Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jaqsam ħsibijietu rigward il-ġabra Għall-Glorja tal-Patrija (Kapriċċi Patrijottiċi) ta' Alekx Farrugia. Qabelxejn moħħu jmur lura lejn is-snin studenteski u mbagħad professjonali meta bejnu u l-kittieb nibtet kumpannija formattiva, fil-biċċa l-kbira msejsa fuq l-attiviżmu politiku fi ħdan l-għaqda Pulse, il-Partit Laburista u l-ġurnali tal-General Workers Union. Imbagħad, mir-riflessjonijiet tiegħu dwar Farrugia bħala ħassieb politiku jgħaddi għal analiżi dwar Farrugia bħala kittieb politiku. F'dawn iż-żewġ kapaċitajiet ta' Farrugia – dejjem mixħuta fuq il-kapriċċi tal-patrija – Saliba jagħraf il-ħrejjef fl-istejjer, l-istejjer fil-ħrejjef... illi r-rumanz għadni ma qrajtux għad illi l-kurżità rigward din il-folja ġdida ta' Farrugia xorta waħda baqgħet miegħi. Kien għalhekk ukoll illi mbagħad ma tlix l-okkażjoni li naqra l-aħħar ktieb tiegħu Għall-Glorja tal- Patrija. Barra minn hekk, kemm domna niffrekwentaw lil xulxin konna nidtħaddtu ħafna dwar il- patrija tagħna. Konna nistaqsu ħafna mistoqsijiet: x'voldieri tkun Malti? Min huma l-Maltin? In- Nazzjonalisti tal-pepè li jitkellmu bl-Ingliż Maltin ukoll? Dawk li bħal Daphne Caruana Galizia jobogħdu l-ilsien Malti jistgħu jingħaddu b'Maltin? Dawk li jridu li l-patrija taqsam is-sovranità tagħha ma' Stati Ewropej ferm u ferm ikbar kienu qegħdin jittradixxu lill-patrija? Aħna x'aħna: Laburisti, Nazzjonalisti jew internazzjonalisti? Hemm xi rabta bejn il-klassi tal-ħaddiema u l-patrija? Dil-patrija tagħna jixirqilha titqim b'xi glorja? X'sar minnhom il-proġetti nazzjonali ta' Manwel Dimech u Mikiel Anton Vassalli? Għad fadal lok nitħaddtu dwar il-ħolma Maltija? L-immigranti li jaslu fostna minn kontinenti mbiegħda u jintegraw magħna jistgħu tassew jissejħu Maltin? Jien u naqra dawn l-għoxrin storja li jsawru din il- ġabra tant singulari ma stajtx ma naħsibx illi – minkejja l-mogħdija tas-snin – uħud minn dawn il- mistoqsijiet tagħna bħal donnhom baqgħu jidwu f 'moħħ Farrugia. U ma' dawn issa qiegħed iżid – daqqa b'mod fittizju u daqqa le – bosta mistoqsijiet oħra: min kienet il-Mara l-Ħoxna? Min kien sewwasew l-ewwel Malti? Xi dnub wettaq Pietru Caxaro qabel kiteb Il-Kantilena? L-Assedju l-Kbir tassew intrebaħ kif kienu qalulna l-iskola? X'bixkla mar daħal fiha Dun Mikiel Xerri bla 'qas biss ittenda? X'kien qiegħed jaħseb Eddie Fenech Adami – politiku li dejjem kien jisfa' fil-mira tal- istqarrijiet għall-istampa li konna nħarbxu f 'dika l-kamra bejn pipata u oħra tant snin ilu – wara li rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-1987? Qatt smajtu bil-kolonja tal-ħmir? U xi ngħidu għal dawk l-isnobs Maltin illi ħarbu lejn Brussell? Is-sena li għaddiet ħarġu bosta bosta xogħlijiet ta' proża notevoli, fosthom Mill-Bieb 'il Ġewwa ta' Loranne Vella u L-Aqwa Żmien ta' Immanuel Mifsud. Promettenti wkoll kienu Bejn Bejnejn ta' Walid Nabhan u Ħal Maqtugħ u Kitbiet Oħra ta' John Spiteri Gingell. Fl-istorja reċenti l-kategorija tal-istejjer qosra tal- Premju Nazzjonali tal-Ktieb żgur qatt ma kienet daqstant missielta. Madankollu fost dawn kollha – għad illi b'marġini kemxejn ċkejkna – kienet il-ġabra Għall- Glorja tal-Patrija ta' Farrugia li rebħet il-premju. Mhux lakemm tiġbor il-bosta elementi li jbejnu lil din il-ġabra minn bosta xogħlijiet ta' proża oħrajn. Biss, ta' min għall-inqas nisħaq fuq dan l-aspett partikulari: għad illi l-mistoqsijiet li jagħmel Farrugia l-filosofu politiku jsawru għoxrin kapriċċ patrijott distint minn perjodi storiċi differenti xi ħaġa tgħidli li fl-istess waqt dawn ilkoll bħal jirreferu għal xulxin u jissuġġerixxu l-istess teżi. Kif jgħidilna kumment illi jidher fuq il-qoxra ta' wara tal-ġabra, "fin- nisġa tal-Istorja dejjem hemm nitfa ħrafa u fit-tifsila ta' kull ħrafa biċċa Storja". Għaldaqshekk hemm xi ħaġa oħra tgħidli wkoll illi minkejja li ormaj bħali xjaħ xi daqsxejn Farrugia l-kittieb xorta żgur ma tilifx l-interess fil- Filosofija tal-Istorja – dixxiplina li min jaf kemm ħlejna rieq fuqha f 'Tal-Qroqq, dak iż-żmien però fl-isfond tal-Idealiżmu ta' Hegel u l-Materjaliżmu ta' Marx u Engles. Għax tgħid, malli għalaqt naqra dawn in-narrattivi għal mument wieħed ħsibt li forsi anke dawk l-istejjer –jew aħjar dawk l-istoriċiżmi – kienu wkoll daqsinsew ħrejjef... Għall-Glorja tal-Patrija (Sensiela Kotba Soċjalisti)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021