Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824
11 intervista illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa l-gazzetta ILLUM intervistat lil Peppi Azzopardi - preżentatur u ġurnalist mhux biss popolari, imma maħbub daqs kemm huwa kkritikat u mibgħud minħabba dik li ħafna jaraw bħala sodezza ta' prinċipju u li oħrajn jaraw bħala preżunzjoni. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Peppi fid- dar tiegħu fi triq dejqa kollha djar antiki f 'Ħal Qormi. L-ewwelnett Peppi minn Ħal Qormi? "Le jiena propjament mill-Furjana, imma kont noqgħod f 'diversi postijiet - fosthom issa f 'Ħal Qormi." Togħġbu l-ħajja fil-belt antika ta' Pinto? "Iva ta'. Qatt ma kelli problemi," jgħid Azzopardi. U nibdew mill-ewwel fuq suġġetti aktar jaħarqu. L-akbar problema fil-ġurnaliżmu: Il-finanzi Peppi Azzopardi ġurnalist - persuna tal- midja u miegħu kibru u tgħallmu diversi ġurnalisti oħrajn, permezz ta' Xarabank u ta' programmi oħrajn ukoll. Fejn jara li jinsab il-ġurnaliżmu llum Peppi? "Jiena l-aktar li ninkwieta mhuwiex dwar ir-riżorsa umana. Illum hawn ġurnalisti li kapaċi jieħdu pożizzjoni ... iktar ninkwieta imma fuq l-aspett finanzjarju," jgħid Azzopardi. Hu jgħid li kważi kull portal, kull kumpanija tal-midja u kull newsroom għandha problema finanzjarja serja. "Tant hu hekk li l-Gvern qed jispiċċa jisponsorja hu." Peppi jiċċara li din tar-riklami mill- Gvern kullimkien tiġri, anke fuq Xarabank għalkemm għamilha ċara li PJ - li fil-fatt imexxi l-kumpanija Where's Everybody?' - qatt ma qallu biex ma jippubblikax jew ma jgħidx xi ħaġa minħabba riklamar mill- Gvern. "Diġa' l-Gvern għandu l-istituzzjonijiet kollha taħt idejh. Iva, anke din issa? Li mezz ta' midja jiddependi minn fuq ir- riklamar tal-Gvern hija sitwazzjoni serja." Imma allura hu x'qed jipproponi? Azzopardi jgħid li hemm bżonn tinħoloq trust li fiha jinjetta flus il-Gvern pero li topera indipendentement minnu u li tkun immexxija minn eks ġurnalisti u anke ġurnalisti kurrenti, "ħalli ma jkunx hemm il-biża' li jekk tikteb xi ħaġa se jgħalqulek ir-riklami ... u jispiċċaw jgħalqu." Il-gazzetta tirrimarka kif ġieli jkun hemm ġranet ċerti ġurnali lanqas riklam wieħed ma jkollhom. "Jiena għalija dik il-problema. Għax mill-bqija, allajbierek, kienu l-ġurnalisti li min it u min ħafna, xprunaw biex tinkixef il-korruzzjoni u l-ħadma li kien hemm biex tinqatel Daphne Caruana Galizia." Ġejjin għal Caruana Galizia daqt, tirrimarka l-gazzetta. Dakinhar tal-protesta li saret minn numru ta' ġurnalisti - sigħat wara l-qtil ta' Daphne - l-għajta kienet illi 'l-pinna tirbaħ il-biża'. X'kumbinazzjoni Peppi kien ħdejja waqt din il-protesta u niakarni niddiksuti miegħu malajr l-avvenimenti suwed li kienu għadhom kif seħħew it qabel. Imma Peppi jaħseb li l-pinna għadha qed tirbaħ il-biża' jew le? "Le ma narax li l-biża' qed tirbaħ u allaħares. Il-ġurnaliżmu baqa' għaddej, li jinkwetani hija din il-problema tal-flus. Insemmilu kif darba, it ġimgħat ilu, il- gazzetti qalgħu ħafna kritika għaliex kollha kellhom, l-istess faċċata b'riklam tal-Gvern dwar il-miżuri ekonomiċi fid-dawl tal- Covid-19 (Il-gazzetta ILLUM ma kellhiex) ... "Imma xi tridhom jagħmlu?" jibda jistaqsi Peppi Azzopardi. "Iva, fil-verità ma kinitx tidher sabiħa. Imma xi trid tagħmel? Din hija dilemma li trid tiġi indirizzata mill-midja. Huwa jgħid illi għalkemm PJ qatt ma qallu x'jgħid jew le, "jekk jiġi xi ħadd jgħidlek li se jwaqqaf l-isponsor, x'tagħmel? Irid ikollok bażi soda u tajba (finanzjarjament) biex tgħidlu jmur jitnejjek!" 'Tal-biża' li qed nisimgħu dwar il-qtil ta' Daphne' Induru fuq Daphne Caruana Galizia u l-iżviluppi fil-Qrati Maltin. Kull ġimgħa nsiru nafu xi ħaġa ġdida, xhieda xi minn daqqiet tat-tkexkix. Jinkwetah dan, bħala persuna li qalet pubblikament ivvotat liż- żewġ partiti wara kollox? Ifakkar li hu vvota lill-Partit Laburista fl- 1996, imbagħad Alternattiva Demokratika, imbagħad baqa' jivvota lill-Partit Nazzjonalista. Jispjega kif hu jikteb id-drammi, "studjajt it-teatru - kelli anke plays il-Manoel - u fil-fatt bħalissa għadni qiegħed nikteb teleserje politiku li fih ħafna intriċċi, stejjer ta' mħabba, dilemmi enormi ta' ġurnalisti ... vera interessanti. Jismu Kastilja u jekk ma jippubblikah ħadd nippubblikah fuq l-internet." "Meta bdew ħerġin dawn l-affarijiet," ikompli jispjega Peppi, issa b'ton xi it irrabjat, "waqa. Jiena u nikteb it-teleserje ħsibtni qed neseġera. Dawn affarijiet tal- biża', tal-biża' ta li qed ngħixu. Tal-biża' li r-realtà hija aktar drammatika u aktar tal-biża' minn dan it-teleserje li kont qed nikteb." Peppi jgħid li ħass illi qisu kien qed jikteb storja kollha fantaxjenza u daħal fil-karattri u qisu xi ħadd qallu 'stenna hemmhekk għax hemm xi ħadd li qed jikteb teleserje ħafna aħjar min tiegħek.' 'Alfred Sant ma ħatafx l-Istituzzjonijiet' "Tat-twerwir meta tinduna li kellna Gvern - qed ngħid kellna għax nittama li m'għadx għandna - il-puliz ija, l-avukat ġenerali ... kollha reqdin flimkien u ma ma tafx min huwa min ..." Ikun hemm min iwieġbu illi dan dejjem kien mela għaliex ma tkellimx qabel? "Le mhux vera dejjem hekk ta! L-Avukat Ġenerali u Gvern Nazzjonalista ma nafx kinux miġġildin kif suppost ikunu. Imma timmaġina lil John Rizzo - eks Kummissarju tal-Pulizija - li għax xi ħadd huwa qrib il- poter jgħid 'u iva toqgħdox taqilgħu mid- dar. Ħallieh miskin'. Temmen li Rizzo jkun kapaċi jagħmilha?" staqsa Azzopardi. Peppi Azzopardi kien qed jirreferi għal xhieda li ta l-Ispettur Ian Abdilla fil-Qorti li kien qal illi l-eks Kummissarju Silvio Valletta kien qallu li l-pulizija kellha tmur tinterroga lil Fenech fl-appartament tiegħu fil-Portomaso u mhux imur id-Depot kif inhi l-prassi. Din l-interrogazzjoni ma saritx għax Valletta qal lil Abdilla li Fenech kien ma jiflaħx. Ikun hemm - minn naħa l-oħra min jgħid - illi l-Partit Laburista dejjem hekk meta jkun fil-Gvern. "Mhux vera," jerġa jirrispondi Peppi. "Fi żmien Alfred Sant ma konniex hekk. Irrispettahom l-istituzzjonijiet jiġifieri mhux dejjem il-Labour hekk. F'sentejn Sant ma ħatafx l-istituzzjonijiet taħt idejh." Tkompli f 'paġni 12 u 13 ... 'Tal-biża' r-realtà li qed ngħixu ... il-Gvern kien rieqed mal-AĠ, mal-Pulizija...' Daphne Caruana Galizia, il-ġurnaliżmu, l-immigrazzjoni, il-mibgħeda, il- priġunieri u l-kastig, id-Direttur tal-Ħabs, l-Istrina u aktar. L-ILLUM tintervista lil Peppi Azzopardi ... RITRATT: JAMES BIANCHI