Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 aħbarijiet ingawdi lit-tfal u lin-neputijiet' 'Fil-ħabs ma jistgħux jiġu indirizzati biżżejjed il-bżonnijiet tal-persuna ... aħna nemmnu fl-attenzjoni individwali' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Dun Franco Fenech li għal 13-il sena kien Kappillan tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u huwa wkoll wieħed mill- fundaturi tal-Fondazzjoni RISe. Dun Franco spjega kif għall-priġunieri, l-aktar żmien diffiċli jkun il-bidu u anke t-tmiem taż-żmien tagħhom fill-ħabs. "Jaf xi problemi ħalla barra u issa jaf x'se jiffaċja meta se joħroġ," insista Dun Franco. Fil-fatt saħaq li bħalma r-resident li tkellem magħna, flok għażel li jħallas il-multa biex joħroġ mar jagħmel il-programm tar-RISe, hemm oħrajn li anke jekk ma jagħmlux il- programm, xorta ma jħallsux il-multa u jagħżlu li jibqgħu l-ħabs sal-aħħar minuta. Għalhekk li Patri Ramon saħaq li kien hemm bżonn programm li jindirizza dawn l-isfidi li jiffaċċjaw ir-residenti. "Fil-ħabs mhux qed jiġu indirizzati biżżejjed il-problemi tal-persuna. Mhux qed nikkritika lill-ħabs għax dan diffiċli jsir. Hemm ħafna nies, nazzjonalitajiet differenti u taħliet bejn qed jiskonta sentenza u oħrajn li qed jistennew is-sentenza," spjega Dun Franco. "Aħna nemmnu fi djar żgħar fejn il- persuna tkun tista' tingħata attenzjoni individwali." Propju għalhekk li fil-programm tar- RISe qatt ma jkun hemm aktar minn 14- il persuna. 'Ngħinhom jintegraw mill-ġdid mal- familja ... hemm missirijiet li qatt ma għexu ma uliedhom' Fil-fatt, insista Dun Franco, minn din l-attenzjoni individwali dejjem jiskopru xi ħaġa li hija ġdida. Spjega kif mill-esperjenza, il-Fondazzjoni tagħlmet ukoll taħdem biex tintegra lil dawn ir-residenti mal-familja tagħhom. Qal li ġieli kellhom każi fejn missirijiet qatt ma għexu ma' uliedhom, jew għax twieldu meta huma kienu l-ħabs jew inkella għax daħlu meta kienu għadhom żgħar ħafna. "Iltqajna ma' każi fejn għat-tfal, il- missier huwa stranġier għax ma jafuhx. Il-mara jaf ukoll tkun drat waħedha u issa trid taddatta mill-ġdid il-ħajja tagħha għax se jkollha r-raġel id-dar," spjega. Għalhekk il-Fondazzjoni tmur lilhinn mill-ħidma tagħha mal-persuna kkonċernata. 'Għall-ewwel darba iben kellu l-missieru u seta' jdawru mal-iskola' Spjega kif pereżempju, ftit ftit, jaraw li l-missirijiet jibda jkollhom rwol fit-trobbija tal-ulied, bħal perempju jgħinuhom biex jattendu magħhom għall-parent's day. Semma esperjenza partikolari ta' iben li għall-ewwel darba kellu lil missieru l-iskola. "Għall-ewwel darba dan kellu missier. Beda jdawru mal-iskola kollha. Lill- missier tajnih xi ħaġa tal-flus. Ta lill-ibnu xi ħaġa żgħira minnhom u bihom xtara flixkun luminata mill-magna. Kienet l-ewwel darba li xtara mill-magna. Xi ħaġa żgħira tellgħetu l-ġenna," insista Dun Franco. 'Ġieli noħorġu magħhom il-Belt u jkollhom ġenn biex neħduhom lura ... il-bniedem sensorjament imut' Dun Franco kompla jispjega (anke kif qalilna r-resident), dwar kemm persuna mhux dejjem tkun lesta biex toħroġ mill-ewwel fis-soċjetà u dan anke minħabba affarijiet li lanqas biss jgħaddulek minn moħħok għax għalina huma normali. "Il-ħabs qed jaraw dejjem l-istess kuluri. Dejjem l-istess ħitan. Ixommu l-istess riħa. Jikkomunikaw mal-istess nies. Il- bniedem jitlef l-esperjenza senswali tiegħu," saħaq Dun Franco. "Ġieli kellna residenti tar-RISe li ħriġnihom il-Belt jieħdu kafe u jkollhom ġenn biex indaħluhom lura għax l-istorbju jew id-dawl tal-vettrini tal-ħwienet idejjaqhom." Semma esperjenza oħra ta' residenti li, wara snin, kien se joħroġ għall-ewwel darba mal-familja tiegħu għall-ftit ħin il-Belt. "Talabna biex imur jixtri ftit ħelu għat- tifla. Ħallejnih iżda wara rrealizzajna li bintu llum għandha 17-il sena. Kif ġie staqsjenih u spjegajnilu. Meta daħal il-ħabs bintu kienet għadha żgħira u baqa' b'dik il-mentalità," saħaq Dun Franco. "Dejjem nitgħallmu minn dawn l-esperjenzi. Iriduhom ikunu indipendenti ... nibqgħu nsegwuhom Kien hawn li Dun Franco spjega li l - m i s s j o n i tal-Fondazzjoni hija li dawn il-persuni, meta joħorġu jkunu indipendenti, ikollhom xogħol fiss u mhux joħorġu u jkunu dipendenti fuq il-benefiċċji jew l-akkomodazzjoni soċjali. "Nieħdu gost meta fil-Milied nistednuhom biex niltaqgħu u nisimgħuhom jitkellmu fuq kif qed ilaħħqu mal-ħajja u l-ispejjeż," insista Dun Franco. Fil-fatt, il-Fondazzjoni għandha wkoll servizz ta' after-care li huwa obbligatorju għal dawk li joħorġu iżda jkunu fuq parole, iżda mhuwiex għal dawk li jkunu skontaw is-sentenza kollha u temmew il-programm. "Xorta jibqgħu jiġu jittawlulna. Imma anke aħna. Meta jdumu ma nisimgħu mingħandhom, ġieli nċemplulhom biex immorru nieħdu kafe magħhom. L-attenzjoni individwali hija s-suċċess tar-RISe," temm jgħid Dun Franco. Dun Franco Fenech Raġel, li l-identita' tiegħu kienet għadha mhux magħrufa, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi f 'inċident tat-traffiku. Kienu għall-ħabta tas-7:15 a.m meta il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Aldo Moro, il-Marsa. Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel ġie milqut minn Citroen Berlingo misjuqa minn Taljan ta' 29 sena. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma lisptar għall- kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin. Raġel isofri ġrieħi serji f'inċident tat-traffiku fil-Marsa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020