Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765
13 intervista illum • IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 problemi," insista l-Avukat. Kompla jisħaq li l-argument dwar jekk inkwilini jistgħux jiġu żgumbrati 'l barra għadu qed jevolvi. 'Hemm sidien li għandhom kuxjenza soċjali' "Hawn ħafna qed jiġu fi ehim mas- sid tal-kera. Hawn sitwazzjonijiet fejn qed jinħoloq kompromess, fejn jekk kera tista' tkun €600, qed jitolbu €350. Hemm sidien li ma jridux jiżgumbraw 'il barra lill-inkwilin, basta jiffirma dikjarazzjoni li l-familja tiegħu ma jistgħux jirtu l-kirja. Għandek ħafna sidien li għandhom kuxjenza soċjali. Ma tantx tara sidien li jkunu jridu jitfgħu 'l barra lill-inkwilini," kompla jisħaq l-Avukat. Madanakollu hemm sidien li jisħqu li l-liġi kif inhi mhijiex ġusta assolutament u hawn għamel referenza għal esperjenza ta' sid, simili għal dik li rrappurtat dwarha din l-istess gazzetta l-ġimgħa li għaddiet. "Riċentament kelli każ ta' sid li qalli jiena għandi tifla. Għaliex għandi ngħidilha mur ħu loan, meta għandi post li jista' jkun tagħha, imma marbut b'kirja protetta? Naf sidien ta' proprjetajiet marbuta b'kirja protetta u huma qed jieħdu loan biex iħallsu d-dar li fiha jgħixu," spjega l-Avukat Mifsud. Iħallas pagament biex xtara dar imma hu sid ta' proprjetà marbuta b'kirja protetta Semma każ ta' sid li tkellem miegħu u spjegalu kif ilu għaxar snin iħallas €500 fix- xahar għall-pagament tad-dar u fl-istess ħin għandu proprjetà li minnha qed jieħu ċ-ċiċri minħabba l-liġi li kif inhi. "Qalli: lili l-liġi qed titrattani b'mod differenti," kompla jgħid l-Avukat waqt li saħaq li ħafna jaqtgħu qalbhom meta jingħataw parir biex jiħu każ quddiem il- Qorti Kostituzzjonali. Apparti minn hekk, imbilli tiaħ każ quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, mhux se tieħu l-proprjetà lura imma kumpens mill- Istat. Fil-fatt, l-Avukat Mifsud spjega kif il- Qorti Kostituzzjonali ma tistax tiddeċiedi kontra individwu. Fakkar f 'każ li kellu dwar palazz fl-Imdina fejn bħala Avukat kien qed jidher għall-inkwilin. Il-Qorti Kostituzzjonali kienet żgumbrat 'il barra lill-inkwilin, imma fl-istadju tal- appell, il-Qorti kienet qablet miegħu, bħala Avukat, meta kien argumenta li l-Qorti Kostituzzjonali ma tistax timponi rimedju fuq l-inkwilin. 'Ir-rimedju mill-Istat irid jingħata ... il- kumpens minn flus il-poplu' "Huwa l-istat li jrid jagħti rimedju. Il- Qorti Kostituzzjonali tiddikjara biss jekk hemmx xi ksur ta' drittijiet fundamentali tal-bniedem. Jiena ma nistax nikser id-dritt fundamentali tiegħek, għax il-ksur jiġi minn proċedura jew inkella mil-liġi," kompla jisħaq. Għalhekk hemm il-kumpens, iżda l-Avukat fakkar ukoll li fl-aħħar mill-aħħar il-kumpens qed jingħata mit-taxxi tal-poplu. "L-individwu ma jistax jiġi żgumbrat 'il barra mill-Qorti Kostituzzjonali. Ir-rimedju jrid jiġi mill-istat," insista. 'Hemm abbuż ukoll...' Ikkonferma wkoll dak li rrappurtat l-ILLUM il-ġimgħa li għaddiet, jiġifieri li hemm inkwilini li jabbużaw minn din il-liġi. Semma każi ta' inkwilini li jkomplu jżommu l-karta tal-identità fuq post bil-kirja protetta, imma mbagħad huma sidien ta' proprjetajiet oħra. "Kelli każ riċentament - din l-ewwel darba li rajtha - li l-inkwilin għandu żewġ kirjiet protetti. Ma nistax niem kif ġara hekk," saħaq. "Hemm abbuż. Kien hemm dan l-istatus quo għal snin twal, anke għax il-Qorti kienet qed tiddeċiedi favur l-inkwilini, imma issa qegħdin f 'sitwazzjoni kompletament l-oppost u se tikkawża problemi. Il-leġislatur irid jieħu passi." 'Għandu jkun hemm perjodu stabbilit sa meta tapplika din il-liġi ... trid tissalvagwardja wkoll lill-inkwilini' Nitkellmu kemm nitkellmu fuq sentenzi tal-Qorti, soluzzjoni ma sibna mkien u dan jirrikonoxxih ukoll l-Avukat. "Dejjem emmint li għandu jkun hemm perjodu stabbilit sa meta din il-liġi titneħħa. Trid tissalvagwardja wkoll lill-inkwilini. Ħafna minnhom huma anzjani li għandhom mas-70 jew 80 sena," saħaq l-Avukat. Irrikonoxxa li din il-liġi mhux se tkun popolari, imma fl-istess ħin fakkar kif bħalissa hemm pressjoni qawwija mis-sidien biex din il-liġi tinbidel. "Dejjem emmint li għandu jkun hemm cut-off-date, ta' ħames snin jew għaxar snin mil-lum biex din il-liġi ma tibqax tapplika," spjega l-Avukat. Dan ifisser li wara li jgħaddi dan il- perjodu, l-inkwilin ma jistax jibqa' jserraħ fuq il-liġi u iva jista' jispiċċa barra imma fl- istess ħin għandu perjodu raġonevoli li fih jista' jippjana. Irrikonoxxa wkoll li hemm min forsi mezzi ma għandux biex jixtri proprjetà u hawn, insista l-Avukat, jista' jidħol l-aspett tal-akkomodazzjoni soċjali biex dawn in- nies ikunu mgħejjuna. Insista li l-ewwel ħaġa li trid issir huwa li wieħed jieħu kont ta' din il-kwistjoni biex jiem eżatt kemm hemm persuni li jinsabu f 'din is-sitwazzjoni. 'Hija problema li rridu neħilsu minnha għax inkella se tibqa' tiswa l-flus' "Din hija problema li rridu neħilsu minnha għax jekk le se tibqa' tiswa l-flus," kompla jisħaq Mifsud. Fakkar kif hemm klijenti li mhux jieqfu biss mal-Qorti ta' Malta imma qed imorru wkoll quddiem il-Qorti Ewropea għad- Drittijiet tal-Bniedem. "Kelli każ riċenti fejn is-sid argumenta li fuq deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali ngħata kumpens ta' €10,000, imma dan lanqas ikopri sena kirja bil-prezz kif suppost, aħseb u ara meta wieħed iqis li inkwilin ikun ilu mill-1979 fil-proprjetà," kompla. Fil-fatt, dan is-sid ħa l-każ Strasburgu biex jieħu kumpens akbar. F'ċertu każijiet, il- Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem qed tgħolli l-kumpens u fi drabi oħra le. "Immaġina minn €10,000 tieħu €50,000. Dawk huma kollha mit-taxxi," insista l-Avukat Mifsud. Temm jisħaq li huwa jemmen li jekk ikun hemm perjodu stabbilit sa meta din il-liġi se tibqa' tapplika, awtomatikament dawn il-każi se jieqfu għax is-sidien ikunu jafu li xi darba se jerġa' jkollhom kontroll fuq il- proprjetà tagħhom. stabbilit sakemm tibqa' tapplika din il-liġi' RITRATT: JAMES BIANCHI