Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622
06 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Ma jridx iħallina bi kwietna iżda x'qed nagħmlu aħna biex Hekk kif il-virus tal-Covid-19 qed jiġri ġirja tajba madwar l-Ewropa kollha, il-gazzetta ILLUM b'ħarsa lejn il-miżuri restrittivi li qed jiġu imposti f'uħud mill-pajjiżi Ewropej l-aktar milquta mill-imxija YENDRICK CIOFFI Ma jridx iħallina bi kwietna u mhux f 'Malta biss. Għalkemm għal it ġimgħat l-Ewropa ħadet it tan-nifs mill-Covid-19 u almenu xi it jew wisq is-sajf seta' jitgawda, malli rħejna it (forsi żżejjed) iċ-ċinturin, il- virus malajr reġa' għolla rasu u reġa' sabbat diversi pajjiżi oħra mal-art. Fil-fatt, skont l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, il-każi ġodda li qed ikunu mħabbra kuljum fl- Ewropa, irdupjaw fl-aħħar jiem. Mill-ġimgħa li għaddiet Malta bdiet tinforza sett ġdid ta' restrizzjonijiet kontra l-Covid-19, iżda diversi huma dawk, inkluż it-tobba li qed jinsistu li dawn mhumiex biżżejjed u li jekk mhux se jittieħdu miżuri aktar b'saħħithom, il-virus se jibqa' jinxtered, is-servizz tas-saħħa mhux se jkampa u l-Milied nistgħu ngħidulu ċaw ċaw. F'dan l-artiklu, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tħares lejn uħud mill-pajjiżi Ewropej, partikolarment dawk l-aktar viċin tagħna (mhux biss ġeografikament imma anke ekonomikament għax niddependu minnhom ukoll, speċjalment fejn jidħol it- turiżmu) u l-miżuri restrittivi li daħħlu fis-seħħ fl-aħħar jiem biex jipprovaw jikkontrollaw l-imxija. Kważi lockdown parzjali fl-Italja Bħal-lum ġimgħa, il-Gvern Taljan ħabbar sett ta' miżuri ġodda li huma l-aktar miżuri stretti li kellu jimponi minn meta f 'Mejju li għadda ġie fi tmiemu l-lockdown totali li kellu jim- poni fuq l-Italja kollha għal diversi ġimgħat. Ma ttihomx tort. L-Italja sofriet fuq li sofriet b'dan l-imbierek Covid-19. Fl-ewwel xhur tas-sena, il-virus ġab lit-Taljani darhom mal-ħajt u ħafna minnhom spiċċaw stola u salib. Għadu frisk f 'moħħ kulħadd dak il-filmat tat-trakkijiet militari, wieħed wara l-ieħor, iġorru l-katavri ta' eluf ta' per- suni li mietu bil-Covid-19. Mhux se jerġgħu jieħdu riskju. Għalhekk, il-Prim Ministru Giuseppe Conte ħabbar li b'effett immedjat, il-bars u r-ristoranti kollha jridu jagħlqu mas- 6pm. Nhar ta' Ħadd jew fil-festi jistgħu jibqgħu miftuħa. Fir-ristoranti u anke l-bars u fi stabbilimenti oħra fejn jiġi servut l-ikel ma jistax ikun hemm aktar minn erba' persuna bilqiegħda madwar mejda. Apparti minn hekk, wara s-6pm, ħadd ma jista' jġib l-ikel u jintefa' jiekol fil- pjazez, fit-toroq jew inkella f 'postijiet oħra pubbliċi. Għalissa, l-iskejjel u anke l-postijiet tax-xogħol se jibqgħu miftuħa imma l-gyms, il-pixxini, it-teatri u anke s-swa- li taċ-ċinema ngħalqu kompletament. Conte appella wkoll lit-Taljani biex ma jivjaġġawx minn post għall-ieħor jekk mhux għal raġunijiet neċessar- ji bħas-saħħa, l-istudju jew inkella għax-xogħol. Apparti minn hekk, Conte ħabbar li ħafna ħaddiema fid-Dipartimenti tal- Gvern se jkunu qed jaħdmu mid-dar filwaqt li ħeġġeġ kumpaniji privati biex jagħmlu l-istess. Ħeġġeġ ukoll lit-Taljani biex għalissa jevitaw li jistiednu n-nies id-dar. Dawn il-miżuri se jibqgħu fis-seħħ sal-24 ta' Novembru li ġej, b'Conte jin- sisti li jekk l-Italja jirnexxielha tikkon- trolla l-imxija issa, jkollha Milied aktar seren. Il-Prim Ministru Taljan insista aktar minn darba li huwa kontra lockdown totali waqt li saħaq li hemm bżonn jinħoloq bilanċ bejn il-ħarsien tas- saħħa u l-ekonomija. 'Vaċċin qabel il-vaċċin' Anke l-Prim Ministru Grieg, Kyriakos Mitsotakis, ħabbar aktar miżuri restrittivi għall-Greċja, fejn fost oħrajn, il-Gvern impona curfew bejn in-00:30 u l-5:00 f 'dawk iż-żoni l-aktar milquta mill- imxija. Apparti minn hekk l-użu tal-maskra sar obbligatorju kullimkien fil-postijiet pubbliċi. "Il-maskra trid tintlibes dejjem anke inti u dieħel f 'kafetterija jew ristorant. Tneħħiha biss meta tpoġġi bilqiegħda," spjega l-Prim Ministru. Fi kliemu, dawn il-miżuri u oħrajn huma "l-vaċċin qabel il-vaċċin." Fil-fatt dan huwa l-appell li qed jagħmlu l-mexxejja kollha Ewropej inkluż l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin.