Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 Carmel Bonnici Hollywood wara l-kwinti (2) Fl-1950 Sunset Boulevard ta ħarsa tassew ċinika u ta' tmaqdir lejn Hollywood li wittiet it-triq għall-films oħra bħal e Star, e Bad And e Beautiful, e Big Knife u e Barefoot Contessa. Pero', l-istudios biex jikkompensaw urew laqtiet ġentili u nostalġiċi wkoll lejn din il-belt tal-films tal-epoka ta' żmien id-deheb. Jerry Lewis kompla jpinġi stampi eċċentriċi u redikoli ta' Hollywood u l-ħajja ġewwa l-istudios permezz ta' films bħal e Errand Boy, e Ladies Man u e Patsy. Il-bqija l-oħrajn kollha kienu juru qrusa jew jakkużaw pubblikament lil dan il-post bħal Hollywood Boulevard, Hollywood Story, e Wild Party, e Day Of e Locust, Inserts, e Goddess, Two Weeks In Another Town, e Carpetbaggers, e Oscar, Harlow, Inside Daisy Clover, e Loved One, Whatever Happened To Baby Jane, e Legend Of Lylah Clare, Myra Breckenridge u s-satiriku e Player (1991). Kull tant żmien, l-iskandli wkoll heżżew lil din il-belt sa mis-snin bikrin. Roscoe "Fatty" Arbuckle kien kummidjant imbaċċaċ popolari sa mis-sena 1910 ma' Mack Sennett u l-films tal-Keystone Cops. Il-Paramount offrewlu kuntratt ta' miljun dollaru, mħallas aktar minn kulħadd, fuq tliet snin. Biex jiċċelebra għamel riċeviment estravaganti f 'lukanda fis-sajf tal-1921 f 'San Francisco. Fir-riċeviment stiednet ruħha ż-żagħżugħa Virginia Rapp, li kienet qed tipprova ssir attriċi, pero' kellha fama ħażina. Waqt dan ir-riċeviment, f 'kamra privata bdiet tgħajjat b'uġigħ fl-istonku u tnissel "X'għamiltli Roscoe", li ġie mixli bi stupru. Ma nstabx ħati tal-mewt tagħha, iżda l-karriera tiegħu spiċċatlu u miet 10 snin wara. Il-film e Wild Party tal- 1975 jirreferi indirettament għal dan l-avveniment. William Desmond Taylor kien wieħed mill-aqwa diretturi tas-snin għoxrin. Nhar l-1 ta' Frar 1921 stieden lil Mabel Normand, attriċi popolari u ħabiba tiegħu, d-dar. L-għada filgħodu nstab mejjet. elma Todd, ukoll attriċi popolari speċjalment mal-Aħwa Marx, kellha reputazzjoni li tagħmilha mal-gangsters u li tieħu d-drogi. F'Diċembru 1935 instabet mejta. omas Ince kien produttur ta' fama li beda n-niżla. William Randolph Hearst, miljunarju u sid ta' imperu ta' gazzetti, stiednu fuq il-jott tiegħu u għamillu riċeviment nhar il-15 ta' Novembru 1924. Mistednin kien hemm Marion Davies, ġbint Hearst, Charles Chaplin li kellu fama ħażina man- nisa, n-novelista Eleanor Glin, Louella Parsons li tikteb fuq l-atturi fil-gazzetti u l-ħabiba ta' Ince. Xi drama ta' ġelusija seħħet u omas Ince safa' maqtul b'tir. Aktarx li miet bi żball minflok Charles Chaplin. Dan il-fatt inħeba u l-ġisem ta' Ince ġie maħruq. Din il-ġrajja nsibuha rrakkontata fil-film e Cat's Meow (2001). Atturi oħra li sabu ruħhom f 'xi skandlu kienu Joan Crawford, fil- bidunett meta kien għadha bl-isem veru tagħha ta' Lucille LeSeur, Clara Bow, Lana Turner u diversi oħrajn. Meta l-affarijiet joħorġu fl-apert Hollywood ma jieħux riskju u dlonk jagħmilha ta' paladin tas-sewwa bħal ma ġara meta ġew mixlija diversi personalitajiet b'simpatija lejn il-kommuniżmu. Mill-ewwel ġew imwaqqfa mix-xogħol u xi it komplew jaħdmu taħt isem falz jew fittizju waqt li oħrajn kellhom iħallu pajjiżhom. Reċentement, Harvey Weinstein b'poter qawwi u kumpaniji sodi bħal Miramax u e Weinstein Co., sab ruħu fi skreditu u mniżżel mill-pedestal li kien fuqu meta diversi nisa atturi xehdu li kienu ttantati bil-goff minnu u mhedda mingħajr xogħol jekk ma jagħmlux dak li jrid hu minnhom. Lejn l-aħħar tas-sena 2017, Kevin Spacey attur bravu u popolari ġie mwaqqaf minħabba aġir sesswali mhux xieraq. Il-parti tiegħu fil-film All e Money In e World tneħħiet u daħal għaliha Christopher Plummer li f 'ġimgħa waħda lestieha. Fl-aħħarnett, naraw dawk midħla ta' Hollywood x'jaħsbu fuq din il- belt: Cedric Hardwicke qal hekk: "Alla ddispjaċih mill-atturi, għalhekk tahom post fix-xemx u fil-pixxini. Il-prezz li ħalsu hu li ċedew it-talent tagħhom. Los Angeles hu post mill-aqwa li tgħix fih, basta tkun larinġa jew Fred Allen." Xi ħadd laqqam lill-Hollywood – Is-Siberja bis-siġar tal-palm. Moss Hart iqis li Beverly Hills huwa l-isbaħ kwartieri tal-ilsiera fid- dinja. John Huston ra l-illużjoni meta sostna li Hollywood dejjem qisu gaġġa biex tilqa' l-ħolm tagħna. Ginger Rogers kienet tqis lil din il-belt bħala basket vojt tal-iskart, Lana Turner tgħid li kollu sbuħija u talent u jekk ikollok flus jew sex appeal jipproteġuk. Għal Grover Jones Hollywood hu l-aqwa manikomju mmexxi mill- imġienen. Marlon Brando iqisu kennierja kulturali. Errol Flynn kien tal-fehma li għandhom ħafna rispett għall-mejtin, imma xejn għall-ħajjin. Madankollu, H. L. Menchen ifaħħar u jgħid li Hollywood hu l-aktar post rispettabbli tal- Amerika, aktar minn Baltimore. Sonny Fox isostni li Hollywood qisu ċ-ċirklu tad-dinja li ilu mwaqqaf sena żejda. Fl-aħħarnett, inħallu lil Mel Gibson jirrakkonta: "Hollywood hu mimli b'diversi konġuri. Hemm aktar min jittradik u jgħid kontrik minn warajk aktar milli kellhom fis-Senat Ruman". Din hija r-realtà dwar il-Mecca tal-films. Iddeċiedu intom!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020