Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 • illum 'Għerf għax tbigħ il-passaporti? settur ġdid li jġib pagi tajba' YENDRICK CIOFFI Nhar it-Tnejn li għadda, il-Kap tal- Oppożizzjoni għamel it-tweġiba tiegħu għall-Baġit li ressaq il-Gvern. Iddeskrivih bħala Baġit "tar-realtà virtwali" għax insista li maqtugħ mir-realtà. Akkuża lill- Gvern li kabbar l-ekonomija permezz ta' dawk li sejħilhom "steriods ekonomiċi" u ppreżenta l-viżjoni soċjo-ekonomika tal- Partit Nazzjonalista. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-Shadow Minister għall-Ekonomija Claudio Grech. Bdiet tistaqsih dwar il-kritika li qed tagħmel l-Oppożizzjoni li l-Gvern mhu qed jipprovdi l-ebda pjan ekonomiku fit-tul. Imma s-sidien tan-negozji li jinsabu f 'xifer ta' falliment għaliex għandhom jinketaw dwar pjan għall-futur? Mhux miżuri li jistgħu jgħinuhom issa jridu? Claudio Grech beda jispjega kif ħafna mill-miżuri mħabbra fil-Baġit qatt ma tista' tgħidilhom ħżiena għax huma kontinwazzjoni ta' miżuri li jissemmew kull sena bħal pereżempju ż-żidiet fil-pensjonijiet. Madanakollu saħaq li l-Baġit, filwaqt li jara fejn il-pajjiż qiegħed illum, irid jippreżenta viżjoni għall-ekonomija għax mill-ekonomija se tiġġenera l-ġid, mill-ġid se tiġbor it-taxxi u mit-taxxi se tkun tista' tqassam. Għalhekk, fi kliemu, il-Baġit irid ifisser il-prijoritajiet tiegħu għan-nefqa. "Jekk tħares lejn dan kollu, tirrealizza li l-Baġit li ppreżenta l-Gvern lanqas iħares lejn sena sħiħa iżda għall-fini tal-għajnuna marbuta mal-Covid-19, jieqaf sa Marzu," insista Grech. Fil-fatt, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni insista li jekk wieħed iħares lejn l-estimi tal-Baġit u mhux sempliċiment lejn id-diskors, fejn tidħol għajnuna diretta kontra l-effetti tal- Covid-19, hemm biss is-suppliment tal-paga (€120 miljun) u l-vouchers (€50 miljun). "Tgħidli dawn ħżiena? Żgur li le. Anke aħna ssuġġerejnihom. Imma seta' kien hemm aktar għajnuna lill-industrija u lill-ekonomija biex toħroġ mis-sitwazzjoni li tinsab fiha. Mill-Baġit sħiħ, l-għajnuna diretta kontra l-Covid-19 hija ta' €170 miljun," insista Grech. "La fid-diskors u mkien ma hemm l-ebda indikazzjoni kif l-ekonomija se titrasforma ruħha." 'Mur staqsi lil min qed jikri x'inhuma €5' Kien hawn li rrefera għad-diskors ta' Bernard Grech u insista li l-Kap Nazzjonalista kellu raġun jgħid li fl-aħħar snin l-ekonomija kienet mibnija fuq "steroids" ekonomiċi. Fost dawn semma l-bejgħ tal-passaporti. "Ara fiex ġabna. Il-mument li dak se jintlaqat, id-dħul minnu se jieqaf. Dan ġie bi prezz ogħli," saħaq Grech. Kompla jisħaq li Gvern Laburista bena ekonomija fuq il-konsum sfrenat, fejn żied bl-addoċċ il-popolazzjoni tal-pajjiż. Insista li dan anke jekk żied il-konsum, ħoloq pressjoni kbira fejn jidħlu l-kirjiet u anke l-pagi tal- ħaddiema li baqgħu baxxi. "Mhux imbilli mmur ngħid lill-anzjani li żidthom €5 fil-ġimgħa. Mur staqsi lil min qed jikri u staqsih x'inhuma dawn il-€5," insista Grech. Kompla jispjega li l-Gvern bena ekonomija wkoll fuq "l-iżvilupp sfrenat" anke biex ikun jista' jissodisfa ż-żieda fil-popolazzjoni. "Anke dan l-iżvilupp ġie bi prezz. Għalhekk il-Kap saħaq li l-qofol tal-mudell soċjo- ekonomiku tagħna huwa l-ambjent naturali. Din hija l-bidla radikali li qed nippreżentaw aħna. Ma tistax tkun pajjiż attreanti biex iġġib l-aqwa talent biex jinvesti, jaħdem u jistudja f 'Malta, jekk inti l-ambjent naturali tiegħek sejjer mill-ħażin għall-agħar. Jekk kull fejn iddawwar wiċċek qed tara żvilupp bla rażan. Għalhekk trid viżjoni," insista Grech. 'B'40 siegħa xogħol għandek tlaħħaq sal-aħħar tax-xahar' Kien hawn li saħaq li mhuwiex minnu li l-Partit Nazzjonalista ma sab xejn tajjeb fil-Baġit. Appella biex in-nies ma jkunux ittrattati b'mentalità ta' 30 sena ilu, fejn jekk il-Gvern iraħħas il-landa tat-tonn taż-żejt, in- nies iċapċpulu għax dik viżjoni kbira. Hawn fakkar f 'dak li qal il-Kap tal- Oppożizzjoni fejn insista li jrid jara Patt Soċjali ġdid, fejn fost oħrajn ikun introdott il-kunċett tal-Living Income biex kulħadd ikollu dħul biżżejjed biex jgħix ħajja diċenti. "Il-bniedem mhux kemm tagħtih impjieg u mbagħad biex ikampa sal-aħħar tax-xahar irid jagħmel żewġ xogħlijiet. Jiena nistenna li l-ħaddiem bl-inqas paga, b'40 siegħa xogħol, xorta jkun kapaċi jgħaddi sal-aħħar tax- xahar," insista Grech. Propju għalhekk li s-Shadow Minister insista li dan il-Baġit ma kienx viżjonarju. 'Bl-għajnuna mogħtija n-negozji mhux se jkampaw' Iżda l-ILLUM twaqqfu u tistaqsih: "Lis-sid tal-ħanut fi Strada Rjali li ma jistax ilaħħaq mal-kera, se tmur tkellmu fuq il-viżjoni? Mhux l-aqwa li b'dak li tah il-Gvern se jirnexxielu jkampa?" "Il-premessa hija ħażina għax mhux se jkampa," wieġeb minnufih Grech. Beda bis- suppliment tal-paga u saħaq li hu infurmat li dan mhux se jkun l-istess għal kulħadd u se jkun hemm tnaqqis sostanzjali ħlief għal ċertu setturi. "Jekk il-Gvern jaħseb li s-suppliment tal- paga se jsalva lil min iħaddem, kompletament huwa maqtugħ mir-realtà," saħaq Grech. Fakkar li d-dħul ta' wħud min-negozji naqas bejn 70% u 90%. Fosthom għalhekk li fost il-proposti li ressaq il-Partit Nazzjonalista kien hemm dik dwar il-kirjiet. "Tkellem ma' min għandu negozju f 'żoni popolari u tara kif l-għajnuna li qed tingħata mhijiex biżżejjed biex dawn ikampaw. Id- dħul naqas u l-ispejjeż baqgħu l-istess. Min kellu kirja sostanzjali, fis-suq tal-proprjetà kif ġabu l-Gvern, mhux se jkampa," insista Grech. Spjega li l-Gvern qatt ma jista' jmur fuq sid ta' kera u jgħidlu biex inaqqas il-kera bin- nofs iżda jrid jinċentivah biex jagħmel dan. Għalhekk il-PN qed jipproponi kreditu tat- taxxa fuq it-traħħis tal-prezz tal-kera. "Hekk sid tal-kera jkun inċentivat għax jaf li jista' jieħu benefiċċju ta' taxxa u fl-istess ħin l-inkwilin qed tonqoslu l-kera. X'differenza tonqoslok il-kera bin-nofs milli tonqoslok biss b'xi €200 fix-xahar," insista Grech. Akkuża wkoll lill-Gvern li ma inċentivax impjiegi ġodda. Iżda l-ILLUM staqsietu kif tista' taħseb fuq impjiegi ġodda meta qed nipprovaw ma nitilfux dawk li għandna? Grech insista li lin-negozjanti trid tinċentivahom. Fakkar fil-proposta li għamel il-PN biex persuni self-employed, jimpjegaw imqar persuna waħda magħhom u l-Gvern jgħinhom jagħmlu dan. 'Gvern mifni bi spejjeż li mhux jagħtuh valur ... ibda mill-positions-of trust' Semma proposti oħra li għamel il-PN biex jinċentiva negozjanti jagħmlu investiment anke fi żmien meta x-xogħol huwa batut, fosthom biex iħejji lilu nnifsu għal realtajiet ġodda, pereżempju fl-isfond diġitali ta' kif joperaw, jew jagħmlu manutenzjoni tan- negozju tagħhom. "Ma rridux li nitilquh dan il-perjodu. Iridu ninċentivaw lin-negozjant biex jinvesti. Naraw kif se ngħinuhom jagħmlu miżuri ta' energy-saving biex meta jibdew joperaw mill- ġdid ikunu aktar effiċjenti," kompla jispjega Grech. "Għal darb'oħra l-Gvern baħħ. Waqaf sas-suppliment tal-paga. Issa min jaħseb li sa Marzu din il-problema tkun għaddiet, huwa maqtugħ mir-realtà." Kien hawn li Grech insista li dan kollu huwa frott Gvern mifni bi spejjeż li minnhom mhu qed jieħu l-ebda valur. "Għandek mijiet ta' positions-of-trust. Jekk tikkalkula li hemm 1,000 persuna u kollha għandhom medja ta' €30,000 fis-sena, qed titkellem fuq €30 miljun," insista Grech. 'Jien staqsejt lil Silvio Schembri u baqa' ma weġibx' Il-Kap Nazzjonalista tkellem ukoll dwar id- defiċit ta' €1.2 biljun li l-Gvern qed ibassar li se jagħmel din is-sena u defiċit ieħor ta' €750 miljun għas-sena d-dieħla. L-ILLUM tfakkar lil Grech li meta tpoġġi kollox f 'perspettiva, ħdejn pajjiżi oħra, id-defiċit ta' Malta mhux se jkun straordinarju u se jħalli lok fejn il-Gvern ikun jista' jimmanuvra. Grech beda jisħaq li anke jekk pajjiżi oħra għandhom aktar dejn minn Malta, fl-aħħar mill-aħħar, tagħna aħna rridu nħallsuh. Insista li l-pajjiż irid kemm jista' jkun jibbilanċja d-dħul u l-ħruġ tiegħu u jipprova L-ekonomija u l-Covid-19. Il-Baġit. Ir-rapport tal-Moneyval. Il-Patt Soċjali ġdid u l-viżjoni soċjo-ekonomika tal-PN. Iwieġeb is-Shadow Minister għall-Ekonomija Claudio Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020