Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 • illum Dun Anġ Seychell Il-Fraternità skont il-Papa Franġisku Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth F it-3 t'Ottubru l-Papa Frangisku iffirma i-tielet enċiklika tiegħu bl-isem ta' 'Ilkoll Aħwa' fil-Belt ta' Assisi, il-post imqaddes minn San Frangisk t'Assisi. Fiha għamel rabta mit-tliet kelmiet li għandhom rabta mar-Rivoluzzjoni Franċiża u wissa li l-liberta mingħajr fraternita tisfa kelma fqira u ssir tfisser libertinaġġ u li l-ug- waljanza tista' tkun biss riżultat tal-fra- ternità. Il-Papa Frangisku għamilha ċara li l-fraternità tfisser fuq kollox solidarjeta' u solidarjeta' tfisser servizz jew qadi u għamel sejħa mhux biss għall- ġid materjali ta' kull persuna imma wkoll għall-ġid morali imma jislet dak li qal San Gwann Krisostmu li min ma jaqsamx mal-foqra jkun qed jisraqhom. U jagħmilha ċara li l-jeddijiet fundamentali tal-bniedem ma għandhomx jisfaw imfixkla mill- fruntieri. Il-jedd Tal-Proprjetà Privata Papa Frangisku jfakkar fit-tagħlim soċjali tal-Knisja li jgħid li l-jedd tal- ġnus għall-proprjetà privata mhuwiex assolut. Il-jedd tal-proprjetà privata huwa dejjem imsieħeb mill-prinċipju primarju li l-proprjetà privata hija dejjem marbuta mad-destinazzjoni universali tal-ġid tad-dinja u allura mal- jedd ta' kulħadd li jagħmel użu minnu u għalhekk il-libertà tas-suq ma tiġix qabel il-jedd tal-ġnus u d-dinjità tal-fqar u jitlob ir-rispett għall-ambjent naturali. Dan ifisser u nistgħu ngħidu li kull pajjiż jappartjeni wkoll lill-barrani, billi l-ġid ta' territorju ma jistax jisfa mċaħħad lill-persuna fil-bżonn li tkun ġejja minn band'oħra. Dan il-prinċipju jġiegħlna nqisu l-etika tar-relazzjonijiet internazzjonali. Il-Papa Frangisku jitkellem fit-tul dwar l-emigrazzjoni u jgħid li filwaqt li l-migrazzjoni bla ħtieġa għandha tkun evitata, b'mod ġenerali l-emigranti għandhom jingħataw merħba, ikunu protetti, inkoraġġiti u integrati fil-pajjiżi li jilqgħuhom. Aħna għandna naċċettaw l-immigranti mhux għax dawn iġibu l-benefiċċji lill-pajjiżi tagħna imma għaliex hi ħaġa tajba li nagħmlu hekk. Il-Papa jikkritika "l-ispirtu ta' individwaliżmu" li jseħħ meta naħsbu li rridu nħarsu lilna nfusna minn xulxin, li nqisu l-oħrajn bħala kompetituri jew għedewwa perikolużi u wissa "li hawn pajjiżi setgħana u azjendi kbar li japprofittaw irwieħhom minn dan l-iżolament u jippreferu jinnegozjaw ma' kull pajjiż ghal rasu." Papa Frangisku għamel sejħa għal mod ġdid ta' politika, mod li jaqdi l-ġid komuni. Huwa jikkritika l-populiżmu u l-liberaliżmu għax isibhom difettużi, għax it-tnejn ma jħallux wisa' lil kull wieħed u waħda jew ma jirrispettawx il-kulturi differenti. Frangisku jżid jgħid li l-ħsieb ewlieni tal-politiċi għandu jkun il-qasam tal- impjiegi. U jgħid li ma hawnx faqar agħar minn dak li jwarrab ix-xogħol u d-dinjità tax-xogħol. Jgħid li s-suq waħdu ma jistax isib tarf ta' kull problema u wera d-diżappunt tiegħu li l-kraxx finanzjarju tas-snin 2007-2008 ma nebbaħx il-ħolqien ta' ekonomija ġdida. Il-Piena Tal-Mewt u L-Għomor Il-Habs Papa Frangisku jagħmel sejħa għat- tmiem ta' kull gwerra u it-tmiem tal- piena tal-mewt. Jammetti li xi Nsara jaħsbuha darbtejn biex jappoġġjaw it- tmiem tal-piena tal-mewt. Hu jammetti li t-tagħlim tal-Knisja mhux dejjem kien favur il-piena tal-mewt imma jagħti eżempji tal-padri tal-Knisja tal-bidu li jixhdu li kien hemm reżistenza għall- prattika tal-piena tal-mewt. U Papa Frangiskuikkundanna mhux biss il-piena tal-mewt imma l-piena ta' għomor il-ħabs għax qal li din "hija piena tal-mewt sigrieta". U żied jistqarr ċar u tond li l-piena tal-mewt mhix ammissibbli u li l-Knisja trid bl-akbar serjetà l-abolizzjoni tagħha mad-dinja kollha. Fl-aħħar parti tal-enċiklika, il-Papa Frangisku jistqarr li dawk li jemmnu fid- diversi reliġjonijiet huma ta' benefiċċju għas-soċjetà billi jagħtu sehemhom għall-bini tal-fraternità u jiddefendu l-ġustizzja fis-soċjetà u jasal biex jistqarr li ma hemmx bażi vera għall-fraternità umana mingħajr twemmin f 'Alla. "Aħna ċerti li hu biss għax nemmnu f 'Alla li m'aħniex iltiema imma wlied u nistgħu ngħixu fil-paċi bejnietna". Fit-tmiem ta' l-enċiklika, il-Papa Frangisku jisħaq fuq il-ħbiberija bejn ir-reliġjonijiet. U jagħmel sejħa biex ikun hawn libertà tar-reliġjon għal kulħadd: "Hemm jedd fundamentali tal-bniedem li ma għandux jintesa fil-vjaġġ lejn il-fraternità u l-paċi – din hija l-libertà reliġjuża għal kull min jemmen fir-reliġjonijiet kollha". Il-Papa Franġisku jiffirma l-enċiklika tiegħu fuq il-qabar ta' San Franġisk Papa Frangisku għamel sejħa għal mod ġdid ta' politika, mod li jaqdi l-ġid komuni. Huwa jikkritika l-populiżmu u l-liberaliżmu għax isibhom difettużi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020