Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362
20 opinjoni IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 • illum Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazaret Il-Gvern ġdid ta' Draghi L -Italja għandha Gvern ġdid, im- mexxi minn Mario Draghi, eks-Kap tal-Bank Ewropew, li għandu 73 sena; B'kollox hemm 23 ministru: 15 minnhom huma politiċi, tmienja tek- nokratiċi u tmienja nisa. Huwa Gvern pjuttost kbir u jidher li għandu erba' setturi li qed jagħtihom importanza kbira. Dawn huma t-trasport, il-kostruzzjoni, il-biedja u l-industrija. Fejn tidħol il- pandemija iddeċieda li jagħti 300,000 titqiba tal-vaċċin u jagħmel reviżjoni tar-Recovery Plan. Ix-xogħol It-tieni urġenza tal-Gvern Draghi għandha x'taqsam max-xogħol. Għandu l-mira li bil-mod jillibera dawk is-setturi li ma sfawx milquta, jew devastati mill-pandemija bħalma ġralhom it-turiżmu u l-ġustizzja. Għal Draghi il-ġustizzja ċivili se tkun riformata bil-għan li ma tibqax ittawwal saż-żminijiet "bibliċi" tal-proċessi, saħansitra sa seba' snin. Mira oħra fil-qasam tar-riformi hija dik tal-edukazzjoni, li ġiet fdata f 'idejn is- super-espert Patrizio Bianchi. It-tielet riforma li beħsiebu jagħmel hi dik tar-riforma fiskali, speċjalment f 'dak li jirrigwarda taxxi li jolqtu lill-ħaddiema, fosthom dawk li jaqilgħu inqas minn €50,000. Għax mhux Elezzjoni ? Għaliex ma saritx elezzjoni wara r-riżenja tal-Gvern Conti? Il-Kostituzzjoni Taljana titlob li l-Gvern irid ikollu l-fiduċja taż-żewġt Kmamar, dik tal-Assemblea u dik tas-Senat. Il-vot kuntrarju ta' waħda jew taż-żewġt ikmamar ma tobbligax lill-Gvern li jirriżenja. Ħafna Gvernijiet irriżenjaw meta ntebħu li ma jgawdux il-maġġoranza tal-voti fil- Parlament, imma s-soluzzjoni mhux bilfors titlob elezzjoni. Tista' titlob biss il-formazzjoni ta' Gvern alternattiv. Jekk dan ma jinstabx allura tissejjaħ elezzjoni. Imma did-darba kien hemm Gvern alternattiv u allura ġiet evitata elezzjoni. Jedd tal-Presdent Huwa l-President tar-Repubblika li jrid jiddeċiedi li jmur għal elezzjoni jew jara hemmx il-possibilità ta' gvern ġdid. Huwa obbligu tal-Prim Ministru li jgħarraf lill- President tar-Repubblika bir-riżultat tal- konsultazzjoni li jkun għamel, għax huwa l-President li jrid jiddeċiedi skont l-urġenza tal-problemi li ma jistgħux jistennew bħal, per eżempju, tfaqqa' xi pandemija jew kriżi ekonomika u soċjali. Il-Knisja Tkellmet Fi żmienna d-diskors politiku qed jikkonċentra fuq il-ħtieġa ta' riformi ġodda u ta' kliem ġdid li bih għandu jitmexxa pajjiż demokratiku. Illum id-dinja politika qed titkellem fuq "ekonomija integrali" u fuq "tranżizzjoni ekoloġika", ideat li l-Knisja għandha l-mertu li ħasbet dwarhom minn qabel is-sena 2015, fl-Enċiklika tal-Papa Frangisku Laudato Si, meta tkellem fuq l-aġenda li għandu jkollhom il-gvernijiet. Ninsabu fi żmien meta l-politika tista' tiskopri metodu u sinjali mhux limitati biss fuq l-ekoloġija agrikola imma tinfirex u tħaddan id-dimensjonijiet kollha tal- esperjenza umana. Ċerti elementi Il-Gvern Taljan ġdid ta' Mario Draghi jinkludi elementi tal-lemin li fl-imgħoddi ma tantx kellhom grazzja mal-għaqda Ewropea. Il-fatt li issa dawn l-elementi se jieħdu sehem ma' elementi oħrajn, lejn iċ-ċentru u lejn ix- xellug, hemm jissottolinea l-bżonn li jagħtu sinjal ċar li għalihom huwa importanti li l-Ewropa tal-Punent u dik tal-Lvant ifittxu dak li jgħaqqadhom, fosthom il-ħtieġa li jkollhom linja komuni fejn jidħlu l-emigranti minn kontinenti oħra. Il-Papa fl-Ungerija Iż-żjara mħabbra tal-Papa li se jagħmel fl-Ungerija hija aħbar tajba biex il-Papa Frangisku, bil-kuraġġ li wera' meta kontra kull parir baqa' deċiż li jżur l-Iraq, hekk jieħu l-istess pożizzjoni fiż-żjara tiegħu fl-Ewropa tal-Lvant billi jagħti xiehda ta' kemm jemmen li l-emigranti minn kontinenti oħrajn jistgħu jiswew ta' ġid mhux biss għall-familji tagħhom imma wkoll għal dawk il-pajjiżi Ewropej li jilqgħuhom fi ħdanhom. In-Nagħma Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM N ista' niem u nista' ma niimx. Xi snin ilu kien hemm skandlu jew tnejn fil-futbol. L-iskandlu fil-Juventus, fejn kien hemm rabja kbira fost il- partitarji u s-supporters tat-tim. Kien hemm tlett kategoriji ta' partitarji: dawk li deffsu rashom fir- ramel u argumentaw kontra min kien qed jikxef il-korruzzjoni. It-tieni kategorija hija ta' nies li baqgħu leali u qalu li hemm bżonn li jsiru l-bidliet kollha biex it-tim jerġa' jirbaħ ġieħu u t-tielet kategorija ta' nies li tant kienu diżgustati li ddeċidew li jaħarbu u ma jkunux jafu aktar dwar il-futbol u l-Juventus. U fil-politika l-istess. U qed ngħid għall-Partit Laburista. Lil hinn mill-argumenti ideoloġiċi, hemm l-element storiku għalfejn persuni huma Nazzjonalisti jew Laburisti, Demokratiċi jew Repubblikani … u ma tistax taħrab mill-fatt li l-politika hija simili ħafna għal-futbol. Intriċċi, tribaliżmu u territorju. Imma dan ma jfissirx li meta jsir żball nippruvaw mmewtuh, u ngħattuh bi it weraq, u mingħalina għadda kollox. Ma għaddiex kollox! L-ewwel żbalji dejjem ngħid kellhom jiħulna għajnejna. Imma għax konna kuntenti jew maħsudin bid-daqs tar- rebħa tal-Labour fl-2013 ma tajnix każ. Vera rrapurtajna kollox imma ma imna assolutament xejn. Ma konniex għorrief biżżejjed biex nimu x'qed jiġri fil-moħħ ta' min kien qed imexxi. L-ewwel waħda kienet l-istorja ta' Lou Bondi, li wara li għamel snin jirremetti u jifflaġella fuq dawk kollha li kkritikaw il-PN f 'daqqa waħda sar konsulent tal-Gvern ta' Muscat, ġranet wara li l-Labour telgħa fil-Gvern. Kienet mossa żgur li ma kelliex għalfejn iseħħ. Ħadd ma kien qed jistenna li Bondi jingħata kuntratt bħal dan. Imbagħad kien hemm il-każ tal- Kafè Premier fil-Belt Valletta. Fejn kumpanija ta' żewġ persuni li kienu magħrufin u li ċertament ma kellhom l-ebda rabta mal-Labour (anzi) spiċċaw b'dejn ta' €5 miljuni mal-banek privati u mhux f 'pożizzjoni li joperaw. U bla spjegazzjoni daħal il-Gvern - permezz ta' kastilja 'and you know who' - biex jitħallas id-dejn tagħhom. Spjegazzjonijiet għalfejn ġara dan kollu u li ngħata dakinhar, kienu akki għall-aħħar! Il-mistoqsijiet li jiġuna f 'moħħna u li nistgħu nagħmlu, b'dak li qed nisimgħu b'Cheng Chen u Konrad Mizzi, u Keith Schembri u Yorgen Fenech huwa ovvju. Li Joseph Muscat dejjem qisu ma jaf xejn u qisu ma jafx'qed jiġri, hija l-iskuża ta' dawk li jridu jagħmlu bħan- Nagħma. Il-ħuta minn rasha tinten. Jien għalissa jista' jkun li nibqa' nżomm mal-Juventus, imma jien mhux ser ngħid li ma kienx hemm korruzzjoni u li ma rridux nieħdu azzjoni. Bħan-Nagħma ma rridx nagħmel! Żgur! L-Għid it-tajjeb! Dun Anġ Seychell Mario Draghi