Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 • illum Immaġina realtà fejn in- nies għandhom kwalità ta' ħajja għolja - fejn is-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini tal- pajjiż ikunu f 'sinerġija mal- ambjent naturali. Il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) huwa l-pjan li jidderieġi lil Malta tasal s'hawn. Il-Perit Joseph Scalpello, mill- Awtorità tal-Ippjanar, jispjega għaliex. It-terminu sostenibbiltà hija l-kelma tad-deċennju - jew saħansitra lejn l-aħħar nofs seklu. Aħna kontinwament niġu mfakkra li aħna l-ġenerazzjoni li se jkollha impatt kbir fuq il-pjaneta, u pariri u linji gwida f 'dan ir-rigward huma abbundanti. Iktar milli qed ngħixu fl-era diġitali, qed ngħixu fl-era fejn qed nippjanaw sabiex ikollna żvilupp sostenibbli. Iżda flimkien mal-prominenza tiġi l-inċertezza. X'inhu eżattament 'żvilupp sostenibbli' u kif jinkiseb? L-Awtorità tal- Ippjanar ta' Malta (PA) fittxet li tistabbilixxi din iċ-ċarezza tant meħtieġa permezz tal-iSPED lura fl-2015. Hekk kif il-pjan ser jidħol fl- ewwel reviżjoni tiegħu ħames snin wara, il-Perit Scalpello, Assistent Direttur tad- Direttorat tal-Ippjanar tal-PA, jispjega l-irwol kritiku tal-Pjan Strateġiku. "Huwa diffiċli ssib nies li jafu dwar l-iSPED minkejja l-influwenza tiegħu fuq ħajjitna," sostna l-Perit Scalpello. "L-iSPED huwa l-viżjoni ġenerali ta' żvilupp f 'Malta li l-policies nazzjonali u l-pjanijiet lokali kollha huma bbażati fuqu u jaħdmu biex tinkiseb. Dan id-dokument jagħti direzzjoni dwar l-iżvilupp ta' Malta filwaqt li jservi bħala gwida għall-policies dettaljati. "Meta tgħid 'żvilupp' jew 'development', ħafna nies jaħsbu dwar il-pjan ta' tqassim ta' Malta f 'żoni, l-għoli tal-bini jew xi livell ieħor dettaljat ta' ppjanar. Iżda l-iSPED jiġi qabel dan kollu. Huwa joffri viżjoni mifruxa mis-sena 2015 sas-sena 2035, u min-natura tiegħu stess, huwa dikjarazzjoni ta' intenzjoni. Jirrazzjonalizza kif irridu li jidher il-pajjiż fl-2035 u jressaq sensiela ta' azzjonijiet li ser iwassluna s'hemm." Qabel l-iSPED kien hemm pjanijiet oħra strutturali għal Malta li kienu intiżi sabiex jidderieġu l-evoluzzjoni urbana u rurali tal-pajjiż. Madankollu, l-iSPED kien l-ewwel wieħed li spjega ż-żona kostali ta' Malta kif ukoll inkluda ż-żona marittima ta' 25 mil nawtiku tal-pajjiż fl-ippjanar tal- iżvilupp. B'hekk dan huwa dokument nazzjonali u strateġiku li jinkludi kollox. "L-iSPED jidentifika l-istruttura tal-ispazju ta' pajjiżna. Il-pajjiż hu organizzat f 'erba' territorji – l-urban, ir- rurali, il-kostali u l-marittimu. Barra minn hekk, Għawdex hu meqjus bħala reġjun separat biex jintgħarfu r-realtajiet partikolari u l-isfidi li qed tiffaċċja l-gżira. L-iSPED jiddefinixxi b'mod ċar kull żona spazjali tal-gżejjer biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn kollox jintefa' f 'keffa waħda. Għaldaqstant, il-viżjoni tal- pajjiż għal ekonomija aktar effiċjenti, għal aktar sostenibbiltà fl-użu tal-art u titjieb fis-saħħa u kumdità tiġi tradotta fil-viżjoni tal-ispazju għal kull żona. Il-Pjan Strateġiku tal-Awtorità jiddefinixxi ż-żoni urbani ta' Malta bħala postijiet bla periklu fejn ngħixu u naħdmu mingħajr tniġġis, filwaqt li l-partijiet rurali huma pulmuni ħodor li għandhom isostnu l-biedja u jipprovdu post ta' rekreazzjoni 'l bogħod mill-ħajja urbana. Iż- żoni kostali u tal-baħar madwar Malta għandhom jappoġġjaw il-komunitajiet tas-sajd, irawmu l-bijodiversità u jimmassimizzaw it-tkabbir soċjoekonomiku sostenibbli permezz ta' inizjattivi bħal portijiet, power stations, impjanti tar-reverse osmosis u l-konnettività mal-bqija tal- Ewropa. "Li naraw l-iżvilupp b'viżjoni Pjan nazzjonali li importanti tkun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020