Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314
06 analiżi IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Għaddiet sena! Imma tgħallimna Għaddiet sena minn meta nħass li dan il-pajjiż kien dieħel fl-agħar kriżi politika tiegħu. Filwaqt li folla orgoljuża u rrabjata kienet qed tgħajjat 'Viva l-Laour' fil-Ħamrun, folla daqstant irrabjata u determinata kienet qed taħbat għall-karozzi tal-Ministri, tarmilhom il- bajd u tgħajjarhom 'mafja' l-Belt ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'dawn il-jiem infakkru sena minn meta l-pajjiż inbela' minn kriżi politika kbira, li wasslet għar-riżenji ta' ħafna mill-aktar personaġġi importanti fil-Gvern ta' Joseph Muscat u eventwalment ir-riżenja ta' Muscat innifsu, sentejn biss wara li ngħata l-akbar mandat elettorali. Kollox beda bl-arrest ta' Yorgen Fenech u l-implikazzjoni tiegħu, quddiem il-Pulizija, li l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma kien ħadd ħlief Keith Schembri. Dan wassal għall-protesti fil-Belt Valletta, uħud minnhom kbar, u sabiex it-temperatura politika fil-pajjiż titla' għal livelli għoljin u perikolużi, speċjalment wara x-xeni li raw nies li qed jipprotestaw iħebbu għall- karozzi tal-Ministri, ġlied bejn id-Deputati barra l-Parlament, Deputati maqbudin fil- Parlament, issuttar tal-bajd lejn il-Ministri tal-Kabinett u tgħajjir u insulti lejn l-eks PM Joseph Muscat huwa u dieħel Kastilja. Biex tgħaxxaq, b'inizjattiva personali tagħhom mijiet ta' attivisti Laburisti rrabjati, bdew jinġabru quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, f 'ċapċip ta' appoġġ lejn Muscat u korla lejn l-għaqda Repubblika, il- PN u anke lejn il-midja in ġenerali li kienet kważi magħquda fl-appell tagħha biex Muscat iwarrab. Dawn id-dimostrazzjonijiet 'spontanji' saru kontra l-pariri tal-uffiċjali tal- partit imma xorta kienu jaħarqu daqs dawk li kienu qed isiru fl-istess ħin il-Belt Valletta tant li darba minnhom bdew jitwaddbu fliexken lejn il-ġurnalisti li kienu qed jaqdu dmirhom fil-post. Kull min isegwi jaf li Novembru u Diċembru tas-sena l-oħra kienu l-agħar xhur f 'termini politiċi f 'ħafna snin, u kieku l-affarijiet ma kkalmawx hekk kif kien hemm bidliet fit- tmun tal-Gvern u tal-Partit Laburista, kienet bdiet tinħass fost bosta li s-sitwazzjoni jaf tintilef mill-kontroll tal-awtoritajiet. F'dan l-ispazju l-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lura lejn dak li politikament tgħallimna u dak li wrewna Novembru u Diċembru tas- sena l-oħra. Fi it kliem, l-aktar punti saljenti minn dak kollu li seħħ. 1 - Is-saħħa tal-militanza politika ma tistax tkun injorata Il-kelma 'militanza' saret kelma maħmuġa u b'konnotazzjonijiet negattivi fin-narrattiva ġeneralment kapitalista, kontra trade unions li jniżżlu lin-nies fit-toroq diversi drabi jew inkella li jidhru aggressivi kontra prattiċi jew politiċi fuq kwistjonijiet differenti. Ħafna drabi l-militanza hija mpoġġija fl-istess keffa mal-vjolenza, meta dan mhuwiex awtomatikament il-każ. Ironikament il-Partit Nazzjonalista fil- Gvern kien uża din in-narrattiva diversi drabi kontra l-General Workers' Union fi protesti qliel bħalma darba kien hemm minħabba l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-Air Malta u bil-famuża kampanja 'Issa Daqshekk' kontra - fost oħrajn - l-miżuri ta' Baġit li kien għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Dak iż-żmien in-narrativa politika ta' Gvern Nazzjonalista kienet illi Tony Zarb - dak iż-żmien fit-tmun tal-GWU kien militanti, bħal numru ta' politiċi tal-Partit Laburista u allura dan kien "ħażin", "kontra l-interess nazzjonali", "ħsara għall-ekonomija" u kull azzjoni industrijali jew dimostrazzjoni ta' portata nazzjonali kienet imlaqqma "tfixkil" u/jew "tbatija żejda għall-poplu." Fil-verità l-Gvern preżenti jew ħafna minn dawk li jiddefenduh adottaw approċċ simili ħafna f 'dak li jirrigwarda dimostrazzjonijiet, protesti jew azzjonijiet industrijali. Dawn dejjem jiġu mlaqqma' bħala "tfixkil", "kontra l-interess nazzjonali", "militanza" u mill-ġdid "azzjonijiet li se jweġġgħu lill-poplu." Il-verità hija li l-militanza ta' grupp ta' nies magħqudin għal raġuni jew oħra kienet, għadha u se tibqa' ħabiba tal-oppożizzjoni u l-attivisti tagħha - li dejjem jisħqu li "għandna bżonn ninżlu fit-toroq", "inqumu mir-raqda" u ħafna iktar. Pero' hija l-għadu tal-gvern u l-attivisti tiegħu li jarawha bħala sfida għall- poter li għandu l-partit li jappoġġjaw u allura, xi drabi wkoll, il-poter li għandhom huma grazzi għal dak l-istess partit. Il-militanza tibqa' iżda għodda neċessarja u kardinali għal kull partit politiku, trade union jew għaqda li tixtieq tilħaq l-għanijiet tagħha, meta ma jkunx fadal wisq toroq oħra. Jekk wieħed jammirax jew le l-għaqda Repubblika jibqa' fatt li hi flimkien ma' għaqdiet żgħar oħrajn kienu kruċjali biex inbniet narrattiva u momentum li laħaq il-qofol tiegħu bħal dan iż-żmien sena u li laħaq l-għan tiegħu. L-għan immedjat ta' Repubblika, anke meta wieħed iħares lejn xi messaġġi jew karikaturi propogandistiċi tal-istess għaqda, kien li jneħħi lil Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi, prinċipalment, permezz ta' militanza organizzata minn settur tal-popolazzjoni li ħassu motivat li jinżel fit-toroq darba wara l-oħra, għax ħassu inġurjat mill-Gvern immexxi minn dawn it-tlieta Issa wieħed jaf, jekk ifittex, isib li l-għan ta' parti minn dik il-folla, jew ħafna minnha, ma kinitx il-governanza jew it-trasparenza per se, imma r-rabja għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u s-suspett li dan ġie ippjanat jew mandat minn nies fi Gvern li huma diġa' kienu suspettużi ħafna fih sa mill-2013. Allura kellek l-akkużi minn ħafna Laburisti u anke l-messaġġ sottili jew le mill- midja tal-PL li dawk li kienu qed jipprotestaw kienu "nazzjonalisti li jridu jwaqqgħu l-Gvern", "għajjurin għas-suċċess ta' Joseph", "iddisprati" u "negattivi li m'għandhomx xejn x'jagħmlu f 'ħajjithom." Lilhinn mill-veraċità ta' tgħajjir u akkużi bħal dawn li kienu l-ordni tal-ġurnata sena ilu, l-għan ta' Repubblika intlaħaq għax Muscat, Schembri u Mizzi kellhom jirriżenjaw. U dan sar - ironikament - permezz tal- militanza li ħafna minn dawk li kienu qed jipprotestaw probabilment kienu jikkritikaw meta kienet issir taħt Gvern Nazzjonlista. It-tisbit fuq il-borom, l-għajjat, it-tgħajjir, l-attakk fuq il-karozzi tal-ministri, il-protesti kważi kuljum fil-Belt Kapitali, tfigħ ta' bajd