Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M inkejja li dawn l-aħħar ġimagħtejn kienu ddominati mill-każ li jitratta lil Keith Schembri, persuni mill-Al- lied Newspapers u oħrajn minn Nexia BT u minkejja li dan is-suġġett okkupa l-maġġoranza tal-ispazju fuq il-gazzetti u l-portals - kif inhu xieraq - in-nies barra l-Kmamar tal-Aħbarijiet u lilhinn miċ- ċrieki ta' nies iffissati bil-politika, għadhom inkwetati u inkwetati bil-kbir fuq kwistjoni waħda: Il-pandemija u l-effett li qed ikoll- ha fuq is-saħħa - fiżika u mentali - kif ukoll fuq l-ekonomija. Kif qal mal-gazzetta ILLUM is- Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja (Ara paġni 6 u 7) bħalissa hawn min verament qed ibati. Mhux ċajta tara n-negozju tiegħek, li ħdimt tant għalih jitbiel u jitkisser - minkejja l-għajnuna kbira u fejjieda tal-Gvern bħas-Suppliment tal-Paga, roħs fil- kontijiet għan-negozji, għajnuna fil-kirjiet u anke l-ħruġ tal-vouchers. Mhux ċajta li persuna issa ilha sena b'impjieg imdendel, tibża' tfittex impjieg ieħor għax xogħol ma tantx hawn. Mhux faċli tara lill-pajjiż jżid fid-defiċit b'mod qawwi, filwaqt li d-dħul ikompli jkun daqstant nieqes. Xi kultant naħsbu li hawn Malta, dak li ġara barra minn -pajjiżna ma jistax jiġri hawn. Pero' jista' u huwa għalhekk li ninsabu f 'mument kruċjali ieħor li jeħtieġ kawtela u deċiżjonijiet mnebbħin mill- għaqal, mhux skont it-twerżiq ta' nies li forsi ħobżhom maħbuż, fuq il-midja soċjali. Wasal mument ieħor li fih jeħtieġ insibu bilanċ. Il-gazzetta ILLUM irrappurtat fuq il-faċċata tagħha kif il-uħ mill-ġdid tan-negozji se jsir bil-mod il-mod, fuq medda ta' madwar tlieta u erba' ġimgħat. Jiġifieri fit-12 ta' April mhux se jkun hemm estensjoni assoluta, imma lanqas se mmorru lura għal xi forma ta' normalità. U dan jagħmel sens, inkella jasal it-12 ta' April u nerġgħu nitilfu l-kontroll u jekk nitilfu l-kontroll issa - nitilfu s-sajf. Dan ikun diżastru bla preċedent għal Malta, primarjament għal eluf ta' negozjanti żgħar u anke medji, ħafna drabi immexxjin minn familji onesti u bieżla. Jiġri x'jiġri - u nittamaw li ma jiġri xejn aktar li ma konniex qed nistennew - huwa importanti li f 'Mejju naqbdu vera mexjin lura lejn xi forma ta' normalità ħalli pajjiżna ma jaqax lura. Naturalment kif qalulna s-sorsi tagħna s-sitwazzjoni għadha fluwida ħafna u wieħed ma jistax ħlief ikun realistiku. Huwa importanti ħafna iżda illi din il- ġimgħa l-Ministru Clayton Bartolo ħabbar l-ewwel dettalji ta' kif Malta se tipprova tattira xi forma ta' turiżmu aktar tard din is-sena. Anke hawn - mhux it-twerżiq fuq Facebook importanti - imma li jkollna pjan ċar. L-ewwelnett din il-gazzetta taqbel mal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba: Iċ-ċertifikzzjoni u t-testijiet tal-Covid-19 għandhom isiru qabel persuna taqbad l-ajruplan biex tiġi lejn Malta mhux meta tasal. Ħadd mhux se joqgħod kwarantina, ladarba wasal hawn! Din il-gazzetta taqbel ukoll li d-Digital Green Pass għandu jkun għodda li nużaw mhux biss meta nsiefru imma wkoll għal aċċess ta' postijiet ta' divertiment f 'Malta. Nimu li din toffri sfida legali wkoll, hekk kif xi wħud jirriutaw li jieħdu l-vaċċin jew saħansitra ma jistgħux - għalhekk dan iċ-ċertifikat għandu jkun qed jopera ma' sistema effiċjenti ta' rapid testing għal dawk kollha li jkunu se jiffrekwentaw postijiet ta' divertiment jew inkella xi kunċert, anke jekk żgħir u bir-restrizzjonijiet neċessarji. B'hekk, jekk ma jkollokx dan iċ-ċertifikat, biex tidħol f 'ċerti postijiet jew tattendi attivitajiet ikun jeħtieġ li tieħu test normali jew inkella rapid test. Nemmnu - u nimu li l-Gvern hekk se jagħmel - illi l-vouchers jintbagħtu biss, meta jkunu miuħin in-negozji kollha - inkluż bars u clubs - anke jekk b'restrizzjonijiet. Huwa pożittiv li pajjiżna għaddej b'diskussjonijiet ma' diversi linji tal-ajru, biex jinfetħu mill-ġdid rotot jew jinfetħu rotot ġodda - infakkru li mingħajr rotot tajbin li jgħaqdu lil Malta ma' destinazzjonijiet kruċjali, l-ajruport ma jistax ikun effettiv u t-turiżmu jbati. Naturalment, xejn ma jfisser li għandna garanzija li n-nurmi mhux se jerġgħu jiżdiedu xi it. Din mediċina, xejn mhu 100% garantit fil-mediċina, kif fil-fatt l-ebda vaċċin li jeżsiti sal-lum ma huwa 100% effettiv - la l-vaċċin tal-Covid-19 u lanqas kontra mard ieħor. Għalhekk l-aqwa għodda se tibqa' li kemm jista' jkun ikunu vvaċinati nies. Ilbieraħ rapporti fuq il-midja qalu illi sa madwar is-7 ta' Ġunju li ġej kulħadd ikun ħa l-ewwel doża tal-vaċċin, li jkun ifisser allura li f 'Awwissu - sakemm ma jinbidel xejn u ma jkunx hemm xi varjanti ġodda li jheddu kollox - inkunu ersaqna sew lejn xi forma ta' normalità. Imma l-esperjenza urietna li f 'dan il-każ wieħed jeħtieġ jistenna qabel jaqtagħha. Li hu żgur huwa li it doża ta' kuraġġ il-poplu għandu bżonnha bħalissa. Vera t-tazza għadha vojta, imma qed timtela' wkoll. Ejja ngħinu biex fejn possibbli, filwaqt li nibqgħu realistiċi, nagħtu tama. Hawn ħafna nies qed ibatu mentalment u ma nkunux qed nagħmlu ħażin li nużaw kliemna, il-poter tal-pinna (fil-każ tal-midja) jew l-ispazji mislufa lilna fuq il-midja soċjali - biex inqawwu qalb il-poplu, minflok naqtgħuh! Żbalji saru, paroli fil-vojt dwar mewġ intqal ... issa nittamaw li kulħadd itgħallem u din id-darba l-affarijiet isiru sew mill- ewwel, ħalli jekk Alla jrid niħu u ma nerġgħux ngħalqu! Covid: F'salib it-toroq mill-ġdid

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021