Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 analiżi illum • IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 Kardinal bi dritt tal-vot f'Konklavi Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, Mario Grech huwa wieħed mill-Kardinali Djakni. Għaliex Kardinal jilbes l-aħmar? Għaliex jingħata ċurkett? Il-Kardinali, jintgħarfu mill-Isqfijiet, għax il-karlotta, it-terħa, it-tberfila, il-buttuni tas- suttana, il-muzzetta u l-berettin ikunu ħomor. L-aħmar jissimbolizza d-dispożizzjoni tal- Kardinal li jekk hemm bżonn ikun lest iċarċar demmu għall-fidi. Waqt il-konċistorju, il-Kardinal jitlibbes ukoll ċurkett li jkun hemm imnaqqxa fuqu il-figuri ta' San Pietru u San Pawl, li jirrappreżentaw il-fidi u l-vokazzjoni missjunarja tal-Knisja. Fin-nofs ikun hemm stilla bi tmien ponot li tirrappreżenta l-Madonna. Fuq iċ-ċrukett ikun hemm imnaqqax ukoll l-iskem tal-Papa u anke d-data tal-Konċistorju. Malta jista' jkollha Kardinal ieħor? Mhuwiex xi sigriet, li l-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna wkoll kien imsemmi ħafna biex isir Kardinal, anke minħabba rwoli importanti li huwa għandu fil-Vatikan u anke għax il-Papa Franġisku fdah b'missjonijiet importanti. Fost oħrajn, il-Papa Franġisku kien bagħtu fiċ-Ċilí biex jinvestiga każijiet ta' abbuż sesswali fuq minuri minn membri tal-kleru, każ li heżżeż lill-Knisja f 'dan il-pajjiż, tant li wara l-ewwel żjara li għamel l-Arċisqof Scicluna, 34 Isqof Ċilen irriżenjaw kollha f 'salt. Ir-rapport tal-Arċisqof Scicluna kien saħansitra wassal lill-Papa Franġisku biex jammetti li żbajla fil-konfront tal-Poplu Ċilen u stieden lill-vittmi tal-iskandlu biex imorru Ruma ħalli jitlobhom maħfra, għax fi kliemu, kien għamel analiżi żbaljata ta' dawn l-allegazzjonijiet. Lura fl-2015, il-Papa Franġisku kien ħatar lill-Arċisqof Scicluna bħala President ta' Kulleġġ speċjali fi ħdan il-Vatikan li se jkun qed imexxi l-appelli dwar l-offiżi serji mir- reliġjużi. Il-Kulleġġ immexxi mill-Arċisqof huwa magħmul minn erba' Kardinali u żewġ Isqfijiet. L-istess Kulleġġ huwa parti mill- Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, li l-Arċisqof Scicluna ħadem fiha għal diversi snin qabel ma kien maħtur bħala Isqof Awżiljarju ta' Malta, fl-2012. Għalkemm inkunu qed naraw kbir jekk nippretendu li jkollna Kardinal ieħor, ma hemm xejn xi jżomm lill-Papa Franġisku milli jaħtar Kardinal ieħor Malti. Ma hemm l-ebda kwota fuq kemm djoċesi jista' jkollha Kardinali u din tibqa' prerogattiva tal-Papa Franġisku li sar iħabbar il-Kardinali qabel ma javża lilhom. Għalhekk, minkejja li Malta diġà għandha Kardinal, xejn ma jżomm lill-Papa jekk jiddeċiedi li jaħtar Kardinal ieħor Malti. Kollox jiddependi fuq kemm il-Papa lest jagħti żewġ voti f 'konklavi lill-Knisja ta' Malta. Kif rajna aktar 'il fuq, Franġisku xejn ma żamm mat-tradizzjonijiet fejn jidħlu dawn il-ħatriet. Il-Kardinali Maltin qabel Mario Grech Fabrizio Sceberras Testaferrata: L-ewwel Kardinal Malti kien Fabrizio Sceberras Testaferrata li twieled il-Belt Valletta fl- 1757. Huwa kien l-uniku Kardinal Malti għal kważi 200 sena qabel Prospero Grech. Kien Gvernatur u Delegat Appostoliku fl- Italja, ġewwa Narni, Città di Castello, Fano, Tolentino u Macerata. Qaddes il-1802 u fl- istess sena nhar l-20 ta' Settembru, 1802, ġie appuntat Arċisqof Titulari ta' Berito. Inħatar Nunzju tal-Iżvizzera fl-20 ta' Settembru, 1803 u segretarju għall-Kongregazzjoni tal- Isqfijiet u Regulari fil-1815. Inħatar Kardinal mill-Papa Papa Piju VII, nhar it-8 ta' Marzu, 1816. Il-Kardinal Sciberras kellu sehem fi tliet Konklavi. Fl-ewwel ġie magħżul Annibale della Grengo li ħa l-isem ta' Ljun XII, fit-tieni Francesco Saverio Castiglioni li ħa l-isem ta' Piju VIII u fit-tielet ġie magħżul Mauro Alberto Cappellaci li ħa l-isem ta' Gregorju XVI. Il-Kardinal Sceberras Testaferrata miet fit-3 ta' Awwissu 1843 fl-eta ta' 86 sena u ndifen fil-Katidral ta' Senigallia. Prospero Grech: Patri Prospero, twieled il-Birgu nhar l-24 ta' Diċembru 1925. Fl- 1943 inagħqad mal-Ordni Agostinjan. Fl- 1946 intbagħat Ruma fejn kompla l-istudju tat-teoloġija sakemm ġie ordnat saċerdot fil-Bażilika tal-Lateran. Huwa kompla jistudja t-teoloġija fl-Università Pontifiċja Gregorjana fejn kiseb id-dottorat. Fl-1952 intbagħat Malta fejn kien jgħallem fil-Kulleġġ Teoloġiku Agostinjan u fil-Mater Admirabilis Training College, ir-Rabat u fl-1957 ingħata Scholarship fl-univeristà ta' Oxford. Lura Ruma fl-1961, apparti li kompla jistudja u anke jgħallem f 'diversi universitajiet, kien nominat segretarju tal-Vigarju tal-Papa għall-belt tal-Vatikan. Fil-bidu tas-snin sebgħin kien ko-fundatur tal-Istitut patristiku Augustinianianum. Fl-1984 kien nominat Konsultur tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, fl-1998 Visitatur Appostoliku għas- seminarji fl-India, bejn l-2002 u l-2003 membru tal-Kummissjoni ekumenika għal diskussjonijiet mal-Ortodossi f 'Sofia, fl-2003 membru tal-Akkademja Pontifiċja Teoloġika u fl-2004 membru tal-Kummissjoni Pontifiċja Bibblika. Fis-6 ta' Jannar 2012, Il- Papa Benedittu XVI ħatru Kardinal. Huwa kien ikkonsagrat isqof fit-8 ta' Frar 2012 fil-Konkatidral ta' San Ġwann. Għalkemm kellu aktar minn 80 sena u ma setax jivvota fil-Konklavi, il-Kardinal Grech mexxa l-meditazzjoni fil-bidu tal-konklavi li eleġġa lill-Papa Franġisku fl-2013. Il-Kardinal Grech miet fit-30 ta' Diċembru 2019, fl-eta ta' 94 sena. Il-Kardinal Mario Grech Mario Grech twieled u tgħammed fil-Parroċċa tal-Qala nhar l-20 ta' Frar 1957. Fl- 1977 beda l-kors tal-Filosofija u iktar tard dak tat-Teoloġija fis-Seminarju Maġġuri ta' Għawdex. Wara l-Ordinazzjoni tiegħu, nhar is-26 ta' Mejju 1984, ntbagħat Ruma fejn kiseb il-Liċenzja fil-Liġi Kanonika u Ċivili fl-Università Pontifiċja tal-Lateran. Kiseb ukoll id-Dottorat fil-Liġi Kanonika mill-Università Pontifiċja ta' San Tumas ta' Aquino. Fiż-żmien li dam Ruma, barra mill-ħidma pastorali li wettaq f 'parroċċa, Dun Mario ħadem fit-Tribunali tal-Knisja f 'Ruma, kemm fil-Vigarjat u kemm fis-Sacra Romana Rota. Lura Għawdex, fl-1993, inħatar Vigarju Ġudizzjali għat-Tribunal Ekkleżjastiku ta' Għawdex, u fl-istess waqt Imħallef fit-Tribunal tal-Knisja f 'Malta. Fl-2004, sar Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor f 'Ta' Kerċem, Għawdex. Nhar is-Sibt 26 ta' Novembru 2005, ġie nnominat mill-Papa Benedittu XVI bħala t-tmien Isqof tad-Djoċesi ta' Għawdex u dan sakemm f 'Settembru 2019 il-Papa Franġisku ħatru biex ftit tax-xhur sar uffiċjalment is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Bħala Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet l-irwol tal-Kardinal Mario Grech hu li jkun ta' Kap ta' dan id-Dekasteru importanti f 'isem il-Papa, li huwa l-President. Is-Segretarju Ġenerali imexxi l-laqgħat fl-assenza tal-Papa, u jikteb l-atti tagħha; jinnomina l-uffiċjali tas-Segreterija, li jiddependu minnu u jikkomunika lill-Papa dak kollu li għandu x'jaqsam mal-attività tas-Segreterija. Hu għandu rwol importanti fil-fażi preparatorja tal-Assemblea tas-Sinodu, waqt is-Sinodu nnifsu u anke wara. Is-Sinodu hija assemblea ta' Isqfijiet, minn madwar id-dinja kollha. Is-Sinodu jkun imsejjaħ mill-Papa u matulu jiġu diskussi temi varji għall-ħidma tal-Knisja. Anke t-tema tkun magħżula mill-Papa nnifsu. L-istemma kardinalizja ta' Mario Grech hija l-istess waħda li kellu bħala Isqof ta' Għawdex biż-żieda tas-salib bi tmien ponot tal-Ordni ta' San Ġwann – magħruf bħala s-Salib ta' Malta – fil-parti ta' isfel fejn hemm l-arma ta' Għawdex, kif ukoll tal- kappell aħmar bi tletin ġummiena mdendla minnu, simbolu tal-grad ta' kardinal.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020