Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 letteratura illum • IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 F'din ir-reċensjoni diffiċli, din il-ġimgħa Kevin Saliba jirrifletti dwar il-ġabra Poeżiji tal-mibki poeta liriku mhux magħruf John Cremona. Jitlaq mill-eloġji viżtużi ta' Jacques Derrida mnejn id-dinja tibqa' tintemm u taqa' mill-ġdid bl- imwiet tal-kittieba. Bil-permess ta' Roland Barthes jerħilha jfittex u jikkonfronta l-uħux tiegħu fi vrus Cremona. Isibu mehdi, fl-għomor ta' mitt sena, jimmassakra ċ-ċentifolji. Jaħsel jisbel. Iriegħex lill-filosofi talli nsew ix-xjuħija filwaqt li jixxennaq li għada pitgħada fil-baħar jinżel imdewweb lest minflok jegħreq. Intant jerġa' lura għand Derrida. Din id- darba sabiex jagħti l-aħħar tislima lil Cremona.. bir-Rigal tal-Mewt. li – bħal Xiva – erħilu jżewweġ l-opposti huwa u jaħji u jeqred kollox, fl-istess waqt. Biss fi Cremona n-nirien tal-ħajja – forsi bħal dawk tal-poeta Karmenu Vassallo – f 'dawn il-versi bil-qajl il-qajl jibdew inemnu sa jintemmu. U dan bla ma qatt jaslu għal xi tifsira. "Ħabiba / l-mistoqsija / li f 'ruħi tnawret forsi / ssib tweġiba", tintemm f 'mument dgħami dil- poeżija saljenti ta' Cremona. Madankollu l-metafora tal-ħġejjeġ f 'dawn il-versi ta' Cremona jaf għandha l-ħila tfisser it-tixjiħ bħala fluss bla hedu – voldieri mitt sena massakru – iżjed milli fażi singulari li s-soltu tirranka lejn tmiem il-ħajja. In- nozzjoni tal-ħajja bħala bħala proċess lineari ta' xjuħija kontinwa li fl-aħħar mill-aħħar jisfa' biss fil-baħħ – fis-solitudni, f '"sigħat vojta", fiċ-"ċpar", f '"weraq niexef " – donnu ma ngħatatx l-importanza li jixirqilha fil- filosofija tas-seklu għoxrin. Niġu f 'dan, bil- kontra tal-kittieba u tal-poeti, il-filosofi tant donnhom kienu mehdija jmaħħu u jħaqquha dwar il-mewt li nsew ix-xjuħija. Wara l-Cato Maior de Senectute ta' Ċiċerun, voldieri fl-44 AD, kellhom jgħaddu 'l fuq minn elfejn sena biex fil-Punent reġa' feġġ xogħol filosofiku maġġuri rigward ix-xjuħija. F'dar-rigward imnalla kienet Simone de Beavoir illi, ukoll fi xjuħitha, kmieni fis-snin segħbin tagħtna t-trattat La Vieillesse. Jidhirli li Issa li Ntfew il-Ħġejjeġ toqgħod tajjeb ħafna fil-ħsibijiet ta' de Beavoir rigward ix-xjuħija bħala attività li tibqa' tiżvoġli, xi it jew wisq, kull ħin u kull mument mal-miġra tas-snin. Ħsus bħal dawn nistgħu saħansitra naqraw dwarhom fl-iżjed memorji bikrin tagħha, iżda f 'La Vieillesse dan l-għali tistqarru b'ferm iżjed qawwa. "L-imgħoddi mhuwiex xi passaġġ sielem li jinsab hemm warajja, xi pajjiż li nista' nimraħ fih meta u xħin irrid u li jurini, bil-mod il-mod, l-għoljiet u l-widien mistura tiegħu. Anzi, iktar ma nimxi 'l quddiem iktar dan jiġġarraf. Il-biċċa l-kbira tat-terrapien jidher ċass, sfreġjat, iffriżat: it-tifsira tiegħu ma nsibha mkien... skeletru biss kulma fadal minnu. Il-pjanijiet, it-tamiet, il-biżgħat tiegħi qatt m'għad nerġa' nsibhom – qatt m'għad nerġa' nsib lili nnifsi". Ir-Rigal tal-Mewt Il-fehmiet tiegħi dwar ix-xjuħija huma qrib ħafna tal-biżgħat skjetti li stqarret magħna de Beauvoir. Hu x'inhu ngħid għalija m'għandi ebda ħerqa nġarrab dat- tikdid kollu fi xjuħiti. Fil-poeżija Sibilla Cremona bħal donnu ried jagħtina twissija b'dal-vers proverbjali: "min jgħaġġel jgħix jgħaġġel ukoll imut". Imma forsi aħjar hekk. Kif kien poġġiha Ernest Hemingway fir- rumanz e Old Man and the Sea, "nixtieq hemm mod kif indub fil-baħar mill-ewwel minflok ma qabelxejn noqgħod nitqanna b'dil-affari li negħreq". Almenu semmaj, bħal Achille Mizzi f 'Mortalità, "immut mhux bħal warda marida / li tinxef u taqa' / bil- qajla fi żmienha. [...] / Ħa mmut Pompejan / mixgħul bil-lava". Għandu mnejn Cremona ma riedx hekk. Mitt bniedem mitt fehma. Min qatt jista' jaqta' xi jkun għaddej minn għala moħħ ta' mitt sena huwa u jimmassakra ċentifolja? Derrida, fit-test tiegħu Donner la mort – li t-traduttur David Wills xerrdu mad-dinja Anglosassona bit-titlu e Gi of Death – jerġa' jfakkarna f 'Heidegger: f 'dal-ħwejjeġ ikollna bilfors "nerħu lilna nfusna f 'id is- solitudni assoluta", saħaq Derrida. "Ma jista' jkellimna ħadd u ħadd ma jista' jitkellem għalina. Kulħadd merqtu u ietu". Intant issa l-pinna lesta. Issa m'għadx fadlilna wisq iżjed xi ngħidu jew x'nagħmlu. Nistgħu biss, allura – difaċċ dan ir-rigal tal-mewt – inżommu t-toroċ tal-"ħġejjeġ" tagħna jaqbdu ħajja filwaqt li niakru xi it ukoll fi Cremona fil-vrus tagħna... sa ma daka l-lejl jaqa' fuqna wkoll biex jgħattina lkoll, għal dejjem. THIS CHRISTMAS, THE PREFECT GIFT IS LOVE. WITH YOUR DONATION, WE CAN HELP THOSE IN NEED. www.richmond.org.mt/the-gift-of-therapy/

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021