Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543
05 analiżi illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 - Il-fatturi li waslu għar-riżultat Adrian Delia: Kampanja fuq id-difiża! L-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia kellu problema waħda u kbira li rriżultat f 'kull intervista li kellu prattikament fuq kull stazzjon, gazzetta jew portal. Delia dejjem spiċċa jirribatti u jitkellem fuq il-passat, fuq il-pożizzjoni li ħa fuq nies bħal Simon Busuttil, fuq dak li ġara fil-PN fit-tliet snin li għamel Kap u fuq dak li għamel jew inkella ma għamilx biex iressaq nies ġodda lejn il- partit. Wieħed jifhem illi Delia kellu kull dritt li jiddefendi t-track record tiegħu - u xi minn daqqiet dan għamlu b'suċċess. Il-problema hija li filwaqt illi ħafna tesserati bdew jifhmuh dwar il-passat, ma bdewx jaraw futur bih fit-tmun tal- partit. L-agħar żball strateġiku ta' Delia kien li wiegħed il-kontinwità meta kien ċar illi ħafna Nazzjonalisti - tesserati jew altru - ma riedux kontinwità ta' telf, umiljazzjonijiet u ġlied intern. U din hija xi ħaġa li t-tim ta' Delia ċarament issottovaluta. Kien hemm sentiment b'saħħtu illi l-partit hemm bżonn jingħaqad u jgħaqqad il-forzi tiegħu kollha flimkien - u ħafna ħassew li b'Delia fit-tmun dan ma seta qatt jiġri. Filwaqt li dan ma jfissrix li Grech se jkun is-soluzzjoni f 'għajnejn bosta - ma nafux kemm, imma kien sentiment komuni - filwaqt illi dak li seħħ lil Delia ma kienx ġustifikat, Delia kien baqa' parti mill-problema ta' firda u allura għal dawn ma seta' qatt ikun parti mis- soluzzjoni. L-għaqda - juru anke sondaġġi interni - kienet l-aktar ħaġa importanti għat-tesserati tal-PN u l-attakk kontinwu - ġustifikat jew le - fuq deputati nazzjonalisti, uffiċjali u anke fuq Bernard Grech ('traditur', 'opportunist' u aktar) mhux talli għenu lil Delia talli saħħu l-immaġini li huwa, bħar- ribelli, parti mill- problema. Delia kien kontinwament fuq id- difiża - biżżejjed wieħed jara intervista li organizzat il-kampanja ta' Delia stess ma' Simon Mercieca, illi fiha għal ħin twil spiċċa jiddefendi l-akkużi kontrih - li wħud minnhom għad iridu jkunu pprovati foloz jew le - u anke jwieġeb l-attakki lejh minn nies fil- PN. Minkejja li Delia seta' kellu raġun fid-difiża tiegħu, fuq in-naħa l-oħra Bernard Grech kien qed jipproġetta lilu nnifsu bħala l-aġent tal-għaqda u Kap tal-futur bil-linja ta' mistoqsijiet u tweġibiet jkunu proprju dwar il-futur. Dan ta l-impressjoni u saħħaħ il- perċezzjoni - u sfortunatament għalih, ikkonfermata mill-kampanja tiegħu stess - illi Delia kien maqbud fil- passat filwaqt li Grech kien ir-risposta għall-futur. I l - k o n t i n w i t à kienet karta li lagħab b ' s u ċ ċ e s s R o b e r t Abela - għaliex il- m e m b r i t a l - P a r t i t L aburista, m i n k e j j a l-mod xejn ċerimonjuż li bih spiċċa J o s e p h M u s c a t m i l l - k a r i g a , i l - p r o t e s t i u t-tensjoni politika fil- pajjiż, xorta kien hemm sentiment illi l-PL kien qed jagħmel suċċessi elettorali u ekonomiċi u kellu jibqa għaddej f 'dik it-triq. F'Jannar li għadda l-PL kien diġa' għadda minn ħames rebħiet (nazzjonali) rekord b'distakk ta' akbar minn 33,000 vot fuq il-PN. Is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista hija differenti ħafna - l-antiteżi fil-fatt - għax l-elezzjoni tas-Sibt kienet f 'kuntest tal-istess elezzjonijiet nazzjonali iżda fihom kollha l-PN kien dejjem bi 33,000 vot minn taħt. Is-sondaġġi xejntifiċi tal-Kamra tal-Aħbarijiet tagħna (Mediatoday) kienet ilha tindika tliet affarijiet. L-ewwelnett li l-f 'termini ta' fiduċja Delia kienu ilu aktar minn sena u nofs ma jaqbeż l-20%. It-tieninett li is- sondaġġi kienu qed jindikaw distakki akbar - kif fil-fatt ġara is-sena l-oħra fejn il-PN tilef l - e l e z z j o n i t a l - P a r l a m e n t E w r o p e w ( - 4 2 , 0 0 0 ) kif ukoll tal- Kunsilli Lokali kollha ta' Malta (-47,000). Finalment, is-sondaġġi juru illi minkejja li j i b q a ' minn taħt, Bernard Grech inaqqas id- distakk bejn il-partiti, anke jekk iħalli distakk kbir bejnu u Robert Abela. Il-kontinwinità ma messha qatt kienet fil-vokabularju ta' Delia. ... kampanja fqira Il-kampanja ta' Delia kienet fqira, anke jekk dik ta' Grech ma kinitx xi waħda eċitanti ħafna! Grech tul il- kampanja u anke wara għamel referenza għas-600 voluntier fil-kampanja tiegħu. Lilhinn mill-veraċità jew le ta' dan in-numru u m'għandniex għalfejn niddubitawh, kien ċar illi wara Grech kien hemm l-imħuħ tal-partit li kienu qed jagħmlu l-istħarriġ xjentifiċi b'mod professjonali u li kellu tim warajh li kien qed jieħu ħsieb l-immaġini ta' Grech, il-filmati, id-dettalji żgħar fuq il-programmi, b'nies li bnew kuntatt u żammewh tul il-kampanja, mal-midja. Delia kien jinħass illi ma kellux l-istess tip ta' appoġġ b'nies li qatt ma ħadmu fl-istrateġija politika, li qatt ma ħadmu u ma jafux kif taħdem il-midja u li ma kinux qed jagħmlu sondaġġi professjonali, bil-konsegwenza li bdiet tingħata impressjoni li mhix minnha f 'termini numerċi. L-akbar qawwa tal-kampanja ta' Delia kienu l-istejjer fil-konfront ta' Grech - primarjament dik tat-taxxa - li jekk xejn bniet il-perċezzjoni li fuq materja ta' ħlas ta' taxxa iż-żewġ kandidati kienu fl-istess ilma. Din l-istorja - żvelata fuq din il- gazzetta - kienet effettiva għall- kampanja ta' Delia fis-sens illi qajmet dubji u biddlet il-burdata dwar Grech. Li ma bidtlitx iżda kienet l-intenzjoni tal-vot. Il-mistoqsija fil-fatt hija jekk qattx kien hemm xi forma ta' ċans matul il-kampanja li dak il-vot jinbidel jew inkella li Delia jagħmel gwadann konsiderevoli.