Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 Carmel Bonnici Il-film mużikali 'Easter Parade' Il-film tad-direttur Charles Walters, Good News (1947) tant kien suċċess f 'termini ta' dħul, li l-M.G.M tat lil Walters ir-responsabilità tal- film mużikali Easter Parade (1948). Inizzjalment, Vincente Minnelli kellu jidderiġieh, imma għal raġunijiet privati Judy Garland u Minelli, bħala miżżewġin, ħasbu li aħjar ma jaħdmux flimkien. Il-protagonist maskili kellu jkun Gene Kelly, imma meta dan weġġa' l-għaksa ta' siequ, marru fuq Fred Astaire, Sentejn qabel, wara li ħadem fi Blue Skies, Astaire kien ħabbar li se jirtira, iżda bil-kelma t-tajba ddeċieda li jkompli bħala attur/kantant/żeffien. "L-ewwel abbozz (script) ta' dan il- film li rajt kien terribbli. L-eroj kien ta' karattru ta' wieħed mhux simpatiku" - hekk kien qal id-direttur Walters. Imma b'Astaire jieħu l-parti prinċipali l-iscript kollu nbidel u ġie rranġat biex jaqbel mal- kapaċitajiet tiegħu. Ħafna mis-sekwenzi taż-żfin ippreparati għal Gene Kelly ġew imneħħija meta wasal hemm id-direttur u biex jakkomodaw lil Astaire, l-oħrajn li baqgħu it saret bidla fihom. Meta wieħed iħares lura, Easter Parade ma kienx l-aqwa film ta' Walters. L-ewwel xogħol tiegħu, Good News kellu aktar natural u vitalità żagħżugħa. Films mużikali oħrajn tiegħu ta' wara bħal Dangerous When Wet u dak meqjus bħala xogħol klassiku minuri, Lili (it-tnejn tal- 1953) kienu jippossedu aktar ħlewwa. Pero', l-laqta flimkien tas-superstillel Judy Garland u Fred Astaire kienet waħda verament tajba u b'hekk Easter Parade kien wieħed mill-aqwa suċċessi ta' dik is- sena. Astaire u Ann Miller huma koppja ta' zeffiena eċċellenti. Qabel il-parata tal- Għid, Ann ikollha offerta minn banda oħra u tisfratta dan id-duo. Astaire jagħmel imħatra li kapaċi jħarreġ tfajla oħra u jġibha żeffiena aqwa minn Ann. Din tinzerta Garland - li tkun fil-kor ta' post ta' livell baxx. Minn hawn 'il quddiem l-istorja jkun fiha xi it sorpriżi, imma n-numri mużikali jibdew ġejjin malajr . F'A Couple Of Swells, Astaire u Garland ikunu lebsin ta' ċerċuri, l-eleganza pulita tidher f 'It Happens Only When I Dance With You, kantata minn Fred Astaire u biż-żifna ta' Ann Miller; hi waħedha, f 'wieħed mill- aqwa movimenti tal-film tistordi lill- pubbliku f 'Shaking e Blues Away. Ħafna mid-djalogu tal-film huwa ta' malajr u ma jtellifx fix-xogħol tas-saqajn (iż-żfin). Fred, wara li bis-sabar kollu jgħallem lil Garland xi it passi (biex hi tkun tista' tagħraf lis-sieq il-leminija minn dik xellugija, hu jorbot ċinga ma' waħda), jitlef il-paċenzja u sarkastikament jistaqsiha: "Miss Brown liema idjota qallek li taf tiżfen?" "Int għidtli", hi twieġeb. Ma jgħaddix żmien wisq qabel dawn it- tnejn jakkwistaw suċċess bħala par komiku ta' żeffiena (is-suċċess ta' qabel, ma' Ann Miller, kien fil-ballroom dancing), kif ukoll jsiru jinħabbu. Wara uħ trijomfanti fil-wirja tagħhom fuq il-palk ta' Broadway, fil-lejl ta' qabel il-parata tal-Ghid, Garland tibda taħseb li Astaire għadu jħobb lil Miller. Imma bis-saħħa ta' Peter Lawford kollox isolvi ruħu fil-ħin. Niġi issa għall-istorja bid-dettal: Don Hewes (Astaire) u s-sbejħa Nadine Hale (Miller) li tant iħobb, huma lesti għas-suċċess bħala koppja żeffiena, meta hi tinħall mill-kuntratt ta' bejniethom. Hi ġiet offruta wirja tagħha stess fuq Broadway u ma taħsibhiex darbtejn biex tinfired minn Don. Imnikket, hu jgħid lill-ħabib tiegħu Jonathan Harrow III (Peter Lawford), sieħbu tal-kulleġġ issa sinjur, li l-interess li għandu fit-teatru u fin-nies tad-divertiment iżommuh dejjem iħuf madwar il-bibien tal-palk, u li hu kapaċi iħarreġ stilla glamoruża li tispikka fuq Nadine, minn xi kor li jagħżel. It-tfajla li jimmarka hi Hannah Brown (Garland), kantanta żagħżugħa bla esperjenza li taħdem f 'ristorant irħis. Fil-proċess tiegħu biex iġibha fl- immaġini ta' Nadine hu kważi jħassar il-ħlewwa sempliċi u friska tagħha. Sadanittant, tant jisfurzaha fiż-żfin mingħajr ħniena biex jirbaħ l-imħatra tiegħu li ma jinnotax li hi qed tinkaram warajh. Meta Jonathan jiltaqa' ma' Hannah, mill-ewwel isir iħobbha. Bit-tama li jerġa' jressaq lil Don u lil Nadine flimkien mill-ġdid, kif ukoll biex jevita l-avvanzi ovvji li Nadine qed turi għall-attenzjoni tiegħu, Jonathan minn taħt jirranġa ikla biex jiltaqgħu kollha flimkien. Meta Nadine tirrimarka kif hu qed jagħmel lil Hannah kopja tagħha stess, Don jara l-iżbalji tal-isforzi tiegħu u jħalli lis-sieħba vivaċi tiegħu tkun il-persuna tagħha stess. L-uniku attentat tiegħu li jkun ħelu ma' Hannah u hi qed tagħmel minn kollox biex jinnotaha, jispiċċa f 'falliment meta tirrealizza li kull m'hemm bejniethom hu biss dak li għandu x'jaqsam max-xogħol. L-att li jesibixxi, infatti, jkollu suċċess u wara li jmorru tajjeb ferm meta jduru minn post għall-ieħor, huma jkunu offruti parti fil-wirja tal-produzzjoni tal-famuż Ziegfeld. Don, meta jinduna li l-istilla ta' din ix-show hi Nadine Hale, jirriuta. Hi toħloq furur kbir, iżda meta xi żmien wara Don u Hannah jsiru l-istilel ta' wirja oħra, l-applaws li jirċievu jkun anki akbar. Jonathan ma jaqtax qalbu li għad jirbaħ l-imħabba ta' Hannah, pero' jinduna li hi għandha għajnejja fuq Don. Wara suċċess kbir fil-lejla li jiħu, Don jieħu lil Hannah f 'nightclub fejn Nadine qed tidher f 'wirja tagħha. Hi tiġi fuq il- mejda tagħhom u tħabbar li se tiżfen ma' Don mill-ġdid. Huma jesibixxu żifna minn ta' qabel. Hannah li taħseb li taf fejn il-qalb ta' Don qed tħabbat titlaq waħedha nkwetata. Don ikun qed jistenniha meta terġa lura fil-hotel, imma hi ma tkux trid tarah. L-għada jkun Ħadd il-Għid u Don u Hannah suppost jiltaqgħu għall-parata, iżda jkun Jonathan li jmur għaliha. Hu jgħidilha li Don qed jittrenja sieħba ġdida. Meta tisma' hekk, Hannah tasal fl- appartament ta' Don b'ħafna uri u lobbja li xtratlu. Id f 'id imorru jimmarċjaw matul il-vjal fil-parata tal-Għid. Dan il-film stabilixxa lid-direttur Charles Walters bħala figura maġġuri, fil- produzzjonijiet ċinematografiċi mużikali. Ħafna mill-koreografija ta' Easter Parade kienet magħmula bil-kamera bil-ħsieb li tkun tista' tinvolvi lill-udjenzi fiż-żfin li fih b'aktar attenzjoni. Miġbud bit- Technicolor, Easter Parade rebaħ Oscar għall-mużika ta' Johnny Green u Roger Edens. L-istorja kitbitha Frances Goodrich flimkien ma' Albert Hackett. Attur ieħor li jidher f 'din il-produzzjoni hu Jules Munshin. Il-kanzunetti kollha huma ta' Irving Berlin u fost oħrajn insibu wkoll dik tat-titlu, Drum Crazy, A Fella With An Umbrella u I Want To Go Back To Michigan. Il-film għamel profit ta' $3.2 miljun dollari, somma tassew sabiħa għal dak iż- żmien.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021