Illum previous editions

ILLUM 14 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Wara li fl-aħħar ġimgħat il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-sidien u l-inkwilini dwar il-liġi kontroversjali li tipproteġi l-kirjiet ta' qabel l-1 ta' Ġunju 1995, f 'dan il-Ħadd qed tiltaqa' mal-Avukat Cedric Mifsud biex tiem aħjar l-aspetti legali wara din il-liġi, għaliex il-Qorti qed tiddeċiedi favur is-sidien u effettivament x'jista' jsir biex din il-kwistjoni tissolva darba għal dejjem. L-Avukat Cedric Mifsud għandu esperjenza kbira f 'dan il- qasam u quddiem il-Qorti rrappreżenta kemm sidien u anke inkwilini. L-ILLUM tmur dritt għall-punt u tistaqsi lill-Avukat Mifsud għaliex il-Qorti, f 'daqqa waħda, qed tiddeċiedi favur is-sidien. Jibda jispjega kif l-ewwel u qabel kollox hemm żewġ liġijiet, jiġifieri Kapitlu 69 li jirregola l-kirjiet ta' qabel l-1969 u l-Kapitlu 158 li jirregola l-kirjiet ta' qabel l-1979 (l-aktar li nitkellmu fuqha) u fuq ċens li jiġi kkonvertit f 'kirja perpetwa. "Dawn il-liġijiet kienu daħlu fis- seħħ biex jindirizzaw kwistjonijiet dwar l-akkomodazzjoni li kien hemm dak iż- żmien," insista l-Avukat. Fakkar li llum il-ġurnata, il-valur tal- proprjetà tant sploda 'l fuq li ma jagħmilx sens li jkollok kirja ta' €200 fis-sena, li terġa' u tgħid ħafna drabi tispiċċa tinqasam bejn għadd ta' persuni li jkunu wirtu l-proprjetà. "Il-qrati qed jaraw nuqqas ta' proporzjonalità. Meta wieħed jara l-valur tal-kera kkumparat mal-valur tal-kera skont il-liġi, hemm diskrepanza kbira," kompla Mifsud. Hawn ħarisna lejn il-liġi tal-1979 u spjega kif kien hemm diversi persuni li kellhom ċens, li pereżempju skada wara 30 sena u mbagħad ġie kkonvertit f 'kera. "Immaġina li inti sid f 'dak iż-żmien. Dħalt f 'ċens għal 30 sena u f 'daqqa waħda inti sibt ma' wiċċek liġi li torbtok li trid tikri lill-istess inkwilin. Mhux hekk biss, imma l-istess kirja tista' tintiret. Fil-fatt, fil-liġi din tissejjaħ akrobazija legali," saħaq l-Avukat. L-ewwel każ li fetaħ il-bibien... Kien hawn li fakkar li ilu jkun hemm sidien li jmorru quddiem il-Qorti biex tiddikjara din il-liġi bħala waħda li tikser il-Kostituzzjoni u d-drittijiet tagħhom. Madanakollu, qabel l-2011, il-Qorti qatt ma ddeċidiet kontra din l-istess liġi. Fil-fatt, jiakar każ, qabel l-2011, meta hu kien qed jidher għal inkwilin, fejn il-Qorti Kostituzzjonali kienet qablet mas-sid, iżda l-Qorti tal-Appell kienet iddikjarat li l-liġi hija dik li hi u ma tistax tagħmel xejn. Iżda l-affarijiet inbiddlu, meta familja li tgħix l-Awstralja u li kellha żewġ proprjetajiet f 'Ħal Għargħur u li minnhom ma kienet qed tieħu kważi xejn, ħadet il-każ tagħha quddiem il-Qorti. Il-każ beda u l-Avukati, inkluż Mifsud innifsu, kienu għamlu referenza għal deċiżjoni li kien hemm mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem li kienet iddikjarat li dawn il-kirjiet jiksru d-dritt tas- sidien li jgawdu l-proprjetà tagħhom. Fil-fatt, din kienet l-ewwel darba, jiġifieri fl-2011, li l-Qrati Maltin iddeċidew favur is-sidien. Fost oħrajn, spjega Mifsud, urew lill-Qorti kemm kien il-valur ta' dawn il- proprjetajiet fil-Għargħur. Urew li jekk ibiegħu l-proprjetajiet bin-nies fihom kemm kien se jinżel il-valur u kemm, bil- prezz tas-suq, setgħu jinkrew dawn l-istess propretajiet. Bil-prezz ta' għaxar snin ilu, dawn iż-żewġ proprjetajiet, setgħu jinkrew għal €1,000 fix- xahar. Aħseb u ara llum kemm hu aktar il- valur tagħhom. "Il-Qorti ġustament iddikjarat li hemm sproporzjonalità fil-liġi bejn l-inkwilini u s-sidien. L-inkwilin huwa ħafna aktar b'saħħtu biex jgħix fil-post, b'kera minima li tista' tintiret ukoll. Il-Qorti ddikjarat li l-liġi tikser id-drittijiet fundamentali tas-sidien," insista l-Avukat. 'Il-Qorti Kostituzzjonali ma tistax tbiddel il-liġi...tiddependi fuq il- leġislatur' Din kienet il-kawża li fetħet il-bibien għal kawża wara l-oħra li kollha kemm huma taw raġun lis-sidien. Madanakollu, dwar dan baqa' qatt ma sar xejn. Il-liġi baqgħet dik li hi anke għax il-Qorti Kostituzzjonali ma għandha l-ebda saħħa biex tbiddel liġi. Fil- fatt dwar dan tkellimna wkoll mal-Avukat Cedric Mifsud. "Il-Qorti Kostituzzjonali ma tistax tbiddel il-liġi. Fi kliem sempliċi, dejjem tiddependi fuq il-leġislatur mhux bħal pajjiżi oħra fejn il-Qorti Kostituzzjonali tista' saħansitra tikkanċella liġi," saħaq l-Avukat. Imma inkwilin jista' jispiċċa barra? Spjega li l-uniku ħaġa li tista' tagħmel din il-Qorti, li hija l-ogħla waħda f 'Malta, hija li tiddikjara li l-inkwilin ma jistax jistrieħ aktar fuq dik il-klawżola tal-liġi biex hu jkompli jgħix f 'dik il-proprjetà. Din id-dikjarazzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali ssibha tista' tgħid fid- deċiżjonijiet kollha dwar il-kirjiet protetti. Imma effettivament dan xi jfisser? Ifisser li inkwilin jista' jispiċċa barra fit-triq? Sid jista' jkeċċi lill-inkwilin? "Jekk kellna borma u qed inħawduha, komplejna nħawduha iżjed," insista Mifsud. L-Avukat fakkar kif fl-2018 kien hemm leġislazzjoni ġdida li fi kliem sempliċi kienet tgħid li jekk inti għandek kirja protetta (taħt l-Artiklu 158), tista' tmur quddiem il-Bord tal-Kera u titlob ir-reviżjoni tal-kera u jekk inkwilin ikollu biżżejjed mezzi, jkun jista' jiġi żgumbrat fi żmien ħames snin. "Madanakollu fl-istess liġi qalu li jekk inti kont suġġett għall-kawża kostituzzjonali qabel ma daħlet din il-liġi, is-sid xorta jrid iġibek quddiem il-Bord tal-Kera biex jew jirrevedilek il-kera jew jiżgumbrak 'il barra fi żmien ħames snin, skont it-test tal- mezzi. Fi kliem sempliċi ġiet retroattiva," spjega l-Avukat. "Il-problema hija li f 'daqqa waħda għandek il-liġi li qed taqbeż il-Qorti Kostituzzjonali." Mifsud kompla jispjega li kien hemm sentenza fl-2019 fejn sidien ippruvaw jiżgumbraw 'il barra lill-inkwilini fuq din id- dikjarazzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali. "Rebħuha fl-ewwel stadju, imma l-Qorti tal-Appell qalet li għandha idha marbuta għax il-liġi hija dik li hi," qal l-Avukat. Fil- fatt, kompla jispjega, kif il-Qorti tal-Appell kienet irrimarkat li qed tispiċċa f 'sitwazzjoni fejn qed tkun imġiegħla tissupera jew televa lilha nnifisha 'il fuq mill-Qorti Kostituzzjonali, meta din hija l-ogħla Qorti. Inkwilini żgumbrati ... 'hija sitwazzjoni li qed tevolvi' Jekk għall-kirjiet protetti taħt il-Kapitlu 158, il-mekkaniżmu għar-reviżjoni tal-kera jew l-iżgumbrar huwa rregolat bil-liġi tal- 2018, għall-kirjiet ta' qabel l-1969 dan ma jgħoddx. Dan huma kirjiet antiki mmens, fejn prattikament inkwilin kien ikollu l-ktieb tal-kera u jrid imur kull darba biex jiffirmawlu. Fil-fatt hawn ukoll kien hemm sentenza importanti. L-Avukat Mifsud spjega kif il- Qorti Kostituzzjonali ddikjarat li l-inkwilini ma jistgħux jibqgħu jiddependu fuq il-liġi u l-Bord tal-Kera kkonkluda li l-inkwilini ma kellhom l-ebda titlu, għax ma hemmx dan il-mekkaniżmu għar-reviżjoni tal-kera jew l-iżgumbrar. "Fejn hemm dawn il-kirjiet, b'din l-aħħar sentenza, l-inkwilini iva jista' jkollhom problema, jistgħu jiġu żgumbrati. Issa jew il-leġislatur se jdaħħal emendi biex jilqa' għalihom jew inkella se jkun hemm Kirjiet protetti: 'Għandu jkun hemm perjodu Il-gazzetta ILLUM tkompli ssegwi l-kwistjoni tal-kirjiet ta' qabel l-1 ta' Ġunju 1995 wara li tkellmet kemm mal-inkwilini u anke mas-sidien. Il-Qorti għaliex qed tiddeċiedi favur is-sidien? Inkwilin jista' jispiċċa żgumbrat? Hemm soluzzjoni? Iwieġeb l-Avukat Cedric Mifsud L-Avukat Cedric Mifsud Kien hemm dan l-istatus quo għal snin twal, anke għax il-Qorti kienet qed tiddeċiedi favur l-inkwilini, imma issa qegħdin f'sitwazzjoni kompletament l-oppost u se tikkawża problemi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 February 2021