Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622
26 oroskopju IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 • illum L-Oroskopju taħt iż-żodjaku ta' Scorpio Mill-Ħadd 1 ta' Novembru sas-Sibt 7 ta' Novembru Il-Qamar kwinta ta' darba kull 19-il sena Okkażjoni rari li tinzerta għaż-żodjaku ta' Scorpio li toffrilhom aktar opportunità għaliex darba kull 19-il sena, flok ikona ta' tnax-il qamar kwinta din is-sena ser ikollna 13-il qamar kwinta. Dan ser jerġa' jseħħ fis-snin 2039, 2058 u 2077. Din l-okkażjoni ser tkun opprotunità sabiex iż-żodjaku ta' Scorpio, Pisces, Aries, Taurus, Cancer u Virgo jkunu mmotivati f 'dak kollu li hu għaqli għat-tkabbir u t-tisħiħ tagħhom. Żgur li għandek taħtaf l-opportunità. Għaż-żodjaki l-oħra joffru aspettattiva pożittiva li tgħinhom ikomplu jissaħħu f 'dak li jkun imwettaq fil- ġimgħat li ġejjin iżda ovjament iridu jagħrfu jkunu aktar iffokati sabiex jakkwistaw dak li jkun meħtieġ. Dan il-qamar kwinta ser ikun differenti wkoll kemm mid- daqs u anke mill-kulur. Il-kulur ser ikun aktar kaħlani u ser ikun iżgħar mill-qmura kwinta li naraw is-soltu. Għal aktar informazzjoni personali dwar kif dan il-qamar kwinta jista' jkun ta' benefiċċju għalik, tista' tibgħat messaġġ b'ismek u d-data tat-twelid fuq 79495804 Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.pauljon13.com. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Aquarius ser jgħinek tanalizza iżjed li kollox għandu ż-żmien u l-ħin tiegħu. Għalkemm timxi dwar dak il-ħsieb bss jista' jkun li wasal iż-żmien li tibdel fehmtek dwar din il-pożizzjoni. Agħraf iżjed kun aktar paċenzjuż sabiex tkattar lilek innifsek aħjar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż- żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Leo. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 1, 3, 5 u 7. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Pisces ser ikun ifisser aktar impenn fir- responsabbiltà li issa qed tikber madwarek, trid turi kemm int persuna responsabbli u min naħa oħra trid tagħraf ittejjeb il-madwar tiegħek sabiex tagħraf aħjar il-ġejjieni li riesaq lejk. Wettaq b'galbu sabiex tissaħħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Dati ideali għalik għal din il- ġimgħa huma: 2, 4, 5 u 6. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Aries ser ikun ifisser impenn fil-karriera sabiex tagħti spinta biex ittejjeb dak li hemm madwarek u sabiex twessa' dak li għandek fil-preżent. Dan kollu trid tagħraf tagħmlu b'għaqal u galbu sabiex tkompli tissaħħaħ u tkattar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Virgo. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 1, 2, 4 u 5. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Taurus ser ikun ifisser impenn u preparazzjoni intensiva f 'dak li għandek riesaq lejk sabiex tkun tista' ttejjeb aktar ħiltek. Persuna li se toffrilek opportunità, ħu l-parir sew qabel tiddeċiedi. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Capricorn. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 2, 4, 5 u 6. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Gemini ser ikun ifisser impenn għall- karriera li bħalissa għandha bżonn aktar attenzjoni. Għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn sitwazzjoni diffiċli dan għandu jgħinek tagħraf fejn verament tixtieq tasal. Kun imħejji sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aquarius. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 3, 4, 5 u 7. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Cancer ser ikun ifisser impenn għalik. Dan ser jagħtik iċ-ċans ta' dawra kompluta miegħek innifsek kemm mill-att kif tippreżeta lilek innifsek u anke mill- organizzazzjoni tal-iskeda tiegħek. Dan huwa tibdil meħtieġ li ser jagħtik direzzjoni u stabbilta. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Gemini. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 2, 4, 5 u 7. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Virgo tħossok persuna aktar iddixxiplinata. Din l-esperjeza se tagħtik nifs ġdid u bis- saħħa ta' dan ser tlaqqgħek ma' bosta opportunitajiet ġodda bi probabbiltà ta' proġetti ġodda wkoll. Biss int trid tagħraf tkun imħejji sew għal dak kollu li riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa Sagittarius. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 2, 4, 5 u 7. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Libra ser iwasslek sabiex tagħraf iżżomm il-madwar tiegħek kalm sabiex ma twettaq l-ebda azzjoni żbaljata. Tgħallem mill- esperjenzi tal-passat ħalli ma terġax tirrepeti dan u hekk tkun tista' tħares aktar b'ottimiżmu u kifidenza 'l quddiem. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Taurus. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 1, 3, 6 u 7. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Sagittarius ser ikun mument ferm importanti fejn trid toħroġ bil-kapaċitajiet kollha tiegħek u twettaq dak kollu li hemm ippjaat. Għalkemm uħud minn ta' madwarek mhumiex jaraw li dan ser jirnexxilek ibqa' għaddej għax wara żfgur li se tħalli lil kulħadd sorpriż. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Cancer. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 2, 4, 5 u 7. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Scorpio stess huwa mument fejn int tħosss li l-pożizzjoni finanzjarja ta' madwarek sejra mhux kif kinen maħsub. Dan qiegħed joħloq ċertu pressjoni madwarek. Iżda jekk minn issa se tagħraf tagħmel pjan finanzjarju dan ikun utli għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż- żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aries. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 1, 2, 5 u 6. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Capricorn ser jagħmlek aktar iddur fil- fond ta' madwarek f 'dawn il-jiem li ġejjin int għandek tosserva aktar sabiex tkun tista' tanalizza dak kollu li jkun għaddej madwarek u b'hekk tkun tista' tieħu deċiżjoni ideali għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Tliet Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Libra. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 1, 3, 5 u 7. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Leo ser iġiegħlek taħseb li wasal iż- żmien li tibdel l-istil ta' madwarek. Ipprova twebbisx rasek għal dan it-tibdil bżonjuż kemm għal dak li ġej għalik u anke biex tagħraf aktar. Agħraf biss li ma din il-bidla tkun iffokat. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż- żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Pisces. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 1, 3, 5 u 6. Namaste