Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174
08 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 • illum 'Ma rridx nerġa' niżbalja ... issa rrid Kien ilu 16-il sena l-ħabs u bħalissa qed jagħmel programm mal-Fondazzjoni RISe qabel ikun għal kollox raġel liberu u jkomli b'ħajtu. L-ILLUM iżżur lil dan ir-raġel u tnejn oħra hekk kif bħalissa qed jagħmlu xogħol fil-komunità YENDRICK CIOFFI "Dak li titlef fil-ħajja mhux se ġġibu lura. Il-ħajja hija qasira. Ma rridx li nerġa' niżbalja. Tli wisq. Issa rrid ingawdi lit-tfal u lin-neputijiet." Dan kien kliem raġel ta' madwar 50 sena li wara 16-il sena fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, bl-għajnuna tal- Fondazzjoni RISe, qed iħejji lilu nnifsu biex fi żmien it xhur ikun totalment liberu u jkun jista' jkompli bil-ħajja tiegħu. Il-gazzetta ILLUM żaret iċ- ċentru taż-żgħażagħ tal-Patrijiet Franġiskani fil-Ħamrun, fejn tlett irġiel qed jagħmlu xogħol fil-komunità bħala parti mill- programm ta' rijabilitazzjoni u rintegrazzjoni li qed toffrilhom il- Fondazzjoni. Poġġejna bilqiegħda ma' wieħed minn dawn l-irġiel li kien ilu 16-il sena l-ħabs. Wieħed jippretendi li dawn il-persuni jkunu qed jgħoddu l-ġranet biex ifittxu jiksbu lura l-libertà u jkomplu b'ħajjithom. Iżda dan ir-raġel fetħilna għajnejna għal perspettiva oħra: "Jiena stajt ħallast il-multa u ħriġt. Imma anke jekk għaddew 16- il sena ma ħassejtx li kont lest. RISe għandu ħafna x'joffrili. F'16-il sena l-ħajja nbidlet, il-kultura nbidlet. Għadni mhux lest noħroġ," qal dan ir-raġel. Fil-fatt, kellu kliem ta' tifħir ħafna għall-professjonisti u dawk li jmexxu l-programm. Iddeskrivih bħala "l-akbar opportunità" li qatt kellu u jinsab determinat li jieħu dak kollu li jista' minnu. "Iebsa ħafna li wara 16-il sena fil-ħabs, meta għandek rutina u dejjem tagħmel l-istess affarijiet, toħroġ u tkompli bil-ħajja tiegħek qisu xejn mhu xejn," spjega. "Ikollok ħafna stress għax taf li se terġa' taħbat mal-ħajja." Fil-fatt, spjegalna kif permezz tal-programm, qed jikseb lura l-ħiliet mhux biss tal-idejn, imma anke ħiliet personali li fi kliemu huma importanti ħafna biex issa jkun kapaċi jiffaċja l-ħajja mill-ġdid. "L-ewwel fażi tal-programm hija importanti ħafna. Għenitni niġbor ħafna motivazzjoni," insista. Fil-fatt, bħalissa, hu flimkien ma' żewġt irġiel oħra qed jagħmlu dan ix-xogħol fil-komunità. Fi ħmistax taw dehra ġdida u mill- isbaħ liċ-ċentru taż-żgħażagħ tal-Patrijiet Franġiskani. Issa malli jintemmu dawn il- ħmistax, se jkunu qed jirritornaw lura għad-dinja tax-xogħol, fejn anke jekk għax-xhur li ġejjin jibqgħu jgħixu fir-residenza tal- Fondazzjoni, li tinsab il-Belt Valletta, kuljum jibdew joħorġu, imorru jaħdmu u jaqilgħu l-paga. "Kollox jiddependi kemm tkun leali. Għandek biex taħdem. Jgħinuna ħafna. Jolqtluk fil- laħam il-ħaj. Jekk ma tkunx leali magħhom, mhux bihom tkun qed tidħak imma bik innifsek," kompla jisħaq. Impressjonatna l-motivazzjoni li għandu dan ir-raġel. Għażel li ma jiġrix imma jimxi pass pass biex ikun kapaċi jiffaċċja l-ħajja. Fil-fatt meta mistoqsi jekk jibżax li jkun hemm min ma jilqgħux, weġibna hekk: "Mhux vera li s-soċjetà lili ma tħobbnix. Trid tkun int li taħdem għal dak li tli. Trid tkun int li tibni fiduċja. Mort fejn mort f 'dawn l-aħħar xhur, kulħadd irrispettani," insista. Għal darba darbtejn insista li min ħolom bil-Fondazzjoni RISe għamel suċċess kbir. "Meta jiena dħalt il-ħabs, tfajt lill-familja kollha fil-ħabs miegħi. Ma rajtx lill-uliedi jikbru. Lil Alla nirringrazzjah għax b'kull labra li daħħalt f 'idi jiena ssuggrajt! Il- ħajja hija sabiħa! Irrid Wieħed mill-persuni li bħalissa qed jagħmel il- programm tar-RISe Matthew Degiorgio, l-amministratur tal-edukazzjoni u l-impjieg fi ħdan RISe kompla fuq dak li qalilna r-resident u saħaq mal-gazzetta ILLUM li l-programm tal-Fondazzjoni huwa magħġun fuq il-fiduċja li hija essenzjali biex wieħed jikseb il-motivazzjoni u l-ħiliet kollha li għandu bżonn biex ikun jista' jkompli bil-ħajja tiegħu. Degiorgio spjega kif sena qabel ikunu skontaw is-sentenza, priġunieri jistgħu jitolbu għal prison leave biex jagħmlu l-programm tal-Fondazzjoni RISe. Ovvjament ikun hemm skrutinju fuq min ikun għamel it-talba qabel ma jmur fir-residenza tal-Belt. Il-programm huwa mfassal fuq sena u jinqasam fuq fażijiet li huma bbażati fuq ir-rijabilitazzjoni u r-rintergazzjoni tal-priġunieri. Fl-ewwel fażi, spjega Degiorgio, isir assessjar ta' kull persuna biex ikunu magħrufa r-riskji u anke l-bżonnijiet differenti tagħhom. Matul dawn l-ewwel xhur, ir- residenti jsegwu programm edukattiv u anke terapewtiku biex mhux biss jiksbu ħiliet tal-id imma anke jsaħħu l-personalità tagħhom. Fil-fatt matul dawn l-ewwel erba' xhur, ir-residenti jsegwu korsijiet bħal tal-ewwel għajnuna, tal- kompjuter, l-immaniġjar tal-ikel, etċ, fost oħrajn. Hawn il-Fondazzjoni taħdem id f 'id ma' organizzazzjonijiet oħra, fosthom is-Sedqa u anke Jobsplus. Fl-aħħar ġimgħatejn ta' dawn l-erba' xhur, il-programm jiffoka iżjed fuq ir-rintegrazzjoni, fejn ir-residenti jagħmlu xogħol fil- komunità. Residenti differenti għamlu xogħlijiet ma' għaqdiet differenti, bħal NGOs tal-annimali u saħansitra anke ma' Kunsilli Lokali. Wara dawn il-ħmistax, ir- residenti jgħaddu għall-fażi oħra tal-programm fejn gradwalment jidħlu fid-dinja tax-xogħol. "Għaddew madwar 50 persuna minn taħtna. Tgħallimna li biex persuna tgħaddi minn fażi għall- oħra b'suċċess, li tibni fiduċja fiha nnifisha u f 'dawk ta' madwarha huwa essenzjali," spjega Degiorgio. 'Il-programm tagħna huwa magħġun fuq il-fiduċja' Matthew Degiorgio