarju." Huwa wera' t-tama li l-Kummissarju l-ġdid jindirizza dan il-bżonn ta' separazzjoni ta' poteri u qal li l-Gvern jista' jkollu faċilità jiltaqa' ma' Kummissarju biss fil-pubbliku, taħt il-lenti tal-midja. Kieku Peppi kien tesserat lil min jivvota? Induru fuq l-elezzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Minkejja l-biżgħat u l-fatti u l-implikazzjonijiet xokkanti ħerġin mill- Qorti, l-PN mhux talli avvanza talli mar aktar lura elettoralment. Kieku int kont tesserat lil min kont tivvota Pepp? "Jekk kelli nivvota b'qalbi nivvota lil Delia. Hekk dejjem jiġrili nagħżel l- underdog. Bħalissa qed nara lil ħafna nies li kienu all-out ma' Delia jitilquh u nħoss għalih. Ir-raġel ħallas prezz għoli wisq fil-politika. Delia huwa l-aħjar oratur li għandna bħalissa. Nammirah kif ma jaqta' qalbu qatt, imma fl-istess ħin jirrabjani għax il-figuri juru li l-Maltin u l-Għawdxin ma jriduhx. Ħa l-fama u jista' jmur jorqod. Mill-banda l-oħra, Bernard qed joħloq entużjazmu ġdid, entużjazmu kbir minn kullimkien u allura jekk kelli nivvota b'moħħi, nivvota lil Bernard għax skont l-aħħar sondaġġ tal-Maltatoday jaqta' bin-nofs id-distakk ma' Robert Abela. Bernard raġel ta' ispirazzjoni li ma jidhirx li għandu skeletri. (Din il-gazzetta intervistat lil Azzopardi qabel ma żvelat l-istorja ta' taxxa, VAT u Bernard Grech). Huwa jgħid li ideoloġikament jara li Grech huwa eqreb ta' dak li jemmen hu u li darba ċempel lil Delia u qallu li għall- ewwel darba wara ħafna snin m,hux se jivvota lill-PN. "Irrid nagħtih il-krettu li minflok irrabja stedinni biex niltaqgħu. Imma xorta m'inix komdu bih għax nibża' li b'Delia il-PN qed jersaq lejn il-lemin. Niġu ottu ta' vera! Mhux diġa' għandna lill-Partit Laburista fuq lemin, se nitfgħu lill-PN ukoll? Sistema volontarja ta' min irid jadotta immigrant(i) Induru fuq l-immigrazzjoni - l-aktar suġġett li dwaru Azzopardi jaqla' tgħajjir u anke insulti - xi minn daqqiet insulti li huma inċitar. Imma, per eżempju, dawk li qalulu illi meta qal li jixtieq jadotta immigrant minn dawk fuq il-baħar messu mar sa Ħal Far jew il-Marsa u adotta xi ħadd li kien diġa' hawnhekk, ma kellux xi it tar-raġun? Huwa jgħid illi minkejja li qatt ma qal lil ħadd u ma qagħadx ixandarha hu kien diġa' żamm immigranti, f 'każ minnhom ta' persuna li kienet ippersegwitatha u li baqgħet mal-familja għal it aktar minn sena. "Issa jiena nixtieq li jkun hawn sistema maħluqa mill-Gvern fejn persuna tkun tista' b'mod volontarju tadotta persuna jew familja. Għidt ejja nwaqqfu sistema li tkun professjonali biex ma jkunx hemm abbuż. Per eżempju ma jkunx hemm problemi ta' saħħa mentali li min qed jadotta ma jkunx jaf kif se jsolvi." Huwa qal illi l-għan ta' din l-idea hija li "ngħixu flimkien u nitgħallmu minn xulxin" u sostna li jsiru parti mill- komunità. Huwa qal li Azzopardi kiteb lill-Ministru Byron Camilleri li minn naħa tiegħu qabel mal-idea u qal li din l-inizjattiva għandha ssir mill-AWAS li Azzopardi jgħid illi qed jagħmlu xogħol impekkabli. "Qbilna li nwaqqaf Kumitat u nagħżel lin-nies biex min irid jadotta familja." Huwa qal li dan il-Kumitat irid jara li jsir taħriġ - jiġifieri li l-iskop ikun wieħed edukattiv u li jkun hemm sorveljanza, jiġifieri li jkun aċċertat li ma jkunx hemm abbuż. 'Ma naħsibx li l-maġġoranza tan-nies huma rappreżentati minn dawk fuq Facebook' Il-gazzetta ILLUM tfakkru illi kien hemm reazzjoni qawwija u negattiva għall-proposta tiegħu, imma hu jgħid illi minkejja dan, li ma jafux in-nies huwa li kellu rispons pożittiv ukoll. Jelenka persuni li ċemplulu u wrew l-interess li jgħinu: Anzjana Għawdxija li offriet illi ddaħħal mara, negozjant kbir li offra li jdaħħal familja tgħix ma' tiegħu, xufier tat-taxis u saħansitra persuna li qabdet u marret tikri appartament biex ikun jista' jdaħħal u jgħix mal-immigranti. Imma allura jaħseb li forsi l-midja soċjali qed tagħti wisq soppravvent lil dawk li huma razzisti? "Jiena ma naħsibx li l-maġġoranza tan- nies huma rappreżentati minn nies fuq facebook," jibda jispjega Azzopardi. Huwa jtenni illi ħafna drabi din tkun minoranza ta' nies li huma mweġġa' minn xi ħaġa imma li xorta għandna nħobbu. "Kien hemm kumment darba - fil- pubbliku - jgħid illi ġej sett ieħor ta' immigranti u Mandy (mart Peppi) aħjar tipprepara ħalli jiżvugaw fiha. Kien hemm kumment ieħor li jgħid illi l-klieb il-baħar għandhom bżonn jieklu u xi ħadd wieġbu u qallu li lanqas għall-klieb il-baħar ma huma tajbin dawn. Ara naqra ta! Ara x'għarukaża ta!" Huwa jisħaq li dawn huma bnedmin Kieku jara lil Muscat illum x'jgħidlu Peppi? Ritratt mill- paġna tal-Istrina (FB)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 September 2020