Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 analizi illum • IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 Vittorja', li nbniet biex tinżamm dejjem ħajja t-tifkira tar-rebħa glorjuża kontra l-eżerċtu tat- Torok fl-1565. Inbniet ukoll bħala radd ta' ħajr talli l-belt, f 'dak il-periklu hekk kbir, sfat meħlusa. Il-predeċessur tagħna PijuVI, ta' tifkira tant tajba, 'il dik il- knisja żejjinha bit-titlu u l-ġieħ ta' Kolleġġjata Insinji. Issa, fl- okkażjoni tal-ferħ li se ġġib magħha l-inkurunazzjoni tal- istatwa taċ-ċkejkna Marija, li huma jsejħulha 'Marija Bambina', li f 'dak it-tempju hi meqjuma b'devozzjoni kbira, il-Kapitlu flimkien mal-kleru fissrulna x-xewqa tagħhom f 'għaqda mal-kumitat għal dik il-festa tal-inkurunazzjoni li se tiġi ċċelebrata bi grandjożità devota u b'solennità. Huma talbuna biex 'il dak it-tempju qaddis, magħruf għall-qedem, sbuħija u kobor tiegħu, u msemmi wkoll għall-kult divin u għall-funzjonijiet li jsiru fih, ikollna l-pjaċir li ngħolluh għat- titlu ta' Bażilika Minuri. Meta ġibna quddiem moħħna t-tifkiriet glorjużi ta' dik il-knisja, iġġudikajna li nilqgħu r-rikors tagħhom. U dan qed nagħmluh tassew minn qalbna. Għalhekk, smajna l-fehma tal-Venerabbli Ħuna l-Kardinal Vico, li hu l-Prefett tal-Kongregazzjoni tar-Riti, eżaminajna dak li ġie ppreżentat lilna, u flejna dwar jekk hemmx il-kundizzjonijiet li huma meħtieġa fi knisja li tkun għamlet ir-rikors għal dak it-titlu. Wara li rajna dan kollu, bis-setgħa appostolika tagħna u bil-qawwa ta' dan id-digriet li qatt ma jitlef il-valur tiegħu, Aħna niddekoraw lil dik il- Knisja Kolleġġjata u Parroċċa, iddedikata għat-Twelid tal- Verġni Marija fid-djoċesi ta' Malta, bit-titlu u d-dinjità ta' Bażilka Minuri. Lil dik il- knisja nagħtuha l-privileġġi kollha kemm huma li l-Bażiliċi Minuri ta' din il-belt ta' Ruma għandhom dritt għalihom. Aħna niddikjaraw li din il- kitba għandha tkun u tibqa' tinżamm dejjem soda, valida, u effikaċi. Għandu jkollha u tingħata l-effett sħiħ tagħha. Dawk li jkollhom x'jaqsmu ma' dan, issa jew 'il quddiem, għandhom għal dejjem jagħtu dawn id-drittijiet. Niġġudikaw u niddikjaraw li għandu jkun hekk. Minn issa, inqisu li ma jkunx jiswa u jkun sar għalxejn dak li jiġi ddikjarat b'mod kuntrarju. Kull awtorità, tkun liema tkun, jekk tipprova teħodha kontra dan, dak li jsir ma jkun jiswa xejn. Ħareġ minn Ruma, f 'San Pietru, taħt is-siġill tagħna tas- Sajjied, fit-3 ta' Jannar, 1921, fis-sebgħa sena tal-Pontifikat tagħna. Iffirmat: Kardinal Pietru Gasparri, Segretarju tal-Istat." Tkanta t-Te Deum u nqara wkoll telegramm tal-Kardinal Gasparri, bil-barka papali għall- poplu tal-Isla. L-insignia tal-Bazilika Ħafna xtaqu li għall-festi tal- inkurunazzjoni il-knisja ikollha l-altar papali. It-tribuna kellha issir sewwa, jiġifieri mibnija bil-ġebel u dekorazzjonijiet mill-aħjar. Iżda, kien hemm id- diffikultà taż-żmien għax, minn Frar sa Awwissu kien perjodu qasir wisq. Għal nofs Frar, il- perit Andrea Vassallo lesta id- disinn u l-pjanti ta' kif kellha issir it-tribuna. Fis-27 ta' Mejju, iżżarma l-altar maġġur u beda jsir ix-xogħol tat-tribuna. Biex ma jintilifx wisq żmien, dan ix-xogħol sar min-nies tal-Isla stess, minghajr ħlas, taħt id- direzzjoni tal-Perit Vassallo. Fit- 12 ta' Ġunju, tqiegħdet u tbierket l-ewwel ġebla tagħha minn Mons. Arċisqof Caruana. Ix- xogħol baqa' sejjer bla waqfien sas-26 ta' Awwissu meta kollox kien lest. Għaddew 100 sena minn dawn il-ġrajja u illum imiss lilna li niċċelebraw dan il-ġublew. Imma jeħtieġ li ma nieqfux biss fuq dak li qed infakkru, imma niftakru ukoll li din il-knisja li ġiet mogħtija d-dinjità ta' Bażilika hija l-post ikkonsagrat li fih jgħammar Alla. F'dan il-post aħna lkoll, bħala kommunità nisranija, irridu ninġabru biex nitkellmu ma' dan Alla tagħna u nħalluh ikellimna. Simbolu tal-bażilika huwa l-Umbrellun. Din l-umbrella kbira, forma ta' qanpiena, tkun magħmula minn strixxi tal-ħarir isfar u aħmar alternat. Dawn il- kuluri għandhom referenza għal Ruma u l-Papat, u għalhekk, huma s-sinjal tar-rabta li hemm bejn il-bażilika, is-Santa Sede u l-Papat. Għaldaqstant, l-ilwien ħomor u sofor tal-Umbrellun għandhom ifakkruna fir-rispett u l-ubbidjenza li għadu jkollna lejn il-mexxej tal-Knisja, il- Papa. It-tieni simbolu speċjali tal- bażilika huwa t-Tintinnablu. Dan ikun qanpiena żgħira mdendla ġo speċi ta' spalliera dekorattiva ftit kbira, imwaqqfa fuq lasta mdaqqsa. Il-qanpiena jkollha mdendla magħha siegla biex min idoqqha ikun jista' jiġbed biha xi tokki. Oriġinarjament, din il-qanpiena kienet tintuża f 'purċissjonijiet stazzjonali ta' Ruma u biex tħabbar il- wasla tagħhom. Fit-tokki tat- Tintinnablu għandna nagħrfu leħen il-Mulej li jsejħilna biex dejjem u kullimkien inkunu veri insara. L-artal maġġur tal-Bażilika, jħares lejn il-poplu u jissejjaħ 'Papali' għaliex jixbah l-artal maġġur tal-Bażiliċi Maġġuri ta' Ruma. Dan l-artal ikollu fuqu Tribuna; kelma li jista' jkollha aktar minn tifsira waħda. Fil- fatt tista' tfisser kemm is-siġġu għoli fl-abside ta' Bażilika Rumana, fejn kien joqgħod maġistrat, u kemm it-tron tal-isqof f 'katidral. Fis-sens speċifiku ta' Bażilika, it-tribuna hija l-baldakkin imwaqqaf fuq erba' kolonni, fejn taħtu jkun hemm l-Artal Papali. Għalhekk, ejja nfittxu li nidħlu lkoll għall- kenn tat-Tribuna u nersqu lejn l-altar biex nieħdu sehem fis-sagrifiċċju tas-salvazzjoni tagħna u fl-Ikla Ewkaristika. 26 ta' Awwissu 1921: l-artal papali bit-tribuna fil-Bażilika l-ġdida tal-Isla It-Tintinnablu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021