Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765
20 opinjoni IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 • illum Inħaddru fejn meħtieġ B ħalissa għaddejja kon- sultazzjoni pubblika biex inħaddru l-ħitan u l-bjut. Ġie ppubblikat dokument ta' 42 paġna intitolat Green Paper on Greening Buildings in Malta: Initiatives for Green Walls and Roofs for Residential, Commercial, and Industrial Buildings li fih hu spjegat l-iskopijiet li jridu jintlaħqu. Il-ħitan u bjut imħaddra għandhom l-iskop li jikkontribwixxu għall-mira li sal-2050 nkunu fi stat ta' karbonju zero: nilħqu bilanċ aħjar man-natu- ra fl-emissjonijiet. Mhux ser neħoda la kontra ħitan ħodor u l-anqas kontra bjut imħaddra! Imma, sfortunatament, jidher li, minkejja l-intenzjonijiet tajba l-aħdar li dawn il-bjut u ħitan jipproduċu, s'issa iktar qed jidher plastic! Forsi jistgħu, minflok, jibdew jirrispettaw il-ħitan il-ħodor li għandna, jiġifieri n-numru sostanzjali ta' siġar li l-Ministeru tat- Trasport qed jaqla' mill-għeruq! Il-politika ambjentali f 'Malta qed tiffoka fuq materji insinifikanti, tkabbarhom qiesu qed isir xi ħaġa kbira, imbagħad tagħlaq għajnejha għal dak li hu ta' importanza. Fost l-iktar materji urġenti hemm il-ħtieġa li nħaddru l-politika tat-trasport: jiġifieri li l-mobilità fil- gżejjer Maltin nibdew inħarsu lejha b'mod sostenibbli. Hemm żewġ materji ta' politika li jeħtieġ jinbidlu mill-qiegħ. L-investiment massiċċ li għaddej bħalissa fi proġetti ta' infrastruttura ġdida tat-toroq hu abbuż sfaċċat ta' fondi pubbliċi għax jiffoka biex jiffaċilita l-użu tal-karozza bħala oġġettiv primarju. Il-Pjan Nazzjonali tat- Trasport ifissrilna x'hemm ħażin fil-politika tat-trasport fil-gżejjer Maltin. Jgħidilna li l-politika dwar it- trasport f 'Malta ma tħarisx fit-tul. Minħabba f 'hekk hemm nuqqas ta' direzzjoni strateġika kif ukoll in- nuqqas li jkunu indirizzati oġġettivi diffiċli bħall-kontroll tan-numru ta' karozzi privati fit-toroq. Is-soċjetà Maltija, jgħidilna l-Pjan Nazzjonali għat-Trasport hi resistenti għal bidla u dan f 'kuntrast mal-ħtieġa li jkunu ndirizzati l-problemi tat-traffiku illum u fil-futur. Dan iwassal lill-vjaġġatur Malti biex jippretendi li kulħadd għandu jibdel drawwietu biex huwa jkun jista' jibqa' jsuq il-karozza tiegħu. Biex inħaddru l-politika dwar it-trasport hu essenzjali li f 'Malta jonqsu l-karozzi mit-toroq tagħna. F'pajjiż żgħir bħal tagħna is- sostenibilità fil-mobilità ma tistax tintlaħaq bil-karozzi privati imma permezz ta' mezzi alternattivi ta' transport. Kullimkien hu viċin. Fil-fatt il-Pjan Nazzjonali tat- Trasport jgħidilna li 50 fil-mija tal- vjaġġi li nagħmlu bil-karozzi tagħna huma għal distanzi qosra li jieħdu inqas minn 15-il minuta. Dan ifisser li dawn huma ġeneralment vjaġġi lokali jew reġjonali. Għandna ħtieġa ta' iktar inizjattivi fit-transport pubbliku u inqas karozzi privati fit-toroq tagħna flok proġetti massivi li jkabbru l-infrastruttura tat-toroq. Anke l-mina proposta bejn Malta u Għawdex hi kaz ta' proġett inutli. Hi mina li tiffaċilita l-moviment tal-karozzi. Is-suċċess ekonomiku ta' din il-mina hu dipendenti fuq żieda sostanzjali fil-moviment tal-karozzi bejn il-gżejjer għax huwa bil-ħlas tagħhom biex jagħmlu użu mill- mina li jitħallsu l-ispejjeż tal-istess mina. Mid-dokumenti ppubblikati s'issa jidher li hi pproġettata żieda minn 3000 sa 9000 moviment ta' karozzi privati kulljum. Il-ħitan u soqfa ħodor mhumiex ser jikkanċellaw din l-azzjoni irresponsabbli. Is-soqfa ħodor u l-ħitan ħodor mhumiex xi ħaġa ġdida. Ħadd mhu ser isib diffikultà dwar politika li twassal biex ikunu mħajra iktar soqfa ħodor u iktar ħitan ħodor. Imma hemm bżonn li dan ma jwassalx għall-użu ta' ħafna plastic kif jidher li sar s'issa. Il-politika dwar it-trasport, iżda, jekk titħaddem sewwa hi kontroversjali għax tinvolvi it-teħid ta' deċiżjonijiet iebsa daqs kemm huma essenzjali. Huwa importanti li jonqsu l-karozzi mit-toroq tagħna. Flimkien ma' iktar transport pubbliku dan iwassal għal titjib fil-kwalità tal-arja u anke tnaqqis fl-ispejjeż tal-familji tagħna. Din hi deċiżjoni li ma nistgħux nibqgħu nevitaw. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD La tmisshomx Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM H emm kategoriji fis-soċjeta' tagħna li huma speċ- jali fis-sens li jekk tmisshom, mur ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Bla dubju l-imħallfin u l-maġistrati huma fost dawk li jaqgħu f 'din il-kategorija u fost l-iktar fuq nett, nett hemm l-għalliema. Ġimagħtejn ilu ktibt artiklu fuq kif l-għalliema u l-istudenti kienu mill-kategorija tal-imnebbħin u kif kien mistenni qabeż Marco Bonnici u spara fuq dak kollu li għedt. Inkluz (u gideb sfaċċatament) li mhux veru li kont għamilt house union indipendenti mill-MUT snin ilu. Imma mhux din il-ħaġa importanti. Li hu importanti huwa l-fatt li Bonnici evita li jirrispondi fuq l-ħwejjeġ li semmejt. Minflok qagħad ippontifika fuq id-dritt "sagrosant" tal-għalliema u s-sagriffiċcji kbar li jagħmlu, bħallikieku l-għalliema - bil-vakanzi twal esaġerati u snin twal jiġġieldu kontra r-riformi kbar li huma tant meħtieġa fl-edukazzjoni lokali - huma l-iktar ħaddiema kkalpestati mis-soċjetà kollha. L-argument tiegħi ma kienx fuq hekk. Kien fuq il-fatt li l-MUT, minflok ma tħeġġeġ l-għalliema biex jaffrontaw dan iż-żmien minn lenti differenti u jagħmlu kollox biex jaraw li t-tfal tagħna jieħdu l-aħjar edukazzjoni, moħħom biex jaraw li l-għalliema jkunu aċċertati li jieħdu l-vakanzi tal-karnival .... meta karnival ma hemmx! Dan apparti l-ħafna argumenti fuq li l-għalliema fis-sekondarja importanti li ma jidhrux waqt lezzjonijiet diġitali u ħafna affarijiet oħra li jekk iniżżilhom jeħduli paġna sħiħa. Bonnici ħa għalih għax għidt li l-membri tal-kunsill tal- MUT ma għandhomx tfal u mhux sorpriż li ma jimux minn liema tbatija għaddejjin it-tfal. Ma għandix għalfejn nistħi nirrepeti dan l-argument. Qisni qed ngħid xi ħmerija kbira meta ngħid li l-qassisin huma l-aħħar nies li għandhom jagħmluha ta' marriage counsellors meta huma 'suppost' ma għandhomx esperjenza ta' żwieġ u wisq aktar ta' sess! Forsi l-isbaħ argument li smajt kien mingħand missier li huwa ħaddiem ta' l-id. "Jien kelli nieħu il-leave għax għada t-tfal ma għandhomx skola għax hemm vakanza tal-karnival. Il- mara taħdem allura ser ikolli nidħol jien. Kos din għaliex tawhom vakanza meta ma hemmx karnival? Tant tilfu skola, vakanza oħra kien jonqoshom. Homeworks ma jagħmlu xejn, tilfu ħafna lezzjonijiet u qegħdin lura bħal granċ. Ma nafx kif ma jistħux." U b'dak il-kumment, ħallieni b'togħma morra. Bħal ma argumentajt drabi oħra, s-sagriffiċji qed jagħmilhom kulħadd, anzi l-għalliema għandhom il-paga tagħhom assigurata. Ħaddiehor le. Xejn ma jonqoshom. Ħlief xi vakanza oħra, msieken!