Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824
09 illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 analiżi ċara dwar dan il-vaċċin mistennija sa Ottubru. Jekk ir-riżultati jkunu pożittivi, il-kumpanija qalet li kapaċi tipproduċi 1.3 biljun doża madwar id-dinja sal-aħħar tal-2021. • Wuhan Institute of Biological Products. Dan l-Istitut żviluppa vaċċin li l-kumpanija Ċiniża Sinopharm qed tittestja. Fl-ewwel u t-tieni fażi, l-istudji wrew li l-vaċċin ipproduċa antibodies fil-voluntiera. Uħud minnhom żviluppaw it deni u effetti sekondarji oħra meta mlaqqma. F'Lulju, it-testijiet għaddew għat-tielet fażi fl-Emirati Għarab Magħquda u aktar tard anke fil-Peru u l-Marokk. Iċ-Chairperson ta' Sinopharm qal li potenzjalment dan il-vaċċin jista' jkun lest għall- użu sal-aħħar tal-2020. L-istess kumpanija qed tittestja vaċċin ieħor żviluppat mill-Istitut għall-Prodotti Bijoloġiċi ta' Beijing. Fl-Emirati Għarab Magħquda 5,000 persuna qed jirċievu l-vaċċin żviluppat mill- Istitut ta' Wuhan u 5,000 oħra qed jirċievu dak żviluppat f 'Beijing. • Murdoch Children's Research Institute. Il-vaċċin ta' dan l-Istitut kien żviluppat snin ilu, madwar l-1900 bħala protezzjoni kontra t-tuberkolosi. Dan l-Istitut Awstraljan qed iwettaq testijiet fuq dan il-vaċċin, magħrufa bħala BRACE, biex ikun determinat jekk dan jistax ukoll jipproteġi parzjalment kontra l-coronavirus. Vaċċini li diġà bdew jintużaw... Hemm vaċċini oħra li għalkemm l-istudji fuqhom għadhom għaddejin, dawn bdew jintużaw anke jekk b'mod limitat. • CanSino Biologics. Din il- kumpanija ċiniża żviluppat vaċċin bl-għajnuna tal-Istitut Bijoloġiku li huwa parti mill-Akkademja Militari għax-Xjenza Medika tal-pajjiż. F'Mejju, din il-kumpanija ppubblikat riżultati promettenti ħafna, wara li ġew fi tmiemhom il-testijiet fl- ewwel fażi. F'Lulju rrapportat li wara li t-testijiet għaddew għat- tieni fażi, il-vaċċin jidher li qed jipproduċi reazzjoni immunitarja b'saħħitha kontra l-virus. F'mossa bla preċedent, il-militar ċiniż approva dan il-vaċċin għall-użu limitat. CanSino qatt ma ċċarrat jekk it-tilqima hux se tkun obbligatorja jew le għas-suldati. F'Awwissu, il- Ministeru għas-Saħħa Sawdi ħabbar li din l-istess kumpanija se tkun qed twettaq testijiet fit-tielet fażi tal- proċess fl-Arabja Sawdija. Aktar tard fl-istess xahar bdew ukoll testijiet fuq parteċipanti mill-Pakistan. • Gamaleya Research Institute. L-aktar vaċċin li għamel ħoss huwa dak Russu. It-testijiet fuq dan il- vaċċin li qed jaħdem fuqu dan l-Istitut bdew f 'Ġunju. Dan l-Istitut huwa parti mill-Ministeru għas- Saħħa Russu. Fil-11 ta' Awwissu li għadda, il-President Vladimir Putin ħabbar li r-regolatur tas-saħħa Russu approva dan il-vaċċin li tlaqqam Sputnik V u dan qabel għadda għat- tielet fażi ta' testijiet. Saħansitra insista li bintu stess ħadet dan il- vaċċin u żviluppat biss it deni. Esperti saħqu li din id-deċiżjoni hija riskjuża. Ftit wara r-Russja għamlet kważi kważi pass lura meta saħqet li dan kien biss "ċertifikat mogħti b'kundizzjoni" u li jiddependi fuq ir-riżultati tat-testijiet fit-tielet fażi. Dawn it-testijiet se jkunu qed isiru fost 40,000 parteċipant. Tliet ġimgħat wara d-dikjarazzjoni ta' Putin, ir-riċerkaturi ppubbikaw ir- riżultati tal-ewwel żewġ fażijiet u saħqu li Sputnik żviluppa antibodies li jistgħu jissieltu l-coronavirus u dan bi it effetti sekondarji. • Sinovac Biotech. Din il-kumpanija Ċiniża qed taħdem fuq vaċċin li tlaqqam CoronaVac. F'Ġunju din ħabbret li l-ewwel u t-tieni fażi ta' testijiet kienu lesti. Fihom ħadu sehem 743 voluntier li żviluppaw rispons immunitarju bi it effetti sekondarji. F'Lulju, il-vaċċin għadda għat-tielet fażi fil-Brażil u aktar tard anke fl-Indonesja. Skont Reuters, il-Gvern Ċiniż ta lil dan il-vaċċin "approvazzjoni ta' emerġenza," biex jintuża b'mod limitat f 'Lulju. Il-kumpanija tinsab fi ehim mal- Gvern tal-Indonesja bil-għan li tipprovdu minn tal-inqas 40 miljun doża sa Marzu tal-2021. tikber ix-xewqa għall-vaċċin. Iżda fiex wasalna? Għaliex vaċċin huwa importanti? Waħda mill-mistoqsijiet l-aktar komuni li qed issir hija għaliex hemm bżonn li jkun hawn vaċċin kontra l-Covid-19, meta dan ma jeżistix għal mard ieħor. Ir-risposta hija sempliċi. Dan il-virus jinxtered malajr u l-maġġoranza tal- popolazzjoni tad-dinja għadha vulnerabbli għalih. Il-vaċċin jipprovdi protezzjoni għax dan isaħħaħ jew jipprepara s-sistema immunitarja tal-persuna biex tkun tista' tissielet kontra l-virus ħalli din ma timradx jekk tiltaqa' miegħu. Meta dan iseħħ ikunu jistgħu jitnaqqsu l-miżuri, inkluż dawk tad-distanza soċjali. X'qed jingħad f'Malta? Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kkonferma li f 'każ ta' żvilupp ta' vaċċin għall-Covid-19, Malta se jkollha allokati 330,000 doża. Spjega kif dan se jfisser li Malta tkun fost l-ewwel pajjiżi li tirċievi l-vaċċin u li tkun tista' tipproteġi lill- vulnerabbli u lill-frontliners. Ikkonferma wkoll li fix-xhur ta' wara mistenni jkun hemm biżżejjed dożi għall- poplu kollu. Insista wkoll li l-vaċċin f 'Malta se jkun qiegħed jingħata mingħajr ħlas. Ta' min ifakkar, li meta kienet intervistata mill-gazzetta ILLUM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci kienet saħqet li l-vaċċin huwa l-uniku soluzzjoni. "Dan huwa virus qattiel u jmarrad ħafna nies. L-uniku soluzzjoni biex tkun tista' tmur lura għan-normal huwa l-vaċċin. Sakemm ma hemmx vaċċin irridu nibqgħu għaddejjin bil-miżuri ta' distanzja soċjali," kienet saħqet Gauci. L-istadji li minnhom jgħaddi vaċċin... Il-vaċċin irid jgħaddi minn diversi stadji. Qabel l-ewwel fażi ta' testijiet fuq il-persuni, il-vaċċin ikun eżaminet fil- laboratorju fejn ġeneralment isiru esperimenti li jinvolvu l-annimali. Fl-ewwel fażi jibdew isiru testijiet fuq numru żgħir ta' persuni biex ikun assigurat li huwa sigur u li jista' jikkawża bidliet fis-sistema immunitarja. Fit- tieni fażi l-għadd tal-parteċipanti jikber u ġeneralment dawn ikunu maqsuma fi gruppi, bħal tfal u anzjani biex ikun determinat jekk il-vaċċin jaħdimx differenti skont l-etajiet. It-tielet fażi hija l-aktar waħda kruċjali għax it-testijiet isiru fuq eluf ta' persuni biex ikun determinat jekk hux effettiv jew le. Qabel ma jkun approvat, il-vaċċin irid itemm b'suċċess dawn l-istadji kollha.