Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 ħadd għadu ma kellimna' mal-ILLUM mal-ILLUM għadd ta' ġenituri, il-gazzetta ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet lill-Ministru għall- Edukazzjoni Owen Bonnici. Bagħtet ukoll aktar mistoqsijiet lill-Patri Charles Mallia li huwa d-Delegat tal-Arċisqof għall-Edukazzjoni Kattolika u għalhekk responsabbli mill- operat tal-iskejjel tal-Knisja. Sakemm morna għall- pubblikazzjoni, la l-Ministeru u lanqas il-Kurja ma bagħtu t-tweġibiet tagħhom. Ta' min isemmi li simili għal pajjiżi oħra fl-Ewropa, f 'Malta r-rata ta' każi pożittivi fost tfal taħt is-16-il sena kienet ta' 4.5%. Ġeneralment, it-tfal li jimirdu bil-coronavirus ikollhom it li xejn sintomi. Propju għalhekk li ħafna drabi lanqas biss ikunu jafu li mardu bil-virus għax hemm inqas ċans li jsirilhom it-test. Meta kkumparat mal-adulti, l-evidenza xjentifika turi li t-tfal x'aktarx ma jkollhomx bżonn jiddaħħlu l-isptar u rata ta' mortalità fosthom hija baxxa ħafna. L-istess evidenza, skont l-informazzjoni ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa, turi it-trażmissjoni tal-virus fost it-tfal isseħħ primarjament fid-djar, jiġifieri minn adulti u mhux mingħand tfal oħra. Dan jgħodd l-aktar jekk ikun hemm miżuri ta' mitigazzjoni b'saħħithom. Apparti minn hekk, kollox jindika li f 'dawk il-pajjiżi fejn l-iskejjel reġgħu fetħu l-bibien tagħhom, ma jidhirx li dan kellu impatt sinifikanti fuq it- tixrid tal-virus fil-komunità. Mill-banda l-oħra, fejn l-iskejjel infetħu mingħajr il- miżuri ta' mitigazzjoni, bħal fil- każ tal-Iżrael, dan kellu impatt dirett fuq it-tixrid tal-virus fost il-popolazzjoni. Fil-fatt, l-Iżrael kien kostrett jintroduċi miżuri restrittivi aktar ħorox fl-iskejjel biex jikkontrolla l-imxija. Tmurx l-iskola jekk ma tiflaħx: • L-istudenti u l-istaff li jħossuhom ma jifilħux ma għandhomx imorru l-iskola. Il-ġenituri għandhom jassiguraw li uliedhom la jkollhom sintomi u lanqas deni qabel ma jibagħtuhom l-iskola. • L-iskola għandha tiċċekkja lill-istudenti għal kwalunkwe sintomi u għandha tiddetermina miżuri u protokolli li għandha ssegwi f'każ li jkun hemm studenti li jħossuhom ma jifilħux. • It-temperatura tal-istudenti u l-edukaturi għandha tittieħed qabel dawn jidħlu l-iskola. Il-ħasil tal-idejn bl-ilma u s-sapun jew bis-sanitizer huwa obbligatorju fl-entratura tal-iskola Id-distanza soċjali tibqa' importanti ħafna: • Għandu jkun assigurat li l-istudenti jżommu d-distanza soċjali bejniethom. Il-bankijiet tal-iskola għandhom ikunu 1.5 metru 'l bogħod minn xulxin • Fejn possibbli, l-għadd ta' studenti fil-klassi għandu jinżamm baxx kemm jista' jkun. • It-tfal ma għandhomx jinġabru f'ġemgħat kbar. Għalhekk l-assemblies ma għandhomx isiru. • Fejn barra mill-klassi d-distanza ta' żewġ metri ma tkunx tistax tinżamm, bħal pereżempju bejn sink u ieħor fil- lattrini, għandhom jiġu installati screens tal-perspex. • Fejn possibbli, il-bankijiet għandhom ikunu qed iħarsu lejn direzzjoni waħda u l-ebda bank ma għandu jkun qed iħares lejn ieħor. • Apparti l-istaff u l-istudenti ħadd ma jista' jidħol fl-iskola, lanqas il-ġenituri. Gruppi / Clusters ta' studenti: • L-istudenti għandhom jinżammu fl-istess gruppi. Fl- iskejjel primarji, l-istudenti għandhom jibqgħu fl-istess klassi. • Fl-iskejjel sekondarji, il-bdil tal-klassijiet minħabba li l-istudenti jkollhom suġġetti varji, għandu jinżamm kemm jista' jkun limitat. • Dan jista' jgħin ħafna f'każ ta' bżonn ta' iżolazzjoni u anke l-contact tracing li jibqgħu dejjem importanti. Għalhekk l-iskejjel għandhom iżommu r-rassenja u anke jiddentifikaw persuna li magħha jkun jista' jsir kuntatt f'każ ta' bżonn. L-ilbies tal-maskri: • Tfal taħt it-tliet snin mhux se jkunu mitluba jilbsu l-maskri. • Tfal li għandhom bejn sitta u 11-il sena għandhom jilbsu l-maskri barra mill-klassijiet. • Studenti li għandhom aktar minn 11-il sena, għandhom jilbsu l-maskra dejjem, inkluż fil-kassi. • L-edukaturi għandhom jilbsu l-maskra kontinwament. Timetables varji: • Ħinijiet tal-ftuħ u anke ta' tmiem differenti u l-użu ta' entraturi differenti għall-iskola jistgħu jgħinu biex ma jkunx hemm iffullar tal-istudenti filgħodu u anke meta jiġu biex jirritornaw id-dar. • Ħinijiet differenti għall-break ukoll jistgħu jgħinu biex jonqos l-iffullar u t-taħlit tat-tfal. Lezzjonijiet fuq barra: • Hemm ċertu lezzjonijiet bħall-edukazzjoni fiżika (PE), kant jew drama li jistgħu jżidu r-riskju. Kull skola għandha tiddentifika r-riskji u timplimenta miżuri ta' mitigazzjoni bil-għan li anke dawn il-lezzjonijiet ikunu jistgħu jkomplu. Dawn il-lezzjonijiet jistgħu jsiru fuq barra. Iġjene u tindif: • Ġenituri għandhom jipprovdu lill-istudenti prodotti sanitarji u dawn għandhom jittieħdu l-iskola kuljum. • L-iskola għandha tassigura li kemm l-istaff u anke l-istudenti jaħslu idejhom bl-ilma u s-sapun jew inkella bis-sanitiser regolarment. • Fl-iskejjel għandu jkun hemm posters li jiggwidaw lill- istudenti u lill-istaff dwar kif għandu jsir il-ħasil tal-idejn. • Tindif u l-iddiżinfettar tal-iskola u l-klassijiet għandu jsir kuljum. Fil-każ tal-lattrini, dawn għandhom jitnaddfu regolarment, minn tal-inqas tliet darbiet kuljum. Anke l-ħasil tal-art għandu jsir regolarment. • Pumijiet, poġġamani, switches, imwejjed, telephones u tagħmir ieħor għandhom jitnaddfu regolarment matul il-ġurnata. • L-istudenti għandhom ikunu mħeġġa jnaddfu, permezz ta' wipes apposta, il-bankijiet u t-tagħmir qabel u wara l-użu. Homework: • Fejn possibbli, il-homework għandu jsir onlajn, biex l-edukaturi u l-istudenti ma jmissux karti jew pitazzi • Jekk le, il-homework irid jinżamm għal ftit jiem 'kwarantina.' • Fejn possibbli, l-għalliema huma mħeġġa biex ix-xogħol tal-istudenti jkun ikkoreġġut b'mod kollettiv fil-klassi. L-istaff room: • Fil-kmamar tal-istaff, għandha tinżamm id-distanza ta' żewġ metri. • Jekk skrivanija ma tintużax minn edukatur wieħed biss, kull wieħed huwa reponsabbli li jnaddaf lilha u t-tagħmir elettorniku ta' fuqha qabel jitlaq. • Anke fil-kmamar tal-istaff għandha tintlibes il-maskra. • Il-ħin li edukatur jibqa' fil-kamra tal-istaff ma għandux jaqbeż siegħa. Tagħlim online: • L-iskejjel u l-edukaturi għandhom ikunu mħejjija f'każ li l-iskejjel ikollhom jingħalqu biex sadanittant il-lezzjonijiet ikomplu immedjatament b'mod virtwali. • Dan huwa importanti anke f'każ li jkun hemm każ pożittiv f'xi skola u jkun hemm studenti jew edukaturi li jkollhom jibqgħu fi kwarantina d-dar. Jekk l-iskola u l-edukaturi jkunu mħejjija tajjeb, it-tagħlim ikun jista' jkompli f'kull ċirkostanza. Punti oħra: • Water fountains (minn fejn l-istudenti jimlew l-ilma għax- xorb) ma jistgħux jintużaw • Żjarat barra mill-iskola ma jistgħux isiru. • Attivitajiet bħall-festivals, kunċerti tal-iskola jew open days ma jistgħux isiru. • Ħelu li jitqassam lit-tfal meta xi ħadd mill-istudenti jkollu għeluq sninu għandu jitpoġġa f'boroż separati għal kull studenti. Trasport tal-iskola • Il-vjaġġi jinżammu kemm jista' jkun qosra • Bħalma fl-iskola l-istudenti se jkollhom kuntatt mal-istess grupp, l-istess prinċipju għandu jgħodd għall-vannijiet • Anke fuq it-trasport jinżammu rekords tal-istudenti • It-twieqi jinżammu miftuħa fejn possibbli • Id-distanza soċjali għandha tapplika anke fuq it-trasport • L-istudenti u x-xufier għandhom jilbsu l-maskri • L-iddiżinfettar tal-vetturi tibqa' importanti Il-miżuri ta' mitigazzjoni f'punti It-tfal u t-tixrid tal-Covid-19