Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 opinjoni illum • IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 Roberta Metsola Ir-riċerka – stimolu għall-innovazzjoni P robabbli fost l-aktar ritratti li ttieħdu din is-sena li se jibqgħu jiġu ppubblikati huma taż-żewġ infermiera li qed jingħataw il-vaċċin – l-ewwel waħda f 'Malta, Rachel Grech u l-ewwel waħda f 'Għawdex, Felici- enne Cini. Kull ritratt għandu stor- ja. Dawn ir-ritratti jixhdu s-sens qawwi ta' impenn tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, u l-importan- za li għandna nagħtu kas saħħitna u saħħet dawk għeżież għalina u ta' madwarna billi nitlaqqmu. Ir-ritratti taż-żewġ żgħażagħ huma turija tad-determinazzjoni u l-kuraġġ. Il-professjonijiet fil- qasam soċjali u tas-saħħa jirrikjedu dedikazzjoni partikolari. Jesponu lil kull min ikun qiegħed jagħtihom għal riskju, inkluż fuq saħħithom. Għalhekk l-apprezzament tagħna għandu jkun kbir mhux biss illum imma f 'kull ċirkostanza. Min iħabbat wiċċu ma' problema ta' saħħa jaf sew li jsib il-faraġ ukoll mingħand il-professjonisti li jkunu qed joffru u jagħtu l-kura. Ir-ritratti ta' Rachel u Felicienne ifakkruna mhux biss fl-eżempju u l-messaġġ biex nieħdu t-tilqima kontra l-COVID19 imma fuq kollox juruna li anki fl-aktar perjodi mdallma meta ħadd ma kien jaf x'se jkunu u kemm se jkunu kbar l-effetti tal-virus, il- professjonisti fil-qasam tas-saħħa ma fittewx il-kenn ta' darhom imma baqgħu imorru għax-xogħol u jagħtu l-kura li kienet meħtieġa. Il-kuraġġ u l-fiduċja jridu jgħelbu l-biża u t-tħassib Ippermettili naqsam miegħek tħassib dwar biżgħat li qed jinħolqu u jinxterdu dwar it- tilqima li ġiet żviluppata. Hi ironija li wara li tant preokkupazzjoni dwar l-effetti tal-COVID19, l-iżolament, l-iskumdita' li ffaċċjajna u għadna qed niffaċċjaw, il-biża, ir-riperkussjonijiet mediċi u sfortuntament imwiet, issib min jipprova joħloq dubju dwar il-bżonn tal-vaċċin u t-tilqim. L-iżvilupp tal-vaċċin hu riżultat tal-avvanz li sar fix-xjenza. Riżultat tal-iżviluppi fit-teknoloġija. Riżultat tal-investiment fir- riċerka. Il-vaċċin għadda minn proċess rigoruż biex ikun jista' jiġi approvat. L-ebda awtorita' tas- saħħa – kemm regolatorja kif ukoll li tipprovdi s-servizzi tas-saħħa mhi se tissogra u tpoġġi f 'riskju s-saħħa u l-ħajja tan-nies. Dan hu mument ieħor fejn irridu nafdaw f 'idejn l-esperti u l-professjonisti. Il-kuraġġ għandu jgħeleb it-tħassib. Il-fiduċja trid tegħleb il-biża'. Il-mod u ż-żmien li fih ġie żviluppat il-vaċċin joħroġu l-importanza tal-investiment kontinwu fir-riċerka u l-innovazzjoni. Ma setgħax ikun żvilupp vaċċin mingħajr rieda u finanzjament qawwi. L-Unjoni Ewropea tagħti importanza lir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-pandemija għandha tkompli turi li l-innovazzjoni u t-tibdil kontinwu huma elementi essenzjali biex nimxu 'l quddiem. Ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-saħħa tfisser aktar kura u kura aħjar, identifikaw ta' metodi aktar effettivi biex tingħata l-kura, mediċini ġodda u tagħmir aktar sofistikat għall-kura. Fl-aħħar mill-aħħar tfisser titjib fil-kwalita' tal-ħajja tan-nies, pazjenti li jkunu aktar sodisfatti bil- kura li qed jingħataw u aċċess għal aktar servizzi tas-saħħa. Opportunitajiet ġodda bl- innovazzjoni Il-pandemija uriet ukoll l-importanza tal-innovazzjoni u t-tiġdid fil-qasam ekonomiku. L-addattament, il-ġdid, it- tibdil kienu kruċjali biex ħafna mis-setturi jkomplu joperaw, jiġġeneraw ix-xogħol, jassiguraw li l-investiment jirrendi u jsostnu l-impjiegi tal-ħaddiema tagħhom. L-innovazzjoni hi kontributur ewlieni għaż-żieda fil-produttivita' u t-tkabbir ekonomiku. Bir-riċerka u l-innovazzjoni jiġu kkreati opportunitajiet ġodda, iffaċċjati sfidi u l-affarijiet isiru b'modi differenti u b'aktar effiċjenza. L-impenn għal aktar riċerka u innovazzjoni għandu jkun mifrux f 'kull qasam. Settur importanti ieħor hu l-ambjent biex intejbu l-kwalita' tal-arja, l-ilma u ta' dak kollu li jdawwarna u li għandu impatt fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħna. L-istess jgħodd għal qasam tat-trasport u l-mezzi ta' vjaġġar. It-tfal u ż-żgħażagħ iridu jiġu esposti aktar għal kreattivita' Fis-sistema edukattiva tagħna rridu nippromwovu l-kultura favur ir-riċerka u l-innovazzjoni. Irridu sistemi edukattivi li jagħtu spazju u flessibilita' lit-tfal li jesperimentaw, jikkreaw u joħolqu l-ġdid. L-edukazzjoni għandha twaqqa' l-barrieri u mhux toħloqhom b'suġġetti rigidi. Għalhekk jeħtieġ li nagħtu importanza aktar lill- iżvilupp tal-ħiliet tat-tfal. Tul is-snin pajjiżna għamel investiment qawwi fl-edukazzjoni. Ġenituri għamlu sagrifiċċji. Żgħażagħ ikkomettew lilhom infushom għall-istudji. Mijiet ta' studenti f 'istituzzjonijiet differenti jinvestu ħinijiet twal jirriċerkaw, jagħmlu intervisti għall-istudji tagħhom, janalizzaw, jevalwaw, u joħorġu b'konklużjonijiet ibażati fuq ir-riċerka u l-evidenza. Hi ħasra li, għal raġunijiet differenti, ħafna minn din ir- riċerka ma tkomplix tiġi segwita u żviluppata aktar. Is-suċċess tal-istuzzjonijiet edukattivi tagħna m'għandux jitkejjel biss bin-numri ta' gradwati imma wkoll bir-riċerka u l-kwalita' tagħha li ssir. Politika li sssotni u tinċentiva l-ġdid Kull żvilupp ta' politika għandha tagħti importanza lill-innovazzjoni. L-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni għandu jkun parti essenzjali mill-budget ta' pajjiżna. Iridu jkunu l-bażi. Il-Gvern għandu jagħti aktar inċentivi biex jitkattar l-investiment fir-riċerka. Jeħtieġ li jkollna l-ambizzjoni li pajjiżna jkun f 'pożizzjoni li jaqsam u jesporta r-riċerka, il-ġdid u s-soluzzjonijiet ġodda li jinħolqu permezz ta' studji li jkunu saru. Awguri Nawgura lilek l-editur, lill- ġurnalisti u l-qarrejja ta' din il-gazzetta s-sena t-tajba mimlija saħħa. Roberta Metsola hija MEP u Viċi President tal-Parlament Ewropew Felicienne Cini tieħu l-ewwel titqiba tal-vaċċin f 'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021