Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 analiżi IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 • illum FABIAN MANGION Kienu għaddew ftit aktar minn erba' xhur minn meta, fil-25 ta' April 1920, inħareġ ir-reskritt pontifiċju għall- inkurunazzjoni tal-istatwa ta' Marija Bambina. Il-festa ta' Marija Bambina, f 'Settembru 1920, kienet waħda ta' entużjażmu speċjali għaliex, minħabba ċ-ċirkustanzi diffiċli tal-ewwel gwerra, il-festa esterna kienet ilha ma ssir sa mill-1913. Kienet ukoll fil- bidu tal-preparazzjoni għall- festi li kellhom jilħqu l-qofol tagħhom fl-4 ta' Settembru tas- sena ta' wara. Filwaqt li tkompla t-tiżjin fil-knisja, it-tħejjija mistennija minn ħafna kienet dik li l-Bambina tiġi inkurunata f 'tempju li jkun imżejjen b'ġieħ ieħor. Xewqa għal ġieħ ieħor Meta l-preparattivi għall-festa tal-inkurunazzjoni bdew mexjin sewwa, u l-entużjażmu tal-poplu tal-Isla beda kulma jmur joktor, bdiet tinxtered fost in-nies ix- xewqa li l-Knisja Kolleġġjata tagħhom tiġi elevata għad- dinjità ta' bażilika. Fost dawk li ħabbew lill-Isla minn qalbhom, kien hemm min ittama li din il- knisja tingħata l-istess ġieħ li, fl-1816, kien ingħata lill-knisja parrokkjali ta' Santa Marija tal-Portu Salvu, u, fl-1895, lill- knisja tal-Madonna tal-Karmnu, it-tnejn fil-belt Valletta. It-titlu ta' bażilika huwa l-aqwa privileġġ li jista' jiġi konċess mill-papiet lill-knejjes. Sabiex il-kolleġġjata tal-Isla setgħet takkwista dan il-privileġġ ta' Bażilika Minuri, kien meħtieġ li jiġi ppruvat quddiem is-Santa Sede li hija kienet mogħnija bi glorji reliġjużi u artistiċi. L-Isla kien jistħoqqilha li togħla għal dan il-ġieħ għaliex kellha biex tikkonferma dawn il- prepogattivi fil-wisa'. Gratitudni lejn min jistħoqqlu Kif inhu xieraq, l-Isla tħossha grata lejn il-Papa Benedittu XV għaliex, f 'ismu, ħarġu d-digrieti tal-inkurunazzjoni u tal- bażilika. Imma dawn inħarġu għax kien hemm min irsista u mpenja ruħu biex jikkonvinċi li dawk l-unuri kienu jistħoqqu lill-Isla. Għaldaqstant, fil-ġrajja tal- Bażilika, l-Isla m'għandha tinsa qatt lill-Benedittin Dom Mauro Inguanez u lill-Kanonku Dun Goffred Lubrano. Dawn it- tnejn, ulied l-Isla, bil-kunsens tal-Kanonku Arċipriet Dun Ġużepp Adami, bdew ifittxu l-kollaborazzjoni tal-Kardinal Antonio Vico, Prefett tas- Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, f 'Ruma. Wara l-festa tal-Bambina tal- 1920, bdiet il-ħidma biex isir dak li hu uffiċjali. Kien meħtieġ li jsir rikors lill-Awtoritajiet Supremi tal-Knisja. Kien żmien meta f 'Malta, ma kien għad hawn l-ebda parroċċa tal-kleru djoċesan li kienet bażilika. Jitressaq ir-rikors L-Arċipriet Adami fassal ir- rikors meħtieġ. Kien rikors li ġabar fih il-ġrajjiet glorjużi tal-belt u tal-parroċċa: L-Isla għandha t-titlu ta' Invicta għaliex hi l-belt li ma ntrebħitx fl- Assedju l-Kbir; għandha knisja parrokkjali li hi monument ta' dik ir-rebħa kbira; il-Papa Piju VI għolliha għall-ġieħ ta' Kolleġġjata Insinji fl-1786; fiha hemm devozzjoni ħajja lejn Marija Bambina li waslet fil- belt b'mod mirakuluż, u li kienet hemm madwar 300 sena; fi żmien qasir, kuruna tad-deheb kienet se titqiegħed fuq ras il- Bambina għaliex fil-25 ta' April 1920 is-Santa Sede kienet ħarġet ir-reskritt tal-inkurunazzjoni; id-devozzjoni lejn il-Bambina kienet aktar minn evidenti wara li l-poplu kkontribwixxa b'ġenerożità kbira għall-kuruna tad-deheb li kienet ser titqiegħed fuq ras l-istatwa tal-Madonna. L-Arċipriet Adami qara r-rikors u ġie approvat mill- kapitlu waqt laqgħa kapitulari fil-21 ta' Settembru 1920. Ir- rikors ġie ppreżentat lil Mons. Mawru Caruana OSB, Arċisqof ta' Malta, minn delegazzjoni kapitulari fis-27 ta' Settembru. Min-naħa tiegħu, l-arċisqof wiegħed li jagħti l-appoġġ tiegħu li tant kien meħtieġ quddiem is- Santa Sede. Kien meħtieġ li s-Santa Sede tkun taf li l-knisja tal-Isla kellha kulma kien mistenni biex setgħet tingħata l-ġieħ ta' bażilika. Ġie wkoll iċċarat li l-Isqof Paolo Alpheran de Bussan kien ikkonsagraha fl-20 ta' Ottubru 1743. Lejn l-aħħar tal-1920, kollox deher lest biex joħorġu l-ittri appostoliċi tal-Papa Benedittu XV. Ittamaw ukoll li l-Bażilika setgħet titqies bħala r-rigal għall-Milied ta' dik is-sena. Imma ma kienx hekk. Kien għad fadal xi dettalji żgħar. Trattattivi li għalqu b'suċċess L-ansjetà tal-poplu kienet kbira, iżda fit-3 ta' Jannar 1921, il-Papa Benedittu XV għoġbu joħroġ il-Brevi Ad perennandam memoriam li bih żejjen lil dik il- Knisja Kolleġġjata u Parroċċa iddedikata għat-Twelid tal- Verġni Marija fid-djoċesi ta' Malta, bit-titlu u d-dinjità ta' Bażilika Minuri. B'dan id- dokument pontifiċju nkitbet paġna oħra tad-deheb fl-istorja tal-Isla. Fid-19 ta' Jannar 1921, mota sollenni mill-qniepen tal- Kolleġġjata, issa Bażilika ġdida, ħabbru l-wasla f 'Malta ta' dan id-dokument. Il-Ħadd ta' wara, 23 ta' Jannar 1921, Mons. Manwel Vassallo, Segretarju Djoċesan, żar l-Isla u qara, minn fuq il-pulptu, l-ittri appostoliċi tal-Bażilika: "Sabiex tibqa' tifkira għal dejjem. Fil-belt tal-Isla, fil- gżira ta' Malta, hemm mibnija knisja f 'ġieħ it-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, imsejħa 'Tal- 100 SENA ILU: IL-KOLLEĠĠJATA TAL-ISLA TOGĦLA GĦALL-ĠIEĦ TA' BAŻILIKA 12 ta' Ġunju 1921: it-tqegħid tal-ewwel ġebla tat-tribuna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021