Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 • illum L-Oroskopju fit-Tieni Ġimgħa taħt iż-żodjaku ta' Aries Bejn il-Ħadd 4 ta' April u s-Sibt 10 ta' April KOMPETIZZJONI MA' PAULJON Hekk kif qed nibdew il-bidu ta' xahar ta' April tajjeb li nintroduċi l-kompetizzjoni għal dan ix-xahar. Mal-bidu tal-Kalendarju Żodjaku 2021 – 2022 introduċejt l-aħħar pubblikazzjoni tiegħi '' Pauljon bl-Oroskopju Għalik '', ktieb li jekk int tħobb l-oroskopju żgur għandek takwistah. L-Unika ktieb f 'Malta tax-xorta tiegħu, ktieb li jagħtik oroskopju xahar b'xahar, ktieb li joffri ħafna informazzjoni dwar kull żodjaku. Mistoqsija sabiex int tirbaħ dan il-ktieb valur ta' €30: Il- Kalendarju Żodjaku mill-liema żodjaku jibda, minn dak ta' Aquarius ? Ta' Aries ? Jew dak ta' Capricorn? Ibgħat tweġiba postali tiegħek lil : PAULJON , ''Kompetizzjoni ILLUM '', Po Box 27, Paola. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodjaku għalik Aquarius ser ikun ifisser mument ta' paċenzja u dan sabiex int tgħaraf aktar kif tkattar l-esperjenza u l-għaqal għal dak li issa riesaq lejk. Għaraf ikkombina din il-paċenzja u żgur li jekk tagħmel dan ser tgħaraf kemm int ser tibda' tħossok aħjar u ovvjament tkun aktar iffokat u aktar stabli. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l- l-Erbgħa.Iż-żodjaku li joffrilek motivazzjoni f ' ħajtek ġej minn Scorpio.Aquarius huma magħrufin għal- istabilita' tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodjaku għalik Pisces ser ikun ifisser perjodu aktar agressiv fl-ambizjonijiet li int tixtieq tibda' twettaq. Dan jaf ikun ta' sfida għalik sabiex ovvjament turi aktar l-abbilita' u determinazzjoni f 'dak li int ser twettaq, tesprimi u tixtieq twassal. Għalhekk issa int għandek tħares il-quddiem b'aktar u b'ottimiżmu.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.Iż-żodjaku li joffrilek motivazzjoni f ' ħajtek ġej minn Leo.Pisces huma magħrufin għal-flessibilita' tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodjaku għalik Aries ser ikun iffiser mument ta' aktar kontroll kemm tiegħek innifsek u kemm fil-madwar tiegħek f 'dak li qiegħed tesperjenza fil-preżent. Dan sabiex minn issa l-quddiem ħafna mid-deċiżjonijiet li int ser tieħu ser ikunu iffokati biss fuq il- mertu tieghek.B'hekk int minn issa tista' tgħaraf aktar kif ser tkattar l-istabbilita' futura tieghek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.Iż-żodjaku li joffrilek motivazzjoni f ' ħajtek ġej minn Capricorn.Aries huma magħrufin għal- burdata stabbli tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodjaku għalik Taurus ser ikun mument fejn int trid tgħaraf tkun aktar preċiż f 'dak li ser tibda twettaq iżda int trid tgħaraf issarraf l-abbilita' magħrufa tiegħek. B'hekk int tkompli miexi b'determinazzjoni u tħares il-quddiem għal dak li riesaq lejk. Wasal il- mument ta' tkattir f 'dak li tant ilek tħejji għalh. Irrifletti.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.Iż-żodjaku li joffrilek motivazzjoni f ' ħajtek ġej minn Virgo.Taurus huma magħrufin għal-indipendenza tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodjaku għalik Gemini ser ikun perjodu ta' aktar rifflessjoni lejn dawk il- proġetti li trid tibda'twettaq f 'dawn ix-xhur li ġejjin. Dan jaf joħloq aktar pressjoni sakemm int tkun deċiż dwar fejntixtieq eżatt tasal. Jekk tixtieq tara t-tkabbir .L-aktar jum ideali għalik għal din gimgha huwa dak ta Sibt.Iż-żodjaku li joffrilek motivazzjoni f ' ħajtek ġej minn Sagittarius.Gemini huma magħrufin għal- abbilita' organizzata tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodjaku għalik Cancer ser ikun ifisser li issa huwa dak il-mument oppurtun li tgħaraf dawk l-oppurtunitajiet li hemm kemm fil- preżent u kif ukoll dawk li hemm resqin lejk. Dan jista' jitwettaq għax l-energija pożittiva li ġejja madwarek ser tagħmlek possibli li tirċievi dak kollu li tixtieq sabiex finalment tkun aħjar.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li joffrilek motivazzjoni f ' ħajtek ġej minn Aquarius.Cancer huma magħrufin għal-ispontanjeta' tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodjaku għalik Virgo ser ikun ifisser mument li int ser iżżid dik il-ħeġġa tant bżonjuża. Jekk is-soltu kont iddum sabiex tieħu deċiżjoni minn issa int ser tibda' twettaq b'aktar determinazzjoni u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu xejra aktar mgħaġġla u dan ser ikun ta' gwadann għal dak li tixtieq twettaq.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.Iż-żodjaku li joffrilek motivazzjoni f ' ħajtek ġej minn Gemini. Virgo huma magħrufin li jservu ta' għaqda. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodjaku għalik Libra ser ikun mument li int trid tgħaraf kemm trid tkun aktar stabbli fil-madwar kollu tiegħek. Għalkemm bħalissa qed tkun mhedi b'ħafna proġetti kemm dawk tal-preżent u kemm dawk tal-futur, xorta waħda għandek tgħaraf li tkun iffokat sabiex ma jsir l-ebda pass li jista' joħloq xi konsegwenzi. Irrefletti.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.Iż-żodjaku li joffrilek motivazzjoni f ' ħajtek ġej minn Aries.Libra huma magħrufin kemm huma nies attivi. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Iż-żodjaku għalik Sagittarius ser ikun ifisser aktar riflessjoni għal dak it-tibdil meħtieġ li ser jibdajseħħ madwarek u minħabba dan int trid tgħaraf aktar tikkontrolla aktar is-sitwazzjonijiet li sejrin jiżviluppaw madwarek. Għalhekk int trid tgħaraf kemm tista' tkun pożittiv b'mod speċjali waqt id-deċiżjonjiet.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.Iż-żodjaku li joffrilek motivazzjoni f ' ħajtek ġej minn Pisces.Sagittarius huma magħrufin għal-abbilita' u t-twemmin fihom infushom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodjaku għalik Scorpio ser ikun ifisser li minn issa int trid tibda tgħaraf timxi b'aktar għaqal u dan sabiex int tkun aktar iffokat mis-soltu sabiex ma tikkommettix ċertu żbalji meta taf li hemm il-possibilita' kbira li jersqu lejk prospetti pożittivi. Għaraf dan sabiex dan il-mument ikun ta' tkattir għal dak li int trid tagħti risposta dwaru.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.Iż-żodjaku li joffrilek motivazzjoni f ' ħajtek ġej minn Taurus.Scorpio huma magħrufin għal-preċiżjoni tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Iż-żodjaku għalik Capricorn ser ikun ifisser mument ta' aktar konċentrazzjoni sabiex minn issa int trid tibda tgħaraf tikkontrolla aktar kemm l-atteġjament tiegħek kif ukoll il-mod kif ser tkun twettaq il-madwar tiegħek b'aktar kalma u trankwilta sabiex hekk tibda tħares il-quddiem b'aktar determinazzjoni. Għaraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.Iż-żodjaku li joffrilek motivazzjoni f ' ħajtek ġej minn Cancer. Capricorn huma magħrufin għal-attenzjoni li huma jagħtu. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodjaku għalik Leo ser ikun ifisser mument li ser jispirak iżjed lejn l-abbilita' tieghek sabiex b'hekk int tgħaraf aktar il- kontroll tal-ħajja tiegħek. Dan huwa perjodu li jista' jkun li int terġa tirbaħ dak li int tli fil-ġimgħat li għaddew. Għalhekk issa għandek tkun iffokat sabiex tkattar aktar il-pjanjiet tiegħek.L- aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.Iż- żodjaku li joffrilek motivazzjoni f ' ħajtek ġej minn Libra.Leo huma magħrufin kemm huma nies umli. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021