Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622
19 opinjoni illum • IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 In-nies mhux numri I l-pandemija tal-COVID-19 uriet il-fraġilita' f 'aspetti differenti. U għal- hekk ir-rispons kellu jkun immedjat u b'azzjonijiet li jitobu flessibilita'. Fil-bidu ta' din il-pandemija, pajjiżna laqa' tajjeb għas-sitwazzjoni. Ittieħdu inizjatti- vi biex in-nies milquta kienu mill-anqas possibli – dan minkejja li kull min kien milqut ifisser għalih jew għaliha tbatija personali u għall-familja. Sfortunatament is-sitwazzjoni preżenti hi aktar akuta. Dak li għamel il-Gvern fil-bidu tal-pandemija, fejn ikkontrolla bl-aħjar mod u b'miżura ta' effettivita', ma rnexxielux jagħmlu fl-aħħar xhur. Hemm diversi raġunijiet li jistgħu jiġu attribwiti għal dan: in-nuqqas ta' konsistenza min-naħa tal-Gvern, messaġġi differenti u kontra xulxin bejn il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, il-mantra ta' Rob- ert Abela li l-mewġ qiegħed biss fil-baħar u gawdu s-sajf, l-iskumdita' ta' Chris Fearne li jiddefendi l-azzjonijiet ta' Robert Abela, kważi l-eliminazzjoni tal-effetti tal-COVID fuq is-saħħa tan-nies minn fuq l-aġenda tal-Prim Ministru. Pajjiżna ma jistax ikollu l-parti ta' Robert Abela u l-parti tal-gvern ta' Chris Fearne. B'din il-qasma qed ibatu n-nies. Fejn qabel kien ikun xokk li n-nies milquta kienu jkunu aktar minn 9, illum qegħdin f 'sitwazzjoni fejn in-nies milquta mill-virus qed jaqbżu l-mija b'mod rego- lari. Li persuna waħda tintlaqat jew titlef ħajjitha hi diġa ħafna. Evidenti li l-Gvern għażel l-istrateġija favur l-ekonomija fuq is-saħħa. Il-miżuri finanzjarji huma es- senzjali, li l-Gvern jinċentiva l-ekonomija hu importanti imma dan m'għandux ikun għad-detriment tas-saħħa tan-nies. Il-feel good factor manipulattiv u sfurzat għandu konsegwenzi negattivi. L-appelli li qed isi- ru lill-Gvern minn professjonisti differenti fil-qasam tas-saħħa għandhom jingħataw widen mill-Gvern. Hemm oħrajn oħra ta' responsabbilita' fejn il-Ministri huma kompletament assenti. Il-Gvern jeħtieġ li jirrispondi għad- diffikultajiet soċjali. Jeħtieġ li l-Gvern jirrispondi għall- problemi soċjali li l-pandemija diġa kkawżat. Il-COVID ilu magħna minn Marzu – aktar minn tmien xhur. Nitkellem ma' nies li għaddejjin minn diffikultajiet soċjali kbar. Imma mhux biss jirrispondi għall-problemi diġa eżistenti, il-Gvern irid ikun pro-attiv. Irid jantiċipa dak li ġej. Pajjiżna investa ħafna fl-edukazzjoni, u għandna akkademiċi u policy makers li jistgħu jgħinu fit-tfassil ta' inizjattivi soċjali u l-implimentazzjoni tagħhom li qed issiru urġenti. Jeħtieġ li jingħataw l-ispazju fejn jikkontribwixxu. B'dispjaċir ninnota li għandna Ministru u Gvern assenti f 'dan il-qasam. L-istess jgħodd għall-qasam tal-anzjani. L-uniku ħoss li jagħmel is-Segretarju Parlamentari għall-anzjani hu meta għal meta jiżgarra. 'Il bqija l-ebda inizjattiva li tieħu ħsieb lill-anzjani u lill-vulnerabbli. Kont bqajt ixxukjata bl-insensittivita' ta' Silvio Parnis meta kien intervistat minn Saviour Balzan waqt il-programm Xtra, meta biex jiddefendi lilu nnifsu u lil Robert Abela qal li f 'dar tal- anzjani partikolari, kien hemm aktar anzjani li mietu s-sena li għaddiet milli mietu din is-sena minħabba l-COVID. Insensittivita' totali lejn l-anzjani li taw saħħithom. Insensittivita' lejn il-qraba li ġarrbu telfa fil- familja. L-uniku difiża li kien kapaċi jagħmel Silvio Parnis kienet li jgħid "Jien m'għandix kontroll fuq l-imwiet tan-nies" u li jqassam ir-roly-poly. Is-saħħa u l-kwalita' tal-ħajja tal-anzjani tagħna għandhom valur ħafna akbar mir-roly-poly li bgħatt Silvio Parnis. Aspett ieħor li l-Gvern jeħtieġ li jindirizza hu l-qasam tas-saħħa mentali. Pandemija mhux biss ikollha effett ekonomiċi, finanzjarji, soċjali u ta' saħħa fiżika imma għandha impatt ukoll fuq is-saħħa mentali. L-NGOs u l-organizazzjonijiet li joffru servizzi ta' saħħa mentali għandhom jiġu mwieżna aktar. Il-vojt li qed iħalli l-Gvern f 'dan il-qasam qed jimlewh dawn l-organizazzjonijiet li qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar. Il-Gvern għandu jkun pro-attiv u sensittiv f 'dak li jagħmel. In-nuqqas ta' sensittivita' tidher anki meta jħabbar li mietet persuna minħabba l-COVID. Il-Gvern għandu stqarrija li jbiddel fiha l-eta' u n-numru tal-imwiet, jgħid li l-persuna kellha problemi oħra tas-saħħa u jappella għall-ħasil tal-idejn, il- maksra u d-distanza soċjali fl-istess stqarrija. Gvern li qed jara n-nies numri u xejn aktar. Dawn l-istqarrijiet huma espressjoni mill- akbar ċara tal-insensittivita' tal-Gvern. Il- linġwaġġ jirrifletti l-attitudni tal-Gvern lejn is-saħħa tan-nies u l-vulnerabbli. Fr Lino Din il-ġimgħa nħsadna bil-mewt ta' Fr Lino Cardona. Ħafna kellhom ix-xorti li kienu jafuh, jew minħabba li kien jgħallihom fil-Kulleġġ San Alwiġi fejn kont tarah mhux biss fil-klassi imma jitħallat mal-istudenti f 'kull parti tal-kulleġġ, jew kienu jafuh mid- Dar tal-Providenza jew inkella għaliex ħabtu l-bieb tiegħu u sabu ġiżwita jilqagħhom b'idejh miuħa, b'wiċċ ruxxan u bi tbissima radjanti. Hekk nafuh lil Fr Lino. Hekk nibqa' niakru lil Fr Lino. Kien persuna li tieħu pjaċir tiltaqa' u titkellem miegħu. Persuna li jurik l-emozzjonijiet tiegħu waqt li jitrażmetti l-valuri li kien jemmen u jaħdem għalihom fosthom id-dinjita' tal- bniedem u l-ġid komuni. Bara kont inkellmu f 'okazzjonijiet differenti, bħal donnu, mingħajr ma kienet tkun imniżżla fl-ebda djarju, kellna appuntament regolari kull sena, kważi fl-istess post u fl-istess ħin. Fil-festa ta' Santa Liena konna niltaqgħu fi Triq il-Kbira waqt li l-vara kienet tkun għaddejja minn din t-triq. Ma kien jonqos qatt milli jsemmili d-demm Karkariż tal-familja tiegħi. Kien wild Karkariż, li jaf lin-nies u li n-nies tafu u tħobbu. Persuna li tintlaqat jew tmut bil-COVID mhix numru, imma hi persuna tad-demm u l-laħam li nafuha, ngħożżuha, inġarrbu t-telfa u nħossu għaliha. Insellimlek Fr Lino. Roberta Metsola hija l-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew Roberta Metsola Pajjiżna investa ħafna fl-edukazzjoni, u għandna akkademiċi u policy makers li jistgħu jgħinu fit-tfassil ta' inizjattivi soċjali u l-implimentazzjoni tagħhom li qed issiru urġenti