Illum previous editions

ILLUM 13 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Manuel Delia b'rikors għax jgħid li ma tħalliex jinvestiga akkużi ta' trattament inuman fil-Ħabs Il-Blogger u l-ġurnalist Manuel Delia fetaħ rikors Kostituzzjonali kontra l-Ministru għall-Intern, Infurzar u Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri u dan wara li minkejja tmien rikjesti hu qatt ma ngħata aċċess sħiħ għall- Faċilità Korrettiva ta' Kordin u l-priġunieri u l-ebda aċċess għaċ-Ċentru ta' Detenzjoni. Huwa għamel dawn ir-rikjesti biex ikun jista' jinvestiga l-veraċità tal-akkużi ta' priġunieri li qalu illi qed jiffaċċjaw tortura u trattament inuman u degredanti. L-avukati ta' Manuel Delia fetħu r-rikors kontra l-Ministru Camilleri kif ukoll kontra s-Segretarju Permanenti tiegħu, id-Direttur u l-Kap Eżekuttiv tal- Faċilità Korrettiva ta' Kordin, il- Kap tas-Servizzi ta' Detenzjoni, u l-Uffiċjal Prinċipali tal- Immigrazzjoni Huwa għamel aktar rikjesti meta rriżulta li 'Terry ta' Bormla' - kif inhi magħrufa popolarment, ingħtat aċċess għall-ħabs bħala persuna mill-midja, tant li wara tellgħet fuq Facebook filmati li fihom titkellem dwar din iż-żjara. Delia kien infurmat li kien hemm protokolli ġodda għal żjajjar fil-ħabs u kien mogħti aċċess għall-1 ta' Settembru. Sa issa iżda, għadu ma ngħatax aċċess għaċ-ċentri ta' detenzjoni. Manuel Delia - attivist ukoll tal-għaqda Repubblika - jgħid fir- rikors tiegħu illi l-allegazzjonijiet, filwaqt li huma suġġett ta' inkjesti maġisterjali, "jirrikjedu skrutinju ġurnalistiku għax jirriflettu falliment fl-amministrazzjoni tal- ħabs." Hu iżda ma ngħatax l-opportunità jinvestiga l-allegazzjonijiet ta' ffullar fiċ- ċelel, kundizzjonijiet ta' għixien, aċċess għall-iġene u fatturi oħrajn filwaqt li ma tħalliex jidħol f 'ċerti diviżjonijiet tal-ħabs. "Miż-żjara Delia seta' biss jara l-verżjoni kkontrollata , mogħtija mid-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli, li kkonferma l-użu ta' miżuri inumani u degredanti, bħal-siġġu li jirrestrinġi lill-priġunier bħala mod kif tinħoloq il-biża' fil- priġunieri ..." jgħid ir-rikors. L-avukati ta' Delia talbu lill- Qorti tiddikjara illi nkissru d-drittijiet fundamentali tal- libertà tal-espressjoni u biex tordna li jingħata aċċess biex jintervista priġunieri u dawk f 'detenzjoni u għalhekk jiskopri il-verità dwar l-allegazzjonijiet. L-avukati li ffirmaw ir-rikors huma Paul Borg Olivier, Andrew Borg Cardona u Evelyn Borg Costanzi. Il-pandemija Covid-19 se tfisser illi din is-sena l-ekonomija Maltija se tkun qed tiċkien b'8%. Minkejja dan, il-previżjoni għall-futur xorta baqgħet stabbli u r-rating ta' Malta baqa' A-2. Dan qalitu l-aġenzija ta' kreditu Standard & Poor's (S&P) fir-rating li tat lil pajjiżna u illi fih tgħid li grazzi għat-tnaqqis fid-dejn Malta tkun tista' tesperjenza "irkupru ekonomiku b'saħħtu." Minkejja dan S&P wissiet illi Malta se tesperjenza riċessjoni qawwija bi tnaqqis ta' 8%, minkejja l-pakkett ta' għajnuna li ta l-Gvern f 'forma ta' vouchers, Wage Supplement, moratorji u inizzjattivi oħrajn. S&P qalet illi ekonomija żgħira bħal dik ta' Malta, hija "partikolarment sensittiva għall- iżviluppi globali bħal ta' din is-sena." Il-pandemija, jgħid ir-rapport tal-aġenzija, se twassal biex id-defiċit jiżdied għal 8.7% tal- Prodott Gross Domestiku fl-2020 u 4.5% fl- 2021. Minkejja dan, S&P tinnota illi t-tnaqqis tad-defiċit fis-snin ta' qabel se jagħti it iktar spazju u jilqa' għad-daqqa ekonomika. Naturalment ir-restrizzjonijiet minħabba tnaqqis kbir fl-attività turistika taw daqqa lit-turiżmu li mistenni jerġa' jiġi għall-livelli tal-2019, fl-2022, filwaqt li l-pandemija mistenninja tweġġa' wkoll lis-settur tar- rikreazzjoni u arti wkoll. Huwa għamel aktar rikjesti meta rriżulta li 'Terry ta' Bormla' - kif inhi magħrufa popolarment, ingħtat aċċess għall-ħabs bħala persuna mill-midja Imbassra riċessjoni hekk kif l-ekonomija tiċkien b'8% ... imma mistenni rkupru qawwi - S&P Standard & Poor's tgħid li l-ekonomija se tiċkien b'8% din is-sena u d-defiċit se jitla' għal 8.7% tal-GDP, imma hemm dawl fix-xefaq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 September 2020