Illum previous editions

ILLUM 14 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 • illum analiżi Wasal iż-żmien tal-karnival … Prinjolata għall-adulti u għat-tfal MARIANNA CALLEJA Il-karru u l-maskarat se jibqgħu ġewwa din is-sena u l-unika maskri li se nilbsu huma dawk mediċi. F'ċirkostanzi oħra, dawn il-ġranet konna nkunu fl-aqwa taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival iżda sfortunatament din is- sena nistgħu biss ngawdu l-ħelu tradizzjonali ta' din il-festa inkluż il-prinjolata. Dan minkejja li xi dilettanti ramaw numru ta' karrijiet żgħar u maskaruni f 'Triq ir-Repubblika u pjazza San Ġorġ - fil-Belt Valletta - kif ukoll f 'postijiet oħrajn madwar Malta. Il-Ġimgħa filgħodu, il-gazzetta ILLUM marret sal-pjazza ta' Birkirkara, fejn viċin il-ġenn tal- monti sabet tħuf ir-riħa tfuħ tal- pasti u l-ħelu. Dolceria Barigozzi laqgħu l-istedina tal-gazzetta u ġewwa ġol-kċina tal-ħanut, Vince Saffrett spjega l-proċess wara l-ħelu tant popolari, il-prinjolata. Filwaqt li ġibed barmil, Saffrett beda jispjega li l-ewwel pass hu li jiġu mfarrka l-gallettini filwaqt li ssir taħlita ta' ilma biz-zokkor. Din it-taħlita tintefa fuq in-nar sakemm tilħaq it-temperatura ta' 250°C. Wara jiġi xkumat l-abjad tal-bajd u ladarba t-temperatura taz-zokkor tilħaq il-grad it-tajjeb, jibda jitħallat kollox. Wara 10 minuti iddur fil-magna, jiżdiedu mat-taħlita l-kumplament tal-ingredjenti fosthom iċ-ċirasa, lumi maħkuk u ġellewż. Meta tkun lesta t-taħlita, din tintefa ġol bramel u titħalla toqgħod għal xi ħin. L-aħħar pass hu li tindilek bil-krema u titpoġġa ġol-kontenitur li se tinbiegħ fiha. Id f 'id mal-prinjolata insibu l-perlini, ħelu żgħir magħmul minn lewż miksi biz-zokkor. Fl-antik il-maskarati kienu jwaddbu l-perlini lin-nies li jkunu qed jammirawhom fit-triq, minn hemm inħolqot it-taqbila; Maskarat tini perlina Għax warajk għandek xadina Minflok waħda tini tnejn Għax tiddobba xi daqtejn. Dak iż-żmien, il-prinjolata kienet tkun magħmula minn fdalijiet ta' ingredjenti li jkun baqa' fid-dar, bħal gallettini u saħansitra xi kejkijiet li jkun baqa' mill-festi tal-Milied. B'hekk ma jkun itrema' xejn. Dolceria Barigozzi - msemmija għal-fabbrika li ħadmet il- qanpiena l-kbira tal-Kolleġjata Bażilika ta' Sant'Elena - ilhom fil- pjazza ta' Birkirkara għal dawn l-aħħar disa' snin iżda Vince Saffrett ilu f 'dan il-qasam għal 25 sena. Hu spjegalna li n-nies matul is-snin qatt ma naqsu milli jixtru l-prinjolata iżda ammetta li din is-sena il-bejgħ donnu naqas minħabba li l-karnival tħassar. Mħid iżda li dan jfissirx li naqas il-bejgħ għal ħelu ieħor fosthom l-éclair u l-ura taċ-ċikkulata li skont dan is-sid jinbiegħu l-iktar fil-ħanut tiegħu speċjalment wara l-quddiesa tas-Sibt filgħaxija. Il-Karnival għandu post importanti fil-kalendarju kulturali Malti tant li ilu sa mill-ħakma tal-Gran Mastru Piero de Ponte fl-1535, jiddomina t-toroq Maltin b'ċelebrazzjonijiet prominenti. Dan ifisser li l-Karnival ilu mnaqqax fl- istorja għal it iktar minn ħames sekli. Illum il-ġurnata l-Karnival sar iktar marbut mal-ispettaklu turistiku u opportunità għan- negozji biex jdawru lira iżda xorta jibqa' festa folkloristika. Miegħu hemm marbutin ukoll tradizzjonijiet, xi uħud ferm antiki u li forsi ħafna minnhom sfortunatament intesew. Hu mium li l-Karnival inħoloq bħala festa ta' ċajt, żagħbil u kulur bl-iskop li n-nies jiċċelebraw tal- aħħar qabel jibdew is-sagrifiċċju tar-Randan. Ma jistax jasal il-Karnival mingħajr ma niftakru fil-prinjolata u magħha l-perlini. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Vince Saffrett biex jitkellem dwar il-ħelu tradizzjonali tal-Karnival. X'hemm fit- taħlita tal-prinjolata? Id- domanda għaliha naqset la darba tħassar il-Karnival? X'jinbiegħ l-aktar, il- perlini jew il-prinjolata?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 February 2021