Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 By decree given by the Civil Court, First Hall on the 4th March, 2021, on the application of APS Bank plc (C2192), Tuesday, 25th May, 2021, at eleven in the morning (11.00 a.m.), has been fixed for the Sale by Auction, to be held in Room Number 78, Nearby the Courts Archives, Level -1, Courts of Justice, Triq ir- Repubblika, Valletta, of the following property. e factory, the warehouse, the showroom built on three (3) portions of land, officially numbered thirty-two (32), thirty three (33) and thirty four (34), all adjacent to each other, and with airspace and subterranean levels, situated in an industrial zone in Mosta, accessible from Triq il-Kappar and Triq il-Parsott, Mosta, and with a façade on Triq il-Farkizzan and Triq il-Parsott, bounded on the North West by a new street abutting onto Triq il-Kappar, on the South East with Triq il-Parsott and on the East with property of the successors in title of the company Ficus Limited, free and unencumbered and valued at four million, eight hundred and fiy thousand euro (€4,850,000). e said tenement is the property of Alu Care Mosta Limited (C32359). N.B. e said tenement will be sold as described in the acts of judicial sales number 22/2020. Registry of the Superior Courts, this ursday, 25th March, 2021. Gaetana Aquilina For the Registrar, Civil Courts and Tribunals 'Sitwazzjoni fluwida ... imma pjan fuq medda ta' ġimgħat li jwassalna sa Ġunju' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jkun qed iħabbar il-pjan tiegħu li jiaħ diversi istituzzjonijiet, attivitajiet u anke negozji mill-ġdid - iżda b'mod gradwali, fuq medda ta' numru ta' ġimgħat. Sorsi differenti qalu lil din il- gazzetta illi l-ewwel li se jibdew huma l-iskejjel imbagħad il- ħwienet tal-bejgħ bl-imnut (retail) kif ukoll ħwienet li huma marbutin ma' sbuħija. Dawn iżda se jiħu taħt regoli u restrizzjonijiet partikolari li jitħabbru mill-Gvern ladarba jiżvela d-dettalji ta' dan il-pjan. Ir-ristoranti u snack bars, li ingħalqu meta tħabbru l-aħħar sett ta' miżuri u restrizzjonijiet, sa issa ma jidhirx li se jkunu qed jiħu nhar it-Tnejn 12 ta' April. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu illi qed jikkalkulaw illi jekk l-affarijiet ma jinbidlux u ma jkunx hemm żviluppi partikolari li jirrigwardaw il-Covid-19 - bħal varjanti ġodda, li jikkumplikaw is-sitwazzjoni mill-ġdid - dawn l-istabbilimenti jiħu aktar tard dan ix-xahar jew inkella kmieni f 'Mejju. Mistoqsijin għaliex l-iskejjel l-ewwel, dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi l-għeluq tal-iskejjel ġab ħafna probemi, mhux l-inqas dawk relatati mal- kontinwità fit-tagħlim u oħrajn marbutin ma' mijiet ta' ġenituri li ma jistgħux imorru x-xogħol. Fil-fatt għal skema ta' għajnuna tal-Gvern lil dawk il-ġenituri li ma jistgħux imorru x-xogħol minħabba li jridu joqgħodu ma' uliedhom kienu applikaw 1,261 ġenitur sa din il-ġimgħa, ħabbar il-Gvern. Dawk li tkellmu mal-ILLUM fakkru illi ħafna għalliema issa ngħataw il-vaċċin, apparti li l-vaċċin qed ikompli jinfirex fil- komunità, bin-numru ta' dożi sal- bieraħ jitla' għal it inqas minn 210,000 li minnhom kważi 60,000 huma nies li ħadu ż-żewġ dożi. Rapporti fuq il-midja lokali irrappurtaw kif il-pjan huwa li sas-7 ta' Ġunju li ġej il-poplu kollu ikun ħa imqar l-ewwel doża tal-vaċċin. Il-proċess mistenni jitħaffef ladarba jasal il-vaċċin tal-Johnson&Johnson, li jirrikjedi biss titqiba waħda. Ladarba jkunu fetħu r-ristoranti u snack bars, imbagħad l-attenzjoni kollha - jgħid l-istess sors - ikun għal Ġunju, f 'dak li għandu x'jaqsam ma' avvenimenti it ikbar (mhux tal-massa) u turiżmu. "L-affarijiet għadhom fluwidi fil-verità - imma jidher li dan huwa l-pjan sa issa. Naturalment wieħed irid iżomm f 'moħħu r-realtà tal-pandemija u li tagħmel kemm tagħmel pjani, xejn mhu ċert fl-assolut. Nittamaw li ma jkunx hemm problemi sabiex dan il-pjan iseħħ," saħaq is-sors ma' din il-gazzetta. Il-Gvern, kien ħabbar l-għeluq tal-iskejjel kollha, in-negozji kollha mhux essenzjali u diversi attivitajiet oħrajn wara illi Malta bdiet tiffaċċja numru rekord, fuq ieħor ta' każi ta' Covid-19 - bl-ogħla numru jkun irreġistrat nhar l-10 ta' Marzu b'510 każi, meta Malta kellha 3,185 każ attiv u kienu ingħataw 105,416 tilqima - nofs dawk li ngħataw sa issa. Il- miżuri, li tħabbru dakinhar ukoll, kienu jinkludu l-għeluq tal-gyms, twaqqif ta' viżti l-isptar u anke l-projbizzjoni ta' tiġijiet - għajr għal funzjoni fil-Knisja. Il-Gvern kien naqqas il-gruppi li jistgħu jkunu flimkien għal erba' familji flimkien, li imbagħad reġa' niżżel għal tnejn. 62 każ ġdid u 114 ifiequ - Il-Każi attivi jonqsu b'1,000 Ġimgħa illi matulha pajjiżna ra, b'mod persistenti, numri baxxi ta' tixrid ta' Covid-19, għalqet bi 62 każ ġdid minn total ta' 2,289 swab test. Dan filwaqt illi fiequ 114-il persuna biex in-numru ta' każi attivi jibqa' nieżel għal 633. Dan ifisser illi matul din il-ġimgħa, mis-Sibt li għadda sal-bieraħ, il- każi attivi naqsu b'1,000 persuna. Dan filwaqt illi sal-bieraħ kienu ngħataw 209,065 doża, li minnhom 57,123 huma nies li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Sfortunatament, tilfu ħajjithom tnejn minn nies oħra - raġel ta' 62 sena u ieħor ta' 65 sena, biex it- total ta' nies li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 issa huwa ta' 397.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021