Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 • illum 'Bħalissa hawn ħaddiema u sidien ta' negozju li qed ibatu X'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema bħalissa? Min iħaddem qed joħroġ is-sehem tiegħu tal-paga? U l-futur immedjat kif qed jidher? X'inhi l-akbar theddida? Il-gazzetta ILLUM titkellem mas-Segretarju Ġenerali tal- GWU Josef Bugeja u l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Hawn sidien li qed ibatu ħafna bħalissa u hawn ħaddiema li qed ibatu ta' vera, finanzjarament u anke psikoloġikament." Hekk sostna s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja mal- gazzetta ILLUM li pinġa stampa ta' tbatijiet imma anke abbuż fil- qasam tax-xogħol fl-aħħar xhur ikkaraterizzati mill-Covid-19. Bugeja qal illi fl-aħħar xhur kellhom każi ta' ħaddiema li jitkeċċew b'sempliċi sms - xi ħaġa li kien fil-fatt diġà qal lil din il-gazzetta - u fih jagħtuhom parir biex l-aħħar paga tmur għal biljett tal-ajru, biex jitilqu lura pajjiżhom "għax jgħidulhom li issa se jiġu rregolari." Bugeja qal li saħansitra kellhom każi fejn min iħaddem ma jgħaddix is-Suppliment tal- Paga lill-ħaddiema tiegħu u huwa għalhekk li l-Gvern qed jinforma lil min huwa eliġibbli, spjega, biex ikunu jafu li l-Gvern fil-fatt qed jgħaddi dawn il-flus lil min iħaddimhom. Huwa jgħid ukoll illi minkejja li l-ehim oriġinali bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali dwar is- Suppliment tal-Paga kien jgħid illi l-Gvern joħroġ €800 u min iħaddem joħroġ sa massimu ta' €400, ħafna ħaddiema ma ħadux dan it-top up u qed jitħallsu biss il-flus tal-Gvern. "Iva f 'daqqa waħda ħadd ma seta' jagħtihom flus, wara snin ta' xogħol, fis- siegħa tal-prova?" staqsa Bugeja mal-ILLUM. 'Jaf qed ngħinu kumpaniji li malli tieqaf l-għajnuna tal-Gvern ifallu' Ma' din ir-realtà qabel perfettament il-Kap Eżekuttiv tal- UĦM Voice of the Workes Josef Vella, li mal-ILLUM saħaq illi din hija waħda mill-kritika tal-UĦM meta kien sar dan il-ehim. Vella jisħaq illi l-pakkett mihiem kellu jobbliga lil min iħaddem biex joħroġ l-€400 għal kull impjegat, mhux tkun volontarja. "U ma sar ebda tip ta' infurzar biex ikun aċċertat li l-€400 jitħallsu," saħaq Vella Il-gazzetta ILLUM tfakkru illi bosta negozji sostnew illi lanqas dawn huma ma setgħu joħorġu. Il-Kap Eżekuttiv tal- UĦM Voice of the Workers fakkar li lill-ħaddiema ma ngħatatlux għażla anke jekk baqa' jagħmel il-biċċa tiegħu, u kien flessibbli fejn intalab biex jagħmel dan. "Issa jekk qed tgħidli li lanqas l-€400 ma stajt toħroġ - meta qabel kont toħroġ pagi ta' €1,200 jew aktar lil kull impjegat, mela allura wieħed irid jirreġistra u jistudja dawn is-sitwazzjonijiet - inkella jaf qed ngħinu kumpaniji li malli tieqaf l-għajnuna tal-Gvern ma jkunux jistgħu joperaw." Vella jissottolinea dan il-punt partikolari. Huwa jgħid illi l-kwistjoni ta' meta se titwaqqaf is-Suppliment tal-Paga hija waħda li tinkwieta lill-unjin, kif qal ukoll Bugeja. "Il-Gvern jeħtieġ jikkometti lil dawk li qed jagħtihom il- pagi. Mela tajtek il-pagi, tajtek il-moratorji ... m'għandix inkun naf x'inhu l-pjan ta' negozju li qed jingħata l-għajnuna?" Huwa qal li jekk ma jsirx hekk, il-problema tal-qgħad tkun bss ġiet posposta għal żmien ieħor. "Jiena bħala Gvern irrid inkun naf jekk intix kapaċi timxi waħdek malli naqtgħalek l-għajnuna. Jekk negozju huwa fallut u malli l-Gvern se jitlaq idejh se jagħlaq, aħjar jiffaċċja l-konsegwenzi issa u l-ħaddiema jkunu ma' xi ħadd Josef Bugeja, Segreatrju Ġenerali tal-GWU

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021