Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 • illum Endokrinoloġi mhux japprovaw mediċina ġdida li qed jagħti l-Gvern għall-pazjenti b'nuqqas ta' testosterone YENDRICK CIOFFI "Qed ikolli nixtri l-mediċina jiena anke jekk ma naffordjax. Ma nistax ngħaddi mingħajrha." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM pazjent li jbati b'dak magħruf bħala hypogonadism u li għalhekk ikollu jieħu mediċina apposta biex iżżid il-livelli ta' testosterone. Fi kliem sempliċi, it- testosterone jagħmel id- differenza bejn raġel u mara. Dan għandu rwol fl-organi sesswali, fl-iżvilupp tagħhom, fl-affett (jiġifieri fl-aptit għas- sess) u anke x-xagħar kemm tal- ġisem u anke tar-ras. Għandu wkoll rwoli oħra. Nuqqas ta' testosterone jista' jwassal, fost oħrajn, biex jirqaq l-għadam u għalhekk isir aktar fraġli. Il-pazjent spjega kif permezz tal-POYC huwa kien jirċievi l-mediċina Nebido, liema mediċina twaqqfet ħesrem u f 'daqqa waħda qed tinġieb oħra: Reandron. Anke jekk din hija magħmulha mill-istess produttur, jiġifieri Bayer HealthCare Pharmaceuticals, il-konsulent endokrinologu tiegħu ma ffirmalux għar-Reandron, għax fi kliemu, din mhijiex liċenzjata biex tintuża f 'Malta u lanqas mill-Aġenzija Ewropea għall- Mediċina. "Il-konsulent tiegħi qalli ċar u tond li mhux se jieħu riskju u jagħtini xi ħaġa li mhijiex liċenzjata," insista dan il-pazjent. Fil-fatt, din il-gazzetta tkellmet ma' endokrinologu li kkonferma li hu u kollegi tiegħu mhux qed jaċċettaw li jiffirmaw għal xi ħaġa li mhijiex awtorizzata għall-użu f 'Malta u lanqas liċenzjata mill-Unjoni Ewropea. Anke jekk insista li l-kumpanija hija waħda serja, saħaq li mhux se jieħdu riskju u jagħtu lill-pazjenti tagħhom mediċina li mhijiex awtorizzata għall-użu f 'Malta. "Mhuwiex kompitu tagħna li noqogħdu naraw jekk mediċina hijiex sigura jew le. Għalhekk hemm l-awtoritajiet apposta. Aħna nimxu fuq dak li jgħidulna u l-awtorizzazzjoni tagħhom," insista l-endokrinologu. "Din sa fejn naf jien qed tingħata biss fl-Awstralja. Mhux qed ngħid li l-Awstraljani mhux serji, imma l-ewwel għandna nfittxu xi ħaġa li hija awtorizzata fl-UE, anke għax ir-regolamenti u l-linji gwida huma differenti." Imma l-Ministeru x'qal? Il-gazzetta ILLUM ma waqfitx hawn u tkellmet ukoll ma' spiżjara li spjegaw kif sabu ruħhom quddiem sitwazzjonijiet simili, fejn pazjenti li wkoll ibatu b'livell baxx ta' testosterone u li kienu jieħdu n-Nebido permezz tal-POYC, spiċċaw b'xejn għax il-konsulent tagħhom ma ffirmalhomx għar-Reandron. Dwar dan il-gazzetta bagħtet mistoqsijiet lill-Ministeru tas- Saħħa li filwaqt li ma ċaħadx l-informazzjoni li rċeviet l-ILLUM, spjega kif in-Nebido mhux qed jinstab fis-suq Ewropew u kien propju għalhekk u minħabba l-fatt li l-pazjenti ma jistgħux jitħallew mingħajr il-mediċina, li s-CPSU (Central Procurement & Supplied Unit) fittxew prodott ieħor u nxtara mis-suq Awstraljan. Il-gazzetta ILLUM, għamlet it riċerka wkoll fuq dan u jirriżulta, mill-aħħar informazzjoni li wieħed isib fuq is-sit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li n-Nebido hija approvata fi kważi l-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li r-Reandron hija approvata biss fi Spanja. Apparti minn hekk, il-gazzetta fittxet ukoll fuq is-sit tal-Awtorità Malta għall-Mediċina, fejn wieħed jista' jsib dawk il-prodotti mediċinali awtorizzati biex jitpoġġew fis-suq Malti. Fuq dan is-sit wieħed isib l-informazzjoni kollha dwar in-Nebido, iżda xejn dwar ir-Reandron. 'Qed ikolli nixtri n-Nebido jiena. Għandi €150 kull xahrejn għalija' "Qed ikolli nixtri n-Nebido jiena. Għandi €150 kull xahrejn għalija. Ma naffordjax imma mhux se nirriskja," insista l-pazjent. "Mingħajrha mhux se mmut, imma tħossok bla enerġija u ma jkollok saħħa tagħmel xejn. Ġismek ikun draha." Fil-fatt, in-nuqqas tat- testosterone ma jaffetwax biss affarijiet marbuta mas-sess, bħal pereżempju nuqqas ta' erezzjoni, imma anke jista' jaffettwa l-konċentrazzjoni u l-burdati, fost oħrajn. Intant, 'il fuq minn ġimgħa ilu, il-gazzetta ILLUM bagħtet ukoll mistoqsijiet lill-Aworita Maltija għall-Mediċina biex tistaqsi jekk irċevewx ilmenti dwar dan u jekk mediċina li mhijiex liċenzjata tistax tingħata u tinbiegħ f 'Malta. Sal-ħin li morna għall- publikazzjoni, il-gazzetta kienet għadha ma rċevitx tweġiba dwar dan. Pazjenti, spiżjara u endokrinoloġi jisħqu mal-gazzetta ILLUM li l-mediċina li qed tinġieb (Reandron) mhijiex liċenzjata għall-użu f'Malta. L-ILLUM ma ssib l-ebda referenza għall-istess mediċina fuq is-sit tal- Awtorità Maltija għall-Mediċina... Il-mediċina ġdida li qed tingħata bil-POYC lill-pazjenti b'livell baxx ta' tostesterone

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020