Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I nutli ndaħħlu rasna fir-ramel. Huwa fatt li qegħdin fit-tieni jew probab- bilment it-tielet mewġa. Huwa fatt li n-numri telgħin u huma inkwetanti. Huwa fatt li f 'ġimgħa dan il-pajjiż kellu 905 każi ġodda ta' Covid-19, bl-akbar numru jkun ilbieraħ, hekk kif f '24 siegħa ġew ittestjati 204 każi ġodda - rekord bla preċedent minn meta faqqgħet il-pan- demija u d-doppju tal-medja li kien qed ikollna matul l-aħħar ġimgħa b'madwar 100 każ kuljum. Mhux biss in-numri, imma anke r-rata tal-imxija żdiedet u lbi- eraħ għall-ewwel darba laħqet is-7% minn dawk kollha li kienu ittestjati (2,885). Huwa fatt li fl-aħħar ġimgħat ir-rata ta' mortalità żdiedet u huwa fatt ukoll li ħaf- na minn dawk li mietu kienu anzjani. Dan mhux każ ta' tbeżża' jew każ ta' negatività. Ejja nikbru għal darba f 'dan il-pajjiż u nirrealizzaw li l-paroli partiġġjan ma jiswix karlin. Taf x'jiswa'? L-ewwelnett l-awto-dixxiplina. Kulħadd hemm bżonn li jieħu ħsieb saħħtu u saħħet dawk ta' madwaru. Huwa importanti li kulħadd isegwi l-liġijiet, jekk xejn ħalli din is-sitwazzjoni tgħaddi minn fuqna kemm jista' jkun malajr. Imma l-awto-dixxiplina mhux biżżejjed. Pajjiż ma jitmexxix fuq bl- auto-pilot, skont il-bona fede tan-nies. U allura hemm bżonn id-dixxiplina mhux bil-kliem imma bil-fatti ħalli min ma jimpurtahx, nuruh kif jaqbel għalih li jimpurtah! Ilbieraħ is-Sindku ta' San Ġiljan Albert Buttiegieg tella ritratt fuq il-midja soċjali li juri grupp kbir ta' nies jixorbu - daqslikieku kien lejl bħas- soltu! Fejn hija d-dixxiplina? Fejn huwa l-infurzar? Infurzar tal-pulptu, biex nidhru ħelwin? Jew se nieħdu l-affari bis- serjetà jew le. Jew hemm liġijiet jew le. Jew se naraw li kulħadd isegwi l-miżuri jew ħadd. Id-dixxiplina taqbel għal kulħadd għaliex kulħadd jaqbillu li dawk in-numri jonqsu. Għal dawk l-eluf ta' negozji li jinsabu f 'xifer falliment jew inkella li raw id-dħul tagħhom jitnaqqar bil-kbir. Għal dawk l-eluf ikbar ta' ħaddiema - ġieli familji sħaħ - li qed jaqilgħu mas-€750 fix-xahar u allura raw id-dħul tagħhom jonqos drastikament. Għall-ekonomija tagħna, il-linja tal-ajru tagħna, għas-self employed tagħna, għal dawk kollha li sforz din il-pandemija waslu fix-xifer tal-faqar jew daħlu fil-faqar, għall-finanzi ta' pajjiżna, għall-ħaddiema tagħna u finalment għall-anzjani tagħna. Hija rresponsabilità kbira u inġustizzja liema bħala li filwaqt li ġenerazzjonijiet sħaħ ta' nies jissakkru ġewwa jew jgħixu fil-biża' ħaddieħor jiġi kompletament jaqa' u jqum mis-sitwazzjoni - u jagħmel dan b'impunità. Ħadd mhu jgħid - ejja nissakkru! Ħadd mhu jgħid li hemm bżonn lockdown! Imma hemm bżonn li ċerta rjus joħorġu minn ġor-ramel. Hemm bżonn nirrealizzaw li f 'din il-kwistjoni, minn l-aqwa spiċċajna fost l-agħar (204 per capita jiġu elf kbar f 'pajjiż Ewropew). Hemm bżonn nistaqsu lilna nfusna kif wasalna sa hawn u x'se nagħmlu kollettivament biex ma nibqgħux neżlin. Ħallikhom minn negattiviżmu u l-politika partiġġjana! X'saħta kerha hija l-politika partiġġjana fuq dan il-pajjiż! Kemm żammitna lura u għadha żżommna lura din il-mentalità partiġġjana polarizzata. Ejja nkunu realistiċi u solidali. Mhux twerżiq u għajjat. Imma nsegwu b'mod assidwu r-regoli u nkunu responsabbli. Jekk mhux se nimu dan, jekk se jkun hemm min jgħaddas rasu fir-ramel - inkluż nies fil-poter: Ikbar se tkun id- daqqa u itwal se tkun it-triq tal-fejqan. Covid-19: Id-dixxiplina mhux ras fir-ramel se tniżżel in-numri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020