Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 aħbarijiet tkun taf dwaru fit-tul b'għanijiet ċari kien indispensabbli," l-Assistent Direttur jirrimarka, "iżda l-ippjanar fit-tul huwa attività inċerta minħabba li jinbidlu ċ-ċirkostanzi. Minkejja dan, il-liġi tipprojbixxi reviżjonijiet qabel ħames snin, allura issa li l-iSPED għandu ħames snin nistgħu nieħdu rendikont. Fejn ninsabu fuq il-vjaġġ tagħna sal-2035?" Waqt li jirrifletti fuq il-futur, il-Perit Scalpello jispjega li hekk kif ir-reviżjoni tal-iSPED tidħol fis-seħħ matul ix-xhur li ġejjin, il-pubbliku ġenerali qed jiġi mħeġġeġ biex jinvolvi ruħu permezz ta' konsultazzjonijiet pubbliċi. "L-iSPED huwa miktub kif jaħseb il-pubbliku, u huwa ktejjeb sempliċi ħafna u faċli biex jinqara, u r-reviżjoni tiegħu se taffettwa l-futur ta' Malta fir- rigward tal-iżvilupp. L-interess pubbliku u l-għarfien huma importanti. Kulħadd għandu jsemma' leħnu f 'dan l-istadju ta' tfassil t a l - p o l i c y għax, fl- a ħ ħ a r m i l l - a ħ ħ a r , i r - riżultat s e r jaffettwa lilna lkoll. "X'taħseb li ħadem jew ma ħadimx u x'taħseb li hemm nieqes fil-Pjan Strateġiku tagħna? Issa hu ż-żmien li tipparteċipa minħabba li d-deċiżjonijiet tal- lum ser ikollhom impatt fuq id- deċiżjonijiet tal-Awtorità dwar l-applikazzjonijiet għall-ippjanar fil-futur. U ladarba l-qafas jiġi stabbilit, l-applikazzjonijiet li huma kompletament konformi x'aktarx jiġu approvati. Allura, filwaqt li tista' ma tkunx interessat fl-iżvilupp bħalissa, il-ġar tiegħek żgur li jkun - imma meta l-avviż tal- applikazzjoni tal-iżvilupp tiegħu jkun imwaħħal mal-ħajt ta' barra, ikun tard wisq għalik." Il-Pjan Strateġiku ta' Malta għall-Ambjent u l-Iżvilupp jinsab fuq il-websajt tal- Awtorità Il-Perit Joseph Scalpello

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020