Illum previous editions

ILLUM 14 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 • illum L-oroskopju f'Jum San Valentinu Mill-Ħadd 14 ta' Frar sas-Sibt 20 ta' Frar San Valentinu u bosta rigali għalikom F'din il-ġurnata ddedikata lill-maħbubin, qed inwassal bosta rigali għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna. Għandkom tliet pubblikazzjonijiet tiegħi għall-valur ta' €90. Għandkom ukoll skont fuq trattamenti ta' sbuħija u dieta bil-valur ta' €70 jew seba' kalendarji żodjaki valur ta' €105. Kulma għandkom tagħmlu huwa li twieġbu din il- mistoqsija: San Valentinu f 'liema żodjaku jiġi? Pisces , Aquarius jew Aries Ibgħat it-tweġiba tiegħek fuq: PaulJon, Kompetizzjoni ILLUM, PO BOX 27 Paola. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan iż-żodjaku għal San Valentinu għalik bħala Aquarius ser ikun ifisser li esperjenzajt fl-imħabba tal-passat. Fin- nuqqas ta' dan, għalik jaf ikun forma ta' xkiel. Għalhekk f 'dan il-mument trid tagħraf tuża aktar moħħok milli qalbek. B'dan il-mod biss tista' tkompli tħares lejn dik l-imħabba tant mixtieqa. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni f 'San Valentinu għalik ġej minn Leo. Aquarius magħrufin għall- attenzjoni tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan iż-żodjaku għal San Valentinu għalik bħala Pisces ser ikun mument ta' ħsibijiet dwar il-pożizzjoni tiegħek fl-imħabba. Għalhekk f 'dawn il-ġranet trid tagħraf taħseb b'aktar għaqal. Jekk jirnexxilek tagħmel dan ser tkun kapaċi tgħaqqad l-imħabba f 'dak li int tant tixtieq. Dan jaf ikun il-mument tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni f 'San Valentinu għalik ġej minn Capricorn. Pisces magħrufin li huma stabbli. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan iż-żodjaku għal San Valentinu għalik bħala Aries ser ikun mument ta' għarfien bejn dak li int esperjenzajt fl- imħabba fil-passat għal dik li għandek illum. Ħares biss lejn dak li din l-imħabba qed toffrilek sabiex b'hekk tagħraf tkattar iżjed il-pjanijiet li għandek f 'din l-imħabba. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni f 'San Valentinu għalik ġej minn Leo. Aries huma magħrufin bħala nies organizzati. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan iż-żodjaku għal San Valentinu għalik bħala Taurus ser jagħmlek iżjed tirrifletti dwar l-imħabba li tant tixtieq. Dan ser ikun qed iħejjik sabiex tkun f 'qagħda tajba li tagħraf tilqa' għal dak li riesaq lejk. Jekk taħseb li għandek bżonn iżjed ħin jew żmien, agħraf imxi mal-ħsieb. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni f 'San Valentinu għalik ġej minn Leo. Taurus huma magħrufin bħala nies spontanji ħafna. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan iż-żodjaku għal San Valentinu għalik bħala Gemini ser ikun perjodu ta' iżjed tkattir fir-relazzjoni li bħalissa qed tesperjenza. Żgur li trid tagħraf iżżomm bilanċ bejn il-karriera u r-relazzjoni li għandek. Nuqqas ta' bilanċ jirriżulta f 'konsegwenzi li żgur mhu il-waqt. Agħraf żomm il-madwar f 'bilanċ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni f 'San Valentinu għalik ġej minn Sagittarius. Gemini huma magħrufin għall-komunikazzjoni tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan iż-żodjaku għal San Valentinu għalik bħala Cancer ser tagħmlek aktar iffukat, lejn l-imħabba li għandek fejn huwa żmien li trid toqgħod attent u tkun aktar ippraparat mis-soltu. Għalhekk huwa ż-żmien li turi mħabbtek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni f 'San Valentinu għalik ġej minn Virgo. Cancer huma magħrufin bħala nies ta' twemmin fihom infushom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan iż-żodjaku għal San Valentinu għalik bħala Virgo ser jgħinek tagħraf kif għandek tiddeċiedi għal dak li riesaq lejk. L-imħabba ser toffrilek responsabbiltà ġdida li ser tagħtik l-opportunità li ma tiħux deċiżjonijiet mgħaġġla sabiex tagħraf iżjed għal liema responsabbiltà dieħel. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni f 'San Valentinu għalik ġej minn Scorpio. Virgo huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan iż-żodjaku għal San Valentinu għalik bħala Libra ser ikun mument ta' għarfien għal dak li inti kapaċi toffri fl-imħabba. Dan minn issa għalik ser ikun xenarju kompletament mibdul, għalhekk aktar minn qatt qabel int trid tkun ferm iffokat sabiex imħabbtek tkompli titkabbar u tara futur aktar stabbli. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni f 'San Valentinu għalik ġej minn Aquarius. Libra magħrufin għall-flessibilità tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'dan iż-żodjaku għal San Valentinu għalik bħala Sagittarius ser tagħraf aktar dwar il-veru bżonn ta' direzzjoni li l-imħabba tiegħek għandha tkun fil-ġimgħat li ġejjin. Dan huwa żmien opportun sabiex terġa' tikseb dik il-ħeġġa ta' kuraġġ u tagħraf tieħu l-aħjar deċiżjoni li tagħmlek tħossok dak li int. Agħraf sew fejn trid vera tasal. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni f 'San Valentinu għalik ġej minn Gemini. Sagittarius huma magħrufin għall- għarfien tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan iż-żodjaku għal San Valentinu għalik bħala Scorpio ser ifisser li trid tagħraf aktar l-imħabba li qed tesperjenza fil-mument. Int ma tistax toqgħod tilgħab għaliex dan huwa l-mument fejn int għandek tagħraf aktar x'verament trid u tixtieq. Aħtaf dan sabiex tasal għall-konklużjoni ideali għalik. Irrifletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni f 'San Valentinu għalik ġej minn Aries. Scorpio magħrufin bħala persuni ta' burdata stabbli. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Capricorn għalik bħala Capricorn ser ikun perjodu fejn trid tagħraf sew dak li tixtieq dwar l-imħabba li qed tesperjenza. Għalkemm jaf huma mumenti ta' tibdil, huma mumenti li trid aktar ħsieb. Agħraf biss ħares 'il quddiem u mhux lura. Rabbi l-kuraġġ biex tesprimi dak li trid. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni f 'San Valentinu għalik ġej minn Pisces. Capricorn huma magħrufin għad-determinazzjoni tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan iż-żodjaku għal San Valentinu għalik bħala Leo ser tgħinek tkattar aktar ix-xewqa tal-imħabba li tant hemm aspirazzjoni għaliha. Dan huwa l-bżonn tal-mument, agħraf minn issa kun aktar imħejji sabiex tilqa' għall-probabbiltà ta' bidla fil-ħajja b'din l-imħabba. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni f 'San Valentinu għalik ġej minn Taurus. Leo huma magħrufin bħala persuni umli u determinati. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 February 2021