Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 • illum Parametri tad-disinn urban li jiddeterminaw l-għoli tal-bini fil-parks industrijali tal-Imrieħel u l-Marsa IR-RESTRIZZJONIJIET tal-għoli tal-bini li jeżistu fi ħdan il-parks in- dustrijali tal-Imriehel u tal-Marsa huma proposti biex jitneħħew billi l-Awtorità tal-Ippjanar tfittex li tin- troduċi aktar flessibilità fil-provvista ta' spazju industrijali fil-Gżejjer Mal- tin. Il-proposta li tinkludi emendi proposti għall-Pjan Lokali tan-Nof- sinhar ta' Malta u l-Pjan Loka- li taċ-Ċentru ta' Malta jirrelataw mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-għoli tal-bini fejn l-għoli tal-bi- ni f'dawn iż-żoni jkun determinat minn policies ta' disinn urban li mhumiex numeriċi sabiex jiksbu bilanċ bejn l-ottimizzazzjoni tal-is- pazju disponibbli filwaqt li jirris- pettaw l-ambjent u l-komunitajiet tal-madwar. Il-parametri proposti tad-disinn urban li jiggwidaw il-valutazzjo- ni tal-għoli tal-bini ser jinkludu l-ħtiġijiet operattivi tan-negozju, il-potenzjal tal-iżvilupp taħt l-art, it-topografija tas-sit, id-daqs ta' siti / bini li għandhom jiġu salvag- wardati u l-impatt viżwali. Id-dis- inn ġenerali tal-bini għandu jsegwi l-aħjar prattika f'termini ta' disinn ambjentali u sostenibbli, kompati- bilità mal-madwar, kostruzzjoni u mmaniġġjar tal-operat. Mhux ser ikunu permessi ħitan tal-appoġġi mingħajr disinn. Il-Perit Joseph Scalpello, l-Assist- ent Direttur għall-Ippjanar qal "Qed inressqu dawn il-bidliet proposti għax aħna konxji tan-nuqqas ta' spazju industrijali. It-tkabbir ekono- miku, l-investiment ġdid u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' impjieg aħjar jistgħu jseħħu biss jekk nottimiz- zaw l-ispazju li għandna f'oqsma bħal dak tal-Mrieħel u l-Marsa. Biex il-'Programm għat-Tisħiħ tal-Infra- struttura Industrijali', imniedi dan l-aħħar mill-Gvern, jimxi 'l quddi- em u jkollu suċċess, għandhom jiġu introdotti miżuri bħal dawn. Il-Perit Scalpello żied jgħid li hawn qed nip- provaw nsibu bilanċ tajjeb bl-iktar mod sostenibbli." Il-bidliet proposti għar-reviżjoni parzjali tal-Pjan Lokali tan-Nofsin- har ta' Malta (Policy SMMR 1) u l-Pjan Lokali taċ-Ċentru ta' Malta (Policy CG14, kif emendata bl-ap- plikazzjoni ta' kontroll tal-ippjanar PC057/10) fuq il-websajt tal-Aw- torità www.pa.org.mt/consultation. Is-sottomissjonijiet u kummen- ti jistgħu jintbagħtu lill-Awtorità permezz tal-indirizz elettroniku: industry.review@pa.org.mt. Id-da- ta tal-għeluq għas-sottomissjonijiet hija l-Ġimgħa 29 ta' Jannar 2021.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021